Ħal Qormi/Ħ’Attard - Trejqa Wied is-Sewda - Diżlivellar
Question
Tista’ l-Ministru tara li jsir xi tip ta’ lqugħ tul it-triq pubblika bejn it-triq u l-wied fi Trejqa Wied is-Sewda, bejn Ħal Qormi u Ħ’Attard (ritratti annessi), minħabba periklu ta’ diżlivell għal min ikun għaddej f’dik iż-żona?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Ħal Qormi – Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa – Problema tat-traffiku
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 833 u jagħti dettalji u pjanijiet dwar kif ser tissolva l-problema ta' traffiku fil-junction magħrufa bħala tal-Imgħallaq u ċjoè; Triq Ġużè Duca, Triq Manwel Dimech u Triq Ħal Luqa, f’Ħal Qormi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta qed tistudja din iż-żona u t-traffiku li jgħaddi minnha, bil-għan li tħejji l-aħjar proposta li tindirizza problemi tat-traffiku, kif ukoll issib l-aħjar proposta għal-lokal.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 832 u jagħti data dwar meta ser jibda x-xogħol ta' rikostruzzjoni mill-ġdid minn Infrastructure Malta, ta' Triq Blat il-Qamar, fis-Siġġiewi u kemm huwa indikat li se jdum dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Triq Blat il-Qamar, is-Siġġiewi, huma maħsuba li jibdew hekk kif jitlesta ix-xogħol kollu ta’ twessiegħ fi Triq Bur il-Kbir u t-triq tkun aċċessibli fuq żewg karreġġjati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 831 u jagħti dettalji (timeframes, fażijiet u data tal-bidu tax-xogħlijiet) dwar il-proġett ta' twessigħ parzjali minn Infrastructure Malta fi Triq l-Imqabba (magħrufa bħala Ta' Kandja) fil-limiti tas-Siġġiewi, meta ser jibda x-xogħol u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti ta’ dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa Infrastructure Malta qiegħda fil-fażi ta’ preparamenti tal-pjanti u surveys neċessarji fiż-żona kollha ta’ Triq l-Imqabba (magħrufa bħala Ta' Kandja), biex ikun jista jibda il-proċess ta’ espropju neċessarju.
Ix-Xemxija – Żona tal-Veċċja – Ħsarat fid-dawl tat-triq
Question
Tista’ l-Ministru tara li d-dawl tat-triq fiż-żona tal-Veċċja, ix-Xemxija jkun mixgħul kuljum matul il-lejl, hekk kif dan id-dawl kien jinsab mitfi matul din il-ġimgħa? Tista’ tgħid ukoll jekk issewwietx din il-ħsara u jekk iva, meta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li d-dawl tat-triq fiż-żona indikata nxtegħel permezz ta’ provvista temporanja. Sadattant għaddej il-proċess biex Enemalta tikseb il-permessi meħtieġa biex isiru t-tiswijiet, minħabba li l-ħsara ġiet identifikata taħt l-art.
Jista’ l-Ministru jgħid meta nqala’ l-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja fix-Xgħajra u x’sar minnu, minn meta nqala’ sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali qiegħda f’diskussjonijiet rigward il-proċess tar-restawr.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm fondi nazzjonali u fondi Ewropej disponibbli għal Xjenza Malta sal-aħħar ta’ din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta għall-estimi finanzjarji tal-budget, li kopja tagħhom diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, infurmat li b’mod addizzjonali, hemm ukoll fondi attribuiti mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp Reġjonali (ERDF), permezz tal-Ministeru għall-Fondi Ewropej u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser tiżdied l-eliġibilità għall-allowance supplimentari u b’kemm ser tiżdied?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rati tal-Allowance Supplimentari żdiedu b’mod konsiderevoli matul l-2017, l-2022, l-2025 u l-2026. Dan ifisser li matul l-2026 ir-rata massima għal persuni waħedhom żdiedet għal €14.40 fil-ġimgħa filwaqt li għal koppji żdiedet għal €27.30 fil-ġimgħa.
Tajjeb jingħad illi kull sena l-limiti (thresholds) ta’ eliġibilita’ fir-rigward tal-Allowance Supplimentari jitwessgħu permezz tal-Baġit annwali. Matul l-2025 il-limitu (threshold) għall-koppji twessa’ b’mod sostanzjali, sa €18,000 biex aktar koppji jiġu nklużi fil-paramteri ta’ eliġibilità.
Permezz tal-Baġit għas-sena 2026, minbarra iż-żieda fir-rati kif imfisser aktar qabel, reġgħu twessgħu l-limiti (thresholds) ta’ eliġibilita’ b’mod aktar vantaġġjuż, minn €12,493 għal €14,000 fir-rigward ta’persuni waħedhom u minn €18,000 għal €20,000 fir-rigward tal-koppji.
Wara dak mħabbar fil-manifest elettorali, din l-allowance ser tkompli tara żidied fil-limiti ta’ dħul. Il-limitu (threshold) kif imwiegħed fil-manifest, fir-rigward ta’ persuni waħedhom, elettorali, ser jitwessa’ minn €14,000 għal €18,000 u fir-rigward tal-koppji l-limitu (threshold) ser jitwessa’ minn €20,000 għal €25,000.
