Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Emerġenza - Kuntratt ta’ privatizzazzjoni - Spiża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm sewa lill-Gvern il-kuntratt dwar il-privatizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Dipartiment tal-Emerġenza - Kuntratt ta’ privatizzazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-kuntratt dwar il-privatizzazzjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza għadux fis-seħħ jew jekk skadiex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt dwar l-‘Outsourcing of Emergency Services’ għadu viġenti.

Anzjani li għandhom ’l fuq minn 80 sena - Smart wearable devices

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jitqassam l-ismart wearable device lill-anzjani li għandhom ’l fuq minn 80 sena u jgħixu waħedhom u lil dawk li qegħdin jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kif ser ikun qed jiffunzjona dan l-apparat u jekk l-anzjani humiex ser iħallsu għalih? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ser ikun il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità tinsab fil-fażi ta’ ppjanar ta’ din l-inizjattiva, li tinkludi l-identifikazzjoni tat-tip ta’ wearables li ser jintużaw, analiżi dettaljata tal-interfacing meħtieġ mas-sistemi eżistenti, u kif ukoll kif ser issir l-implimentazzjoni tas-servizz.

Anzjani li jgħixu fil-komunità - Monitoraġġ għad-dijabete

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta u kif ser tkun qed titwettaq il-wegħda tal-Manifest Elettorali ‘Int Malta’ li l-anzjani kollha li jgħixu fil-komunità u għandhom id-dijabete se jkunu qegħdin jiġu mmonitorjati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ nediet proġett pilota ta’ Home Diabetes Management għall-anzjani li ma jistgħux joħorġu minn djarhom imma jgħixu fil-komunita’ u li għandhom id-dijabete. Il-proġett pilota beda f’Marzu 2026 u sal-lum diġa’ bbenefikaw minnu aktar minn 40 anzjan. Il-proġett issa ser ikompli jespandi billi jkun hemm monitoraġġ, edukazzjoni u appoġġ personalizzat fid-djar tal-klijenti, biex b’hekk jiġi estiż is-servizz.

Anzjani li għandhom ‘live-in carer’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-wegħda li saret fil-manifest elettorali ‘Int Malta’ li l-għajnuna li tingħata mill-Gvern lill-anzjani li għandhom ‘live-in carer’ ser titla’ għall-paga minima nazzjonali, hijiex ser tiżdied mill-Baġit li ġej?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ħsieb tal-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ huwa li tipproponi żieda fl-għajnuna finanzjarja għall-baġit tas-sena 2027 għall-anzjani li għandhom ‘Carer at Home.’

Knee replacement – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal knee replacement?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 413-il pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Operazzjonijiet relatati mal-irkoppa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet relatati mal-irkoppa f'dawn l-aħħar tliet xhur, maqsuma bejn dawk magħmula fl-isptarijiet pubbliċi u dawk li qed jsiru fil-privat imħallsa mis-settur pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li n-numru ta’ operazzjonijiet relatati mal-irkoppa rreġistrati li saru bejn Jannar u April 2026, jidhru fit-tabella hawn taħt: Total Number of Procedures performed at MDH & Outsourced in the Private Sector Descriptive category Jan-April 2026 Total knee replacement 366 Revision of knee replacement 10 Arthroscopy (with or without meniscectomy, cruciate surgery or other procedures) 312

MRIs

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru MRIs minn Jannar sa Lulju 2026, maqsuma xahar b'xahar u skont kull magna li qed tintuża bħalissa fis-settur pubbliku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt. Infakkar li l-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa, servizz ta' MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u magna tal-MRI fir-Residenza San Vinċenz. GOZO MRI MDH MRI (1/2/3) Vincent Moran MRI SVPR MRI TOTAL Total (Jan – July 2026) 5,250 18,289 1,102 651 25,292

MRI – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni jistennew għal appuntament ta' MRI?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent hemm 76 pazjent li ilhom jistennew aktar mill-perjodu stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti. Ikun hemm bosta raġunijiet għala il-perjodu ta’ stennija jkun itwal minn dak stipulat. Imma nserraħ ras lill-Onor. Interpellant li kull talba għall-MRI urġenti issir fl-iqsar żmien possibbli. Il-Gvern illum joffri tliet MRIs fl-Isptar Mater Dei li qed jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 t'ijiem fil-ġimgħa. Introduċejna MRI fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, servizz tal-MRI fiċ-Ċentru Ċensu Moran u servizz ta’ MRI fir-Residenza San Vinċenz.

