B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar liema żona/art ġiet esproprjata, meta nbeda u ġie tterminat l-proċess, u d-data ta’ liema Gazzetta tal-Gvern ħarġet it-talba?
B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, u ġaladarba din iż-żona mhux parti minn triq skedata, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji dwar il-permess tal-iżvilupp relatat ma’ dawn ix-xogħlijiet?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.
B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar x’tip ta’ xogħol sar u kemm ġie jiswa dan ix-xogħol?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.
B’referenza għax-xogħol imwettaq minn Infrastructure Malta fil-parkeġġ tal-Fajtata, f’Marsaskala, li pjanta dwarha qed tingħata separatament, jista’ l-Ministru jagħti dettalji f’tabella dwar liema żona/art ġiet esproprjata, meta nbeda u ġie tterminat l-proċess, u d-data ta’ liema Gazzetta tal-Gvern ħarġet it-talba?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fid-dawl taċ-ċirkostanzi tal-każ u tal-proċessi li għadhom għaddejjin, ma jkunx xieraq, li f’dan l-istadju, tiġi preġudikata l-pożizzjoni legali tal-Aġenzija dwar il-materja inkwistjoni.
Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 9 – Investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 554 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, x’inhu l-istatus u għal liema settur tirrelata l-investigazzjoni?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninsab infurmat illi rigward allegat ksur tal-artikolu 9 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 saru seba’ (7) investigazzjonijiet fis-setturi tal-Intratteniment, Telekomunikazzjoni, Enerġija, Annimali u Gaming.
Żewġ investigazzjonijiet ġew magħluqa filwaqt li l-bqija tal-investigazzjonijiet għadhom pendenti.
Att dwar il-Kompetizzjoni – Artikolu 5 – Investigazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 553 u jgħid kemm saru investigazzjonijiet da parti tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) minħabba allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll, f’kull każ, x’inhu l-istatus u għal liema settur tirrelata l-investigazzjoni?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninsab infurmat illi rigward allegat ksur tal-artikolu 5 tal-Att dwar il-Kompetizzjoni (Kap. 379) mill-2019 saru sitt (6) investigazzjonijiet fis-setturi tal-Intratteniment, Telekomunikazzjoni, Saħħa, Annimali u Marittimu. Dawn l-investigazzjonijet għadhom pendenti.
Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 551 u jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti? Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 551.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-ħġieġ li jinġabar hux qed jiġi riċiklat kollu u kif qed jiġi proċessat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħġieġ kollu miġbur jiġi proċessat fil-linja awtomatizzata tal-ipproċessar tal-ħġieġ fis-sit ta’ Sant’Antnin, Marsaskala. Din il-faċilità tirċievi ħġieġ imħallat u tneħħi minnu l-kontaminanti u l-impuritajiet permezz ta’ teknoloġija avvanzata ta’ għażla u separazzjoni. Il-ħġieġ jiġi magħżul skont il-kulur tiegħu f’diversi frazzjonijiet. Filwaqt li l-materjal mhux adattat għar-riċiklaġġ jiġi separat bħala rejects.
Permezz ta’ dan il-proċess, il-faċilità tipproduċi materjal tal-ħġieġ ta’ kwalità għolja (glass cullet) li jkun lest għall-użu dirett mill-manifatturi tal-ħġieġ fil-produzzjoni ta’ prodotti ġodda, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ekonomija ċirkolari u għall-użu aktar effiċjenti tar-riżorsi. Il-prodott finali jitqiegħed għall-bejgħ biex jintbagħat barra minn Malta għall-proċess ta’ riċiklaġġ. Is-sejħiet kollha għall-bejgħ jiġu pubblikati fuq il-websajt tal-kumpanija
https://www.wsm.com.mt/en/sales#gsc.tab=0
biex jiġi żgurat proċess trasparenti u aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi kollha interessati.
Matul is-sena 2025 WasteServ esportat ammont rekord ta’ aktar minn 23,500 tunnellata ta’ materjal riċiklabblli.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskart riċiklabbli li jinġabar fil-borża l-ħadra u/jew griża hux qed jiġi riċiklat kollu? Tista’ tgħid ukoll x'inhu l-proċess u kif jiġu proċessati l-komponenti differenti tiegħu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart kollu miġbur fil-borża l-griża jiġi proċessat fil-Material Recovery Facility (MRF) li tinsab fil-kumpless ECOHIVE, fejn jiġi separat f’diversi flussi ta’ skart. Fil-preżent, il-materjal li ma jistax jiġi rkuprat jew riċiklat u li jinstab fil-borża griża (rdf) jammonta għal 25%.