Pensjoni non-kontributorja u assistenzi soċjali - Żieda fl-eliġibilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tkun qed tiżdied l-eliġibilità għall-pensjoni non-kontributorja, l-assistenza soċjali, l-assistenzi mediċi u l-kartuna r-roża? Jista’ jgħid ukoll kemm se tkun din iż-żieda fil-limitu ta’ assi kapitali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għall-ewwel darba wara ħafna snin, matul l-2017 ġie mwessa’ l-ammont tat-test tal-kapital fir-rigward tal-Għajnuna Medika bla Ħlas. Għal persuni waħedhom l-ammont twessà minn €9,320 għal €14,000 u għall-koppji l-ammont twessa’ minn €16,310 għal €23,300.
Dan kien l-ewwel pass, sabiex sussegwentament fl-2022 it-test tal-kapital għal-persuni waħedhom u koppji li diġà kienu ilhom jirċievu l-Pensjoni tal-Età u l-Għajnuna Medika għal mill-inqas ħames snin u jirtu propjetà jew flejjes, it-test tal-kapital twessà minn €14,000 għal €30,000 u għall-koppji minn €23,300 għal €50,000.
Il-Baġit għas-sena 2025 reġa’ wessa’ il-parametri tat-test tal-kapital minn €14,000 għal €16,000 fir-rigward ta’ persuni waħedhom u minn €23,300 għal €26,000 fir-rigward tal-koppji.
Żvilupp ieħor huwa illi skont kif ġie mwiegħed fill-manifest, b’mod gradwali l-limiti (thresholds) imsemmija ser jaraw twessiegħ minn €16,000 għal €20,000 fir-rigward ta’ persuni waħidhom u minn €26,000 għal €30,000 fir-rigward tal-koppji.
B’referenza għall-irbit fil-bajja ta’ Buġibba (wara l-breakwater) peress li jidher li l-irmiġġi żdiedu u mhux tnaqqsu bis-sistema ta’ poppa-pruwa, u peress li jidher li diġà tfaċċaw dgħajjes li ma kenux marbutin f’dawn l-akkwati qabel, jista’ l-Ministru jagħti l-kriterji li abbażi tagħhom tqassmu dawn l-irmiġġi ġodda u żejda, speċjalment meta numru ta’ sidien li kellhom dgħajjes irmiġġati hemmhekk għal iktar minn għoxrin sena, tilfu l-post li kellhom u ma ngħatawx alternattiva? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir dwar dawk li ntlaqtu mill-fairway u mir-riorganizzazzjoni u tilfu posthom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-perimetru tal-
footprint
madwar il-moll ta’ Buġibba, fejn saret ir-riorganizzazzjoni tal-irmiġġi, senjatament fejn jopera l
-fast ferry
ma nbidilx. Madankollu, f’dak il-
footprint
kellu jittieħed spazju sabiex isiru l-
fairways
meħtieġa għall-operat tal-
fast ferry
, filwaqt li tiġi garantita s-sigurtà tan-navigazzjoni ta’ terzi. Dawk li kellhom l-irmiġġi tagħhom fil-konfini ta’ fejn ġew stabbiliti l-
fairways
ingħataw priorità fl-allokazzjoni ta’ post ta’ rmiġġ ġdid.
Għal dawk l-irmiġġi li kienu barra l-footprint fejn saret ir-riorganizzazzjoni, li kienu pożizzjonati fejn ġiet stabbilita l-
fairway
tal-
fast ferry
, u liema rmiġġi ma kienux regolari, iżda kienu ilhom tul ta’ żmien fil-post, ingħataw l-opportunità sabiex, flimkien mal-Awtorità, jidentifikaw u jaqblu fuq post fejn għandu jsir l-irmiġġ il-ġdid.
Dawk li qed isostnu li tilfu l-irmiġġi tagħhom huma ftit minn dawk li qed nirreferi għalihom fil-paragrafu preċedenti, ossia uħud minn dawk li ma kellhomx irmiġġ regolarizzat, kienu jinstabu fil-
fairway
, u rrifjutaw li jaslu mal-Awtorità sabiex jinstab post alternattiv għalihom, u dan minkejja li l-Awtorità kienet disposta li tkoprilhom l-ispejjeż ta’ tali rilokament.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il faċilità hawn biex persuna tagħmel scrap ta’ karozza EV? Tista’ tgħid ukoll fejn jinsabu kull waħda minn dawn il-faċilitajiet?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħalissa hawn faċilitá waħda li għandha permess mill-Awtorità għall-Ambjent u Riżorsi (ERA) li jinkludi speċifikament li tista’ tipproċessa vetturi EV. Din il-faċilità tinsab fi Scrap Lane, Triq Valletta, Ħal Luqa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 120 u jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’April, f’Mejju u f’Ġunju 2026, separatament għal kull xahar?
Ministeru għal Għawdex – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 704.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha, u jekk iva, telenkahom u tindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 704
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li ttieħed il-ground fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll x’kien l-iskop ta’ din id-deċiżjoni u x’alternattivi ġew offruti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex tkun iktar speċifika fil-mistoqsija tagħha, fosthom għal liema grawnd qed tirreferi.