Injection Ozempic – Rekwiżiti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhuma r-rekwiżiti biex persuna tingħata l-injection magħrufa bħala 'Ozempic' b'xejn mill-formularju?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ewwel pass ta’ din l-istrateġija relatata mal- użu tal- GLP-1 agonists,  huwa ffukat fuq pazjenti bid dijabete tat Tip II (T2DM) li qed jiffaċċjaw l-isfidi serji tal obeżità severa b’ Body Mass Index (BMI) ta’ 40 jew iktar.

Injection Ozempic

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li bbenefikaw mill-injection Ozempic b'xejn, minn meta ddaħħlet fil-formularju?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta tħabbar f’April li għadda li l-Gvern jinsab fi stadju avvanzat sabiex jintroduċi terapiji bbażati fuq GLP-1 agonists, kompliet issir il-ħidma meħtieġa biex din l-inizjattiva titwettaq b’suċċess.  Il-proċess ta’ implimentazzjoni sabiex dawn l-injezzjonijiet ikunu introdotti fil-formularju tal-Gvern għaddej b’mod strutturat u bl-isforzi kollha sabiex dan il-pass importanti, li mistenni jolqot madwar elfejn pazjent fil-fażijiet inizjali tiegħu, jitwettaq fl-iqsar żmien possibbli.

Persuni li ħarġu mis-suq tax-xogħol – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Persuni impjegati f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hija impjegata f'Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bejn ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f' seduta oħra.

Infrastucture Malta – Miżuri – Tibdil fil-klima

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji (policies u tekniċi) dwar x'miżuri qed tieħu Infrastructure Malta fil-proġetti tagħha fir-rigward tat-tibdil fil-klima u sabiex is-sistema infrastrutturali tagħna tkun iktar reżiljenti?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar.

Servizzi tal-LPTS – Permessi ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet tal-iggaraxxjar għas-servizzi tal-Light Passenger Transport System (LPTS), li huwa rekwiżit għal-liċenzja tal-operatur indikati minn operaturi li għandhom minn 30 vettura ‘l fuq u jindika l-indirizz tal-faċilitajiet tal-iggaraxxjar ta’ kull operatur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Koperattivi – Kontijiet – Sena 2024 u 2025

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 401 u jgħid kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2024 u kemm-il koperattiva preżentat il-kontijiet tagħha għas-sena 2025?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninform lil Onor. Interpellant illi 59-il koperattiva ssottomettew il-kontijiet taggħom għas-sena 2024 u 16-il koperattiva ssottomettew il-kontijiet taggħom għas-sena 2025.

Ħaddiema li għandhom ’il fuq minn 60 sena – Statistika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 412 u jipprovdi statistika tan-numru ta’ individwi li għandhom ’il fuq minn 60 sena li jaħdmu, f’dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ persuni ‘l fuq minn 60 sena fid-dinja tax-xogħol żdied għal 31,460 fl-2026 minn 24,645 fl-2021. Din l-informazzjoni hija miġbura mill-formoli ta’ bidu u tmiem ta’ impjieg u iżjed informazzjoni dettaljata tinstab fit-tabella t'hawn taħt: ĦADDIEMA LI GĦANDHOM ’IL FUQ MINN 60 SENA – STATISTIKA 60+ 2021 2022 2023 2024 2025 2026 Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Diċembru Jannar Total 24,645 26,448 28,039 29,735 31,527 31,460