Il-flussi ta’ skart li jiġu separati, sussegwentement jitqiegħdu għall-bejgħ biex jintbagħtu barra minn Malta għall-proċess ta’ riċiklaġġ. Is-sejħiet kollha għall-bejgħ jiġu pubblikati fuq il-websajt tal-kumpanija
https://www.wsm.com.mt/en/sales#gsc.tab=0
biex jiġi żgurat proċess trasparenti u aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi kollha interessati. Dawn il-flussi jinkludu l-karta, il-kartun, il-plastik PET u l-kartun tal-ħalib.
Barra minn hekk, il-materjal residwu (RDF) li jiġi rkuprat mill-borża griża qed jintuża wkoll fi ħdan il-kumpless ECOHIVE bħala saff ta’ protezzjoni madwar il-miżbla l-ġdida, biex jipprovdi barriera addizzjonali għal-liner.
Matul is-sena 2025 il-WasteServ esportat ammont rekord ta’ aktar minn 23,500 tunnellata ta’ materjal riċiklabbli.
Tista' l-Ministru tgħid jekk l-iskart organiku li jinġabar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa, hux qed jintuża kollu fil-proċess tal-Anearobic Digestion u jekk le, kif aktar qed jintuża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart organiku kollu li jinġabar qed jiġi proċessat fl-impjant u jiġi mdawwar f’enerġija rinovabbli u kompost. Fis-sena 2025 ġie proċessat ammont rekord ta’ aktar minn 36,000 tunnellata ta’ skart organiku.
Regolamenti dwar l-użu tal-Karozzini - Passi legali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ittieħdu passi legali minħabba allegat ksur tal-L.S. 439.22 – Regolamenti dwar l-użu tal-Karozzini, mill-2019 sal-aħħar tal-2025, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li waqt l-ispezzjonijiet u l-verifiki li saru mill-uffiċjali tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali ma nstab l-ebda ksur tal-leġiżlazzjoni matul is-snin 2023 u 2024, filwaqt li fis-sena 2025, id-Direttorat ħareġ twissija waħda wara li ġew identifikati ċirkostanzi li ġġustifikaw tali azzjoni.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ persuni li mietu kawża ta' inċidenti tat-traffiku mis-sena 2015 sal-aħħar ta’ Mejju 2026 kien kif jidher fit-tabella:
Sena
Persuni li mietu kawża ta' inċidenti tat-traffiku
2015
11
2016
23*
2017
19
2018
18
2019
16
2020
12
2021
9
2022
26
2023
13
2024
12
2025
18
2026 (sa Mejju)
5
Total
182
*Iċ-ċifra tinkludi persuna li kienet mixja u li ġarrbet ġrieħi gravi f'inċident li seħħ f'April 2016, u mietet minħabba dawn il-ġrieħi f'Settembru 2016.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm mietu persuni kawża ta' inċident tat-traffiku mill-2015 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti kontra x-xandara li nstemgħu mill-Awtorità tax-Xandir fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu minħabba allegat nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar xi ħaġa oħra għajr nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien is-suġġett ta’ dawn l-akkużi?
Awtorità tax-Xandir – Akkużi – Nuqqas ta’ bilanċ/parzjalità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-Awtorità tax-Xandir li xogħolhom huwa li jagħmlu monitoraġġ ta’ dak li jkun qed jixxandar mill-istazzjonijiet tat-televiżjoni u/jew tar-radju?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li hemm sitt (6) impjegati jagħmlu xogħol ta’ monitoraġġ fl-Awtorità tax-Xandir.
Jista’ l-Ministru jgħid x’verifiki jsiru, jekk isiru, qabel Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet f’post partikolari, sabiex jiġi assigurat jekk il-post fejn ikun se jsir ix-xogħol huwiex proprjetà tal-Gvern jew proprjetà ta’ terzi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastruttura Malta tagħmel verifiki billi tissottometti applikazzjoni fuq is-sit tal-Awtorita` tal-Artijiet, Form Gov1.