Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

It-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.

San Pawl il-Baħar – Servizzi ta' tindif

Question

Fid-dawl tal-ftehim u l-investiment li kienu tħabbru fis-snin preċedenti sabiex jissaħħu s-servizzi ta’ tindif fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar, tista’ l-Ministru tgħid: i.    jekk il-Gvern għadux iqis l-indafa f’din il-lokalità bħala prijorità; ii.    jekk dawn l-investimenti u s-servizzi f’din il-lokalità tkomplewx, u jekk le, għal liema raġuni twaqqfu jew tnaqqsu; u iii.    x’miżuri konkreti bi ħsiebha tieħu sabiex tiżgura li r-residenti ta’ San Pawl il-Baħar jingħataw livell adegwat ta’ indafa matul is-sena kollha, b’mod partikolari matul ix-xhur tas-sajf?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-indafa f’kull lokalità hija importanti. Infurmata li f’din il-lokalità partikolari, d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni allokat vetturi speċifiċi li huma ddedikati esklussivament sabiex jiġi żgurat servizz effiċjenti u kontinwu. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li s-servizzi ta’ tindif fuq il-bajjiet u l-promenade jiġu pprovduti matul is-sena kollha. Matul il-perjodu tas-sajf, jiġu introdotti kontenituri għas-separazzjoni tal-iskart fuq il-bajjiet b’kollaborazzjoni mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), filwaqt li tiżdied ukoll il-frekwenza tal-ġbir u t-tbattil tal-kontenituri fuq il-bajjiet u l-promenades. Barra minn hekk, meta jkun meħtieġ, isiru wkoll xogħlijiet ta’ ħasil tat-toroq, kif ukoll tal-kontenituri tal-iskart.

San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser jikkollabora ma’ Din l-Art Ħelwa, mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali u ma’ entitajiet oħra kompetenti sabiex jiġi salvagwardjat il-monument uniku tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar, li huwa meqjus bħala l-aħħar maħras medjevali li għadu jeżisti fil-Gżejjer Maltin?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu - Restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx fondi allokati jew ippjanati għar-restawr, il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar u meta huwa mistenni li jibdew dawn l-interventi?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu - Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar għadha mhijiex inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali, minkejja s-sinifikat storiku u kulturali tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din l-ommissjoni tiġi indirizzata?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku jew stħarriġ strutturali dwar il-kundizzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta sar u x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

Ċentri għall-Anzjanità Attiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fejn ser jinfetħu aktar ċentri għall-anzjanità attiva apparti dawk f’Ħaż-Żabbar u f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm pjanijiet biex jinfetħu ċentri oħra fiż-żmien li ġej u bħalissa qegħdin isiru l-arranġamenti sabiex jiġu identifikati l-postijiet eżatti.

Ħaż-Żebbuġ - Ċentru għall-Anzjanità Attiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jiftaħ iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż-Żebbuġ?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ċ-ċentru ta’ matul il-jum għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż-Żebbuġ ser jiftaħ fis-sena 2028.

Ħaż-Żabbar - Ċentru għall-Anzjanità Attiva

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikun qed jiftaħ iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż-Żabbar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ċ-Ċentru ta’ matul il-jum għall-Anzjanità Attiva f’Ħaż- Żabbar ser jiftaħ fis-sena 2027.

Università tar-Raba’ Età - Anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li llum jgħixu fi djar tal-anzjani li jattendu l-Università tar-Raba’ Età?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sena skolastika li għaddiet ġewwa l-Università tar-Raba’ Età attendew 150 anzjan li jgħixu fi djar tal-anzjani.

Fall detection sensors, dawl addattiv u ‘voice-controlled appliances’

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser ikunu qegħdin jingħataw il-‘fall detection sensors’, dawl addattiv u ‘voice-controlled appliances’ lill-anzjani li jgħixu waħedhom fil-komunità? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn humiex ser jingħataw b’xejn lill-anzjani jew jekk huwiex ser ikun hemm ħlas għalihom? Jekk iva, jista’ jgħid kemm ser ikun il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Anzjanita’ Attiva u l-Kura fil-Komunita’ tinsab fil-fażi ta’ ppjanar ta’ din l-inizjattiva. Wara li jitlestew il-proċessi neċessarji kollha, tibda l-fażi tal-offerta għax-xiri tal-hardware u s-software u s-sistema tal-implimentazzjoni.

Operazzjoni tat-tunsilli – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għall-operazzjoni tat-tunsilli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 145 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Proċeduri relatati mal-uroloġija – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal proċeduri relatati mal-uroloġija?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 198 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Operazzjonijiet relatati mal-ispina tad-dahar – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal operazzjonijiet relatati mal-ispina tad-dahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 259 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Bunion surgery – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament tal-bunion surgery?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 142 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Operazzjoni tal-kataretti – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal operazzjoni tal-kataretti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 111 -il pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Hip replacement – Appuntamenti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti jistennew appuntament għal hip replacement?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 kien hemm 185 pazjent li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

Trasport pubbliku – Ilmenti – Sena 2026

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, mill-bidu tas-sena 2026 sas-17 ta’ Ġunju 2026, daħal total ta’ 674 ilment relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, maqsuma skont il-kategorija kif ġej: Kategorija Għadd Kundizzjoni tal-karozzi tal-linja 4 Bus shelters 21 Bus stops 85 Nuqqas ta’ kapaċità 62 Xufiera jew impjegati tal-operatur 129 Puntwalità 32 Affidabbiltà 64 Skedi 83 Oħrajn 194 Total 674

Trasport pubbliku – Ilmenti – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċieva dwar it-trasport pubbliku (karozzi tal-linja) matul is-sena 2025, maqsuma skont il-kategorija tal-ilment (dewmien, iffullar, imġieba tas-sewwieqa, aċċessibbiltà, indafa u oħrajn)?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul is-sena 2025, ġew riċevuti total ta’ 1,996 ilment relatati mas-servizz tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja, maqsuma skont il-kategorija kif ġej: Kategorija Għadd Kundizzjoni tal-karozzi tal-linja 9 Bus shelters 50 Bus stops 186 Nuqqas ta’ kapaċità 260 Xufiera jew impjegati tal-operatur 313 Puntwalità 152 Affidabbiltà 194 Skedi 383 Oħrajn 449 Total 1996