Legislature:
Category:
Reset
Active:

Construction permits - Investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet taħt investigazzjoni relatati ma’ alleged irregularities jew conflicts of interest fil-proċess tal-approvazzjoni ta’ construction permits?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija sakemm saret ir-risposta, jirriżulta li hemm każ wieħed. Dan il-każ jinvolvi impjegat tal-Awtorita’, peress li ġiet sottomessa applikazzjoni f’ismu u ma għamilx dikjarazzjoni ta’ kunflitt ta’ interess skont l-Artikolu 13 tal-Att Dwar l-Ippjanar (Kap 552).

Enforcement Notices – Xogħlijiet ta’ Kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-enforcement notices relatati ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li bdew mingħajr permess, jew bi ksur tal-permess approvat, u li nħarġu matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, wasslu għal: (i) sospensjoni tax-xogħol; (ii) multi; jew (iii) revoka ta’ permessi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fix-xhur imsemmija l-Awtorita għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol ħarġet 260 ordni ta’ twaqqif mix-xogħol u 98 multa. Minn naħa tal-Awtorita tal-Bini u l-Kostruzzjoni, fl-istess xhur inħarġu 3,001 notifika ta’ stop works li 49 minnhom saru b’enforcement notice. Fl-istess perjodu nħarġu wkoll 146 multa.

Enforcement notices fuq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il enforcement notice nħarġet relatata ma’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li bdew mingħajr permess, jew bi ksur tal-permess approvat, matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li waqt spezzjonijiet ta’ rutina jew ilmenti mibgħuta mill-pubbliku ġenerali lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol, din sabet total ta’ 260 sit li ma kinux konformi u li nħarġitilhom ordni ta’ twaqqif mix-xogħol. Minn dawn, sitta u ħamsin 56 sit ta’ kostruzzjoni nstabu li bdew ix-xogħol mingħajr il-permessi meħtieġa mill-istess Awtorità. Dawn is-siti kollha ġew ordnati jieqfu mix-xogħol sakemm ġew konformi skont l-obbligi legali relatati ma’ nuqqasijiet dwar il-kostruzzjoni maħruġa mill-istess Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol. Fir-rigward tal-Awtorita tal-Bini u Kostruzzjoni, fix-xhur imsemmija inħarġu 3,001 notifika ta’ stop works, li 49 minnhom saru b’enforcement notice. Dawn l-istop works notices joħorġu kemm mid-Dipartiment tal-permessi, konsegwenza ta’ dokumenti jew poloz ta’ assigurazzjoni skaduti, u kif ukoll mid-Dipartiment tal-infurzar, jekk jiġi nnutat xi ħaġa fuq is-sit li ma jkunx skond il-permess approvat. B’kollox, fix-xhur imsemmija inħarġu wkoll 146 multa filwaqt li ma ġie revokat l-ebda permess.

Permessi – Policies u direttivi

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policies jew directives li ntużaw biex ġew approvati dawk il-permessi li ngħataw matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjonijiet għall-iżvilupp jiġu determinati mill-Awtorità tal-Ippjanar skont il-qafas leġiżlattiv u regolatorju applikabbli, inklużi l-policies, il-pjanijiet u l-linji gwida rilevanti li jkunu fis-seħħ fiż-żmien meta tkun qed tiġi evalwata kull applikazzjoni. Kull applikazzjoni tiġi kkunsidrata fuq il-merti tagħha. Il-proċess tal-ippjanar huwa, fil-parti l-kbira tiegħu, wieħed pubbliku u trasparenti, li jinkludi d-dritt ta’ rappreżentazzjoni minn partijiet terzi, seduti pubbliċi quddiem il-bordijiet kompetenti u kummissjonijiet fejn applikabbli, kif ukoll id-dritt ta’ appell skont il-liġi.

Proġetti - Traffic impact assessments jew infrastructure impact studies

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux traffic impact assessments jew infrastructure impact studies qabel l-approvazzjoni ta’ proġetti kbar matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm il-ħtieġa ta' traffic impact assessments jew infrastructure impact studies b’relazzjoni mal-proġetti li saru fil-perjodu indikat.

Awtorità tad-Djar - Proprjetajiet - Manutenzjoni - Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa fuq il-manutenzjoni tal-proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-nefqa totali fuq il-manutenzjoni tal-proprjetajiet li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar minn Jannar tal-2025 sal-24 ta’ Gunju 2026  kienet ta' €4,676,400.14.

Studenti tas-social work – Salarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk studenti fi placement tas-social work mill-MCAST qed jirċievu salarju mill-entità fejn ikunu qed jagħmlu l-placement filwaqt li studenti fi placement mill-Università ta’ Malta ma jirċevux dan it-tip ta’ ħlas?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’konformità mal-manifest elettorali Int Malta, din ser tkun wahda mir-riformi ghal din il-legizlatura. Tant li l-Manifest jiprovdi dan li gej u ser tkun qed tigi implimentata f’din il-legizlatura kif imwieghed.  ‘Konxji li ħafna żgħażagħ jagħmlu internships u traineeships waqt jew wara l-kors edukattiv tagħhom iżda ma jitħallsux. Se nibdew process sabiex it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol jiġi rrikonoxxut fil-liġijiet tax-xogħol ta’ pajjiżna. Permezz ta’ din ir-riforma rridu nagħtu ħlas xieraq lil dawn l-istudenti u gradwati, insaħħu l-kwalità tat-tagħlim u nagħtu rikonoxximent formali lil dawn l-esperjenzi ta’ xogħol.’

