Gozo Channel – Tender ġdid għall-provvista ta’ vapur
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kif it-tender il-ġdid għall-provvista ta’ vapur għall-Gozo Channel huwa differenti mit-tenders preċedenti u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kundizzjonijiet kollha tas-sejħa għall-offerti (tender)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender ġie mfassal skont il-prinċipji ta’ trasparenza, trattament ugwali u kompetizzjoni ġusta, bi kriterji ċari u mhux diskriminatorji. Dan sar biex tiġi attirata parteċipazzjoni effettiva minn operaturi ekonomiċi kwalifikati. L-ispeċifikazzjonijiet ġew stabbiliti b’mod proporzjonat għall-ħtiġijiet operattivi tal-kumpanija Gozo Channel. Sabiex tiġi assigurata t-trasparenza ta’ dan il-proċess, id-dettalji kollha relatati ma’ dan it-tender ġew ippubblikati fuq il-portal tal-akkwisti elettroniċi (EPPS).
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet il-kirja tal-vapur Nikolaus, li l-Gvern beda jikri f’Ġunju tal-2019, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u kemm hija l-ispiża totali mħallsa s’issa fir-rigward ta’ din il-kirja?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta ta’ Mistoqsija Parlamentari Nru 2176 tal-14-il legislatura.
Qorti u Tribunal t’Għawdex – Każijiet ta’ pussess tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga ġie rrappurtat jew tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex u quddiem it-Tribunal matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’dawn il-każijiet?
Qorti t’Għawdex – Każijiet ta’ traffikar tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ traffikar ta’ droga tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’kull każ?
Fast ferry – Priority boarding – Residenti Għawdxin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li tidħol fis-seħħ is-sistema ta’ priority boarding għar-residenti Għawdxin fuq is-servizz tal-fast ferry?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-passiġġieri li jkollhom biljett validu mixtri minn qabel, inkluż l-Għawdxin, jingħataw prijorità u jkollhom l-imbark garantit. Fl-istess waqt qed isiru żviluppi fis-sistemi bil-għan li l-Għawdxin u l-Maltin li jużaw is-servizz ta’ kuljum ikollhom iżjed flessibilita` fil-vjaġġi tagħhom.
Fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta – Vjaġġ tad-8:45 a.m.
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex il-vjaġġ tad-8:45 a.m. mhuwiex inkluż fl-iskeda tas-servizz tal-fast ferry mill-Imġarr, Għawdex għall-Belt Valletta? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li dan il-vjaġġ jiġi introdott?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-vjaġġ tat-8:45 a.m. mill-Port tal-Imġarr, Għawdex, lejn il-Belt Valletta ma jinsabx fl-iskeda attwali peress li, skont il-ftehim għall-provvista tas-servizz skedat ta’ fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr, dan il-vjaġġ ġie rtirat mill-iskeda tas-servizz. Kwalunkwe tibdil jew introduzzjoni mill-ġdid ta’ dan il-vjaġġ ikollu jiġi kkunsidrat fil-kuntest tal-arranġamenti kuntrattwali u tal-eżiġenzi operattivi tas-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati permessi li jinvolvu żieda fl-għoli tal-bini lil hinn minn dak eżistenti fiż-żona matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għal construction permit għadha pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess relatat ma’ demolition u rebuilding ġie approvat matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 kienu ġew approvati 482 applikazzjoni għal żvilupp li kienu jinkludu il-kliem ‘demolish’, ‘demolition’, ‘twaqqa’, jew ‘twaqqiħ’ fid-deskrizzjoni tal-proposta provduta mill-Perit tal-każ, fejn id-deskrizzjoni tinkludi ukoll kostruzzjoni ta’ bini. Dan ifisser li n-numru jinkludi każijiet fejn it-twaqqiħ seta’ kien biss twaqqiħ ta’ ħajt (boundary wall) u li fuq is-sit kien qed jintalab ukoll li ssir kostruzzjoni ġdida; jew każijiet fejn sar biss twaqqiħ parzjali tal-istruttura oriġinali u li fuq is-sit kien qed jintalab ukoll li ssir kostruzzjoni ġdida.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għall-bini ġie approvat permezz ta’ fast-track procedure jew accelerated processing matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il permess għall-bini ġie approvat matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 wara li ġew sottomessi oġġezzjonijiet minn residenti, NGOs jew kunsilli lokali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi għall-bini approvati matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026 fuq:
(i) art ODZ;
(ii) siti skedati; u
(iii) Urban Conservation Areas (UCAs)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat liperess li fis-sistema elettronika tal-Awtorità tal-Ippjanar m'hemm l-ebda data field li tidentifika l-informazzjoni mitluba, biex jinġabar it-tagħrif kif mitlub, wieħed ikollu jdur l-applikazzjonijiet waħda waħda u għalhekk jinqabeż l-Advisory Cost Limit, kif stabbilit f'rulings preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar li saritilhom manutenzjoni fuqhom mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar wettqet xogħlijiet ta' manutenzjoni fuq total ta' 1,603 proprjetà minn Jannar tal-2025 sal-24 ta’ Ġunju 2026.
Jista’ l-Ministru jgħid bħala perjodu ta’ żmien, kemm ilu għaddej l-itwal każ fil-Qorti tal-Familja?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurnat li l-itwal kawża li għadha pendenti kienet reġistrata fil-15 ta’ Ġunju 2005. It-tul tal-proċeduri huma attribwiti għan-natura, il-partijiet u l-prosegwiment tal-kawża.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ksur tal-GDPR minn entitajiet pubbliċi matul l-2025 u x’passi ttieħdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li matul is-sena 2025, mill-investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-
Data
- riżultat ta’ ilmenti mressqa minn suġġetti tad-data ai termini tal-artikolu 77(1) tal-GDPR - il-Kummissarju sab tlettax-il każ li wasslu għall-ksur tal-GDPR minn awtoritajiet pubbliċi. Fir-rigward ta’ notifiki ta’ ksur ta’ data personali li saru minn awtoritajiet pubbliċi skont l-artikolu 33(1) tal-GDPR, il-Kummissarju sab li tliet awtoritajiet pubbliċi wettqu ksur tal-GDPR.
Il-Kummissarju eżerċita l-poteri korrettivi hekk kif ġej:
Artikolu 58(2)(b) tal-GDPR (ċanfar lill-awtorità pubblika)
2
Artikolu 58(2)(c) tal-GDPR (ordni lill-awtorità pubblika sabiex tikkonforma mat-talbiet tas-suġġetti tad-data)
3
Artikolu 58(2)(d) (ordni sabiex l-awtorità pubblika twettaq l-operazzjonijiet ta’ pproċessar konformità mad-dispożizzjonijiet tal-GDPR)
13
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-ħaddiema tas-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema mis-settur pubbliku li rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) matul l-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.