Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Università ta’ Malta – Mature Students – Età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mil-liema età persuna hija kkunsidrata bħala matura u għalhekk ma jkollhiex għalfejn ikollha l-kwalifiki kollha neċessarji, skont il-proċedura tal-Università?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li t-tagħrif hu dak fit-tweġiba parlamentari 35147 tal-leġiżlatura XIV.

L-Università tat-Tielet Età – Persuni li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li attendew l-Università tat-Tielet Età sa Ġunju 2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba ġiet provduta lil dan il-Parlament permezz ta' tweġiba Parlamentari għall-mistoqsija Parlamentari numru 35144 tal-leġiżlatura XIV, u cioe’ li fl-Universita ta’ Malta bħalissa hemm 782 persuna li qed jattendu l-Universita tat-Tielet Etá Infurmat li ma kienx hemm żviluppi oħra wara din it-tweġiba Parlamentari. L-U3As jikkostitwixxu ċentri soċjo-kulturali fejn l-anzjani jiksbu għarfien ġdid f’ambjent pjaċevoli u bi proċessi ta’ tagħlim adegwati. L-udjenzi fil-mira tagħhom huma nies fit-tielet età tal-ħajja - jiġifieri, il-fażi tal-ħajja kkaratterizzata minn distakk relattiv minn karrieri professjonali stressanti u responsabbiltajiet eżiġenti fit-trobbija tal-familja fost l-ohrajn. Infurmat li l-Università tat-Tielet Età (U3E) tal-Università ta' Malta toffri korsijiet edukattivi għall-adulti 'l fuq minn 60 sena.  Infurmat li l-membri jistgħu jattendu lekċers fuq firxa wiesgħa ta' suġġetti anke mingħajr ebda rekwiżiti akkademiċi. Infurmat li dan isir f’ diversi ċentri madwar Malta u Għawdex, sitta f’Malta u tnejn f’Għawdex.
Leg 15 PQ #366 Sitting 10 - 13/07/2026 16:00 2026-07-13 Written · Final From: MICHAEL PICCININO (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Finanzi

Koperattivi - Impatt fuq l-ekonomija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’mod reali x’inhu l-impatt li l-koperattivi qed iħallu fuq l-ekonomija f’Malta?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2024, huwa stmat li l-koperattivi ġġeneraw fatturat taʼ €140 miljun, li jirrappreżenta 0.2% tal-ekonomija domestika kollha. L-impjiegi laħqu s-684, li jiġu wkoll daqs 0.2% tal-impjiegi kollha fl-ekonomija domestika.
Leg 15 PQ #340 Sitting 10 - 13/07/2026 16:00 2026-07-13 Written · Final From: MICHAEL PICCININO (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Programmi f’livelli MQF 5 sa 8

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 5 sa 8?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li MFHEA kellha 72 -il applikazzjonijiet pendenti għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 5 sa 8.
Leg 15 PQ #339 Sitting 10 - 13/07/2026 16:00 2026-07-13 Written · Final From: MICHAEL PICCININO (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport

MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Programmi f’livelli MQF 1 sa 4

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għall-akkreditazzjoni ta’ programmi f’livelli MQF 1 sa 4?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li MFHEA kellha 60 programm fil-livelli MQF 1 sa 4 li bħalissa jinsabu għaddejjin minn proċess ta’ evalwazzjoni għall-akkreditazzjoni.

Koperattivi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ koperattivi li għandna reġistrati bħalissa f’Malta? Jista’ jgħid ukoll f’liema kategorija ta’ xogħol jaħdmu dawn il-koperattivi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lil Onor. Interpellant In numru ta koperattivi li ghandna rregistrati f’Malta huma 79. Dawn il-koperattivi joperaw f’dawn il kategoriji: Kategorija No. Ta' Koperattivi Sajd u Agrikoltura 20 Kultura 4 Edukazzjoni 4 Saħħa u Sigurta' 1 Marittimu 4 Midja 1 Medical 3 Retail 3 Servizzi 1 7 Soċjali 2 Spatial 1 Sport 2 Tecknoloġija 4 Trasport 11 Workforce 2 Numru totali 79

Ġieħ ir-Repubblika - Proċedura

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex persuna tinnomina lil xi ħadd għal konsiderazzjoni biex jingħata Ġieħ ir-Repubblika?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interepellant għas-sit elettroniku https://opm.gov.mt/useful-links-mt/sistema-ta-unuri-u-ghotjiet/ fejn il-proċess kif ukoll l-formola ta’ nomininazzjoni jinsabu f’dan il-link li kopja ta’ dan it-tagħrif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MFHEA – Liċenzji maħruġa u programmi edukattivi akkreditati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu liċenzji mill-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) f’Mejju 2026, u kemm ġew akkreditati programmi fl-istess xahar? Jista’ wkoll jelenka liema kienu l-liċenzji maħruġa u l-programmi edukattivi akkreditati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li f’Mejju 2026, l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA), ħarġet liċenzja waħda.  Fl-istess perjodu, l-Awtorità akkreditat total ta’ għoxrin (20) programm.  Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-lista ta’ programmi li ġew akkreditati:

MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Edukazzjoni universitarja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni universitarja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li MFHEA kellha żewġ (2) applikazzjonijiet minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni universitarja u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.

MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Edukazzjoni avvanzata u ogħla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata u ogħla?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsijijiet parlamentari nru 335 u 336.

MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Edukazzjoni ogħla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni ogħla?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-MFHEA kellha 20 applikazzjoni minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni ogħla u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.

MFHEA – Applikazzjonijiet pendenti – Edukazzjoni avvanzata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha applikazzjonijiet pendenti l-Awtorità Maltija għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li MFHEA kellha 16-il applikazzjoni minn istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni avvanzata u li bħalissa jinsabu għaddejjin mill-proċess ta’ evalwazzjoni.

Special Access Arrangements – Studenti fil-livell avvanzat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell avvanzat (Advanced level) f'dawn is-suġġetti : i.      Ingliż; ii.     Malti; iii.    Matematika; iv.    Bijoloġija; v.     Physics; u vi.    Chemistry? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.

Special Access Arrangements – Studenti fil-livell intermedjarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' studenti li bbenefikaw minn Special Access Arrangements fis-snin 2024-2026, fil-livell Intermedjarju (Intermediate Level) f'dawn is-suġġetti : i.     Ingliż; ii.    Malti; iii.   Matematika; iv.   Bijoloġija; v.    Physics; u vi.   Chemistry? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti ġew minn skejjel tal-Istat, tal-Knisja u Indipendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li li l-informazzjoni mitluba ingħatatli kif qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat li d-differenza bejn it-total ta’ Tabella numru 2 meta mqabbla mal-informazzjoni provduta f’Tabella 1, huma n-numru ta’ kandidati privati.

L-Uffiċċju tad-Direttur għat-Trattament Xieraq tal-Annimali - Uffiċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu attwalment in-numru ta’ uffiċjali fi ħdan l-Uffiċċju tad-Direttur għat-Trattament Xieraq tal-Annimali li jistgħu jieħdu passi biex jitħarsu n-normi a tenur tal-L.S. 439.22 – Regolamenti dwar l-Użu tal-Karozzini?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li fil-preżent, id-Direttorat għandu għaxar (10) uffiċjali awtorizzati biex jinfurzaw ir-rekwiżiti legali relatati mal-karozzini.  Minn dawn, tmien (8) uffiċjali jwettqu l-ispezzjonijiet regolari relatati mal-karozzini, filwaqt li żewġ (2) uffiċjali oħra jwettqu wkoll spezzjonijiet fuq il-karozzini bħala parti mid-dmirijiet assenjati lilhom, flimkien mar-responsabbiltajiet tagħhom relatati mal-ispezzjonijiet tal-microchipping.

Għawdex - Port tal-Imġarr - Struttura tat-tined li jservu bħala kenn għall-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 186 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid jekk l-istruttura tat-tined li sservi bħala kenn għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex, hijiex struttura temporanja jew struttura permanenti?  Jekk hija struttura temporanja, jista’ jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbidel għal struttura permanenti li tkun aktar adegwata għall-passiġġieri li jużaw il-fast ferry kemm għall-Belt Valletta kif ukoll għal Buġibba u/jew Tas-Sliema?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tat-terminal li jservi r-rotta Għawdex–Valletta, il-canopies eżistenti ser jiġu sostitwiti, bix-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin. Fir-rigward tat-tieni terminal li jservi r-rotta Sliema–Buġibba–Għawdex, it-tinda, il-mobile unit u l-police barriers huma ta’ natura temporanja.

Persuni ‘homebound’ - Servizz ta’ hairdressing

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jkun qed jibda s-servizz ta’ hairdressing għall-persuni ‘homebound’ u li jgħixu waħedhom? Jista’ jgħid ukoll jekk dan is-servizz huwiex se jkun b’xejn jew bi ħlas, u jekk iva, kemm se jkun il-ħlas?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa qed jiġu evalwati diversi aspetti relatati mal-implimentazzjoni ta’ din il-miżura. Ladarba titlesta l-evalwazzjoni u jiġi determinat il-proċess kollu jitħabbru d-dettalji.