Malta – Kontribut lill-ESA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-kontribut ta’ Malta lill-European Space Agency (ESA) li tmexxi riċerka u programmi spazjali mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ir-relazzjoni istituzzjonali tal-Gvern Malti mal-Agenzija Spazjali Ewropea (ESA) ġiet stabilita permezz tal-ftehim PECS li gie iffirmat nhar il-25 ta’ Ottobru 2023, f’Larnaka, Ċipru, u imbaghad irratifikat b’vot unanimu mill-Kamra tad-Deputati, waqt is-seduta parlamentari no. 250 tal-leġislatura preċedenti li tlaqqghet nhar it-Tnejn, 24 ta’ Gunju 2024. Il-ftehim PECS mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) ikopri perjodu ta’ 5 snin (2024 – 2028). Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 35139  li ngħatat fis-Seduta 457 tal-14 -il leġislatura li nżammet fit-22 ta’ April ta’ din l-istess sena, ninfurmaha li l-kontribuzzjoni għas-sena 2026 mistennija tkun ta’ €1,725,859.20.

Università ta’ Malta - Senior canteen section - Sistema tal-elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex tiġi upgraded is-sistema tal-elettriku fis-senior canteen section tal-Università ta’ Malta, fid-dawl li s-sistema ta’ bħalissa hija antika u m’hemmx outlets biżżejjed fejn membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw l-mobile, tablet jew laptop?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li socket outlets fejn il-membri tal-istaff ikunu jistgħu jiċċarġjaw il-mobile, it-tablet jew il-laptop fis-sezzjoni tas-senior canteen tal-Università ta’ Malta ġew installati fix-xhur li għaddew.

EAP - Ħaddiema mis-settur pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti b’mod ġenerali, x’kienu r-raġunijiet dwar xiex kellhom bżonn l-għajnuna meta rrikorrew għall-Employee Assistance Programme (EAP) fl-2026?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li din l-informazzjoni hija ta’materja privata u sensitiva.

Tallinja card - App

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex persuni jkunu jistgħu jużaw l-app, minflok it-Tallinja Card fuq il-karozzi tal-linja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-Tallinja Card hija proprjetà tal-Malta Public Transport. L-opertatur tas-servizz tat-transport Pubbliku għandu wkoll mobile app, illi fl-aħħar sena, ġiet imsaħħa b’aktar funzjonalitajiet, fosthom l-għoti ta’ informazzjoni f’ħin reali dwar is-servizz, biex il-passiġġieri jkunu jistgħu jippjanaw il-vjaġġ tagħhom b’aktar faċilità. Infurmat li fl-istess waqt, għaddejjin diskussjonijiet dwar aktar titjib li jista’ jiġi implimentat, bil-għan li nkomplu nsaħħu s-servizzi diġitali offruti lill-pubbliku u jitkompla jitjieb is-servizz tat-trasport pubbliku. Barra minn hekk, il-pjan Malta in Motion jinkludi viżjoni aktar wiesgħa ta’ mobbiltà integrata, li permezz tagħha ser tiġi żviluppata pjattaforma diġitali waħda li tgħaqqad il-modi differenti tat-trasport f’app waħda. Dan ser jagħmilha aktar faċli għall-utenti biex jippjanaw u jużaw diversi mezzi ta’ trasport minn pjattaforma waħda.

Tallinja card

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet introdotta t-Tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel Tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa Tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ġiet introdotta fl-2015. Din hija proprjetà ta’ Malta Public Transport Ltd. Din illum tiswa €5.00 u €25.00, liema charge jiġi determinat esklussivament mill-kumpanija u mhux mill-Gvern.

Traffiku - Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu sabiex tittaffa l-problema tat-traffiku f’Malta, fid-dawl tal-fatt li skont l-indiċi tat-TomTom, it-traffiku f’Malta huwa t-tieni l-agħar fid-dinja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-indiċi tat-TomTom iċċitati mhuwiex l-aqwa kejl peress li jirreferi għal perjodu u żona partikolari madwar il-Belt Valletta u ma jirriflettux is-sitwazzjoni nazzjonali kollha. Miżuri ttieħdu u għadhom qed jittieħdu kemm taħt Reshaping our Mobility kif ukoll bit-twettiq tal-pjan Malta in Motion.

Anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li llum jgħixu fi djar tal-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta’ anzjani li jgħixu fi djar tal-anzjani jammonta għal 4267; filwaqt li 1446 pazjent huwa rikoverat fil-long term care ta’ San Vinċenz de Paule.

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti li preżentement għaddej ix-xogħol fuqhom minn Infrastructure Malta bid-dettalji segwenti: i.    it-triq u l-lokalità; ii.   it-tip ta' proġett; iii.  id-data ta' meta nbeda l-proġett; u iv.  it-tul tal-eżekuzzjoni tal-proġett (f'ġimgħat/working weeks) skont kif indikat fit-tender, framework jew dokument ta' procurement ieħor?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema proġett qed jirreferi.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari se tkun qed tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli  Interpellant illi t-tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Jista’ jgħid ukoll liema sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.