Peress li pazjenti Maltin li jkollhom bżonn trapjant tal-fwied tradizzjonalment jintbagħtu barra minn Malta, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx il-kapaċità jew il-pjan li dawn it-trapjanti jibdew isiru fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista’ jgħid meta hu mistenni li jibda dan is-servizz u jekk le, x'inhuma l-isfidi ewlenin li minħabba fihom għadu mhux possibbli li jiġi introdott?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-operazzjonijiet tat-trapjant tal-fwied isiru barra minn Malta minħabba l-fatt, li skond linji gwida internazzjonali, biex ċentru jkun jista joffri servizz bħal dan, huwa neċessarju li jagħmel mill-inqas 20 trapjant fis-sena - ir-rakkomandazzjoni hi li jsiru 30 trapjant fis-sena. Bħalissa f’pajjiżna jkun hemm bżonn ta’ bejn 3 u 5 trapjanti tal-fwied fis-sena.
Jekk tassew saru assessments interni jew esterni dwar l-impatt li jista’ jkollu t-tluq ta’ piloti b’esperjenza fuq l-operat u s-sigurtà tal-linja tal-ajru KM Malta Airlines, jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-konklużjonijiet tagħhom?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux assessments interni jew esterni dwar l-impatt li jista’ jkollu t-tluq ta’ piloti b’esperjenza fuq l-operat u s-sigurtà tal-linja tal-ajru KM Malta Airlines?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
KM Malta Airlines – Kaptani/first officers li telqu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kaptan u first officer b’esperjenza telqu minn KM Malta Airlines jew mill-predeċessur tagħha minn meta bdiet topera l-kumpanija?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
KM Malta Airlines – Piloti – Kundizzjonijiet ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti offruti lill-piloti ġodda ma’ KM Malta Airlines humiex differenti minn dawk li kienu japplikaw qabel?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 4057.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' Ċentru ta' Filgħaxija li tħabbar fl-aħħar baġit u tagħti aktar dettalji dwar dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ċ-ċentru ta’ filgħaxija se jkun proġett pilota li, għall-ewwel darba, se joffri servizz lil persuni b’diżabilità li jgħixu fil-komunità u li ma jattendux ċentru ieħor ta’ matul il-jum.
F’dan iċ-ċentru se jiġu offruti diversi programmi mmirati biex jappoġġjaw lill-persuni b’diżabilità fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet u l-abbiltajiet tagħhom, skont il-ħtiġijiet individwali tagħhom.
Bħalissa, it-tender relatat mal-ingaġġ tal-ħaddiema meħtieġa għall-operat ta’ dan iċ-ċentru jinsab fl-istadju tal-pubblikazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm sabiex isir l-investiment meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Birżebbuġa?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa li l-immaniġġjar tal-iskart, bħal f’kull lokalità huwa mħaddem mill-Kunsill Reġjonali u jservi l-lokalitajiet kollha. Fejn hemm diffikultajiet, dawn ikunu rrappurtati lill-kuntrattur rispettiv biex jieħu l-miżuri korrettivi
neċessarji.
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Birżebbuġa tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Port ta’ Marsaxlokk - Venda għad-dgħajjes tat-turisti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li ssir venda għad-dgħajjes tat-turisti fil-Port ta’ Marsaxlokk?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mil-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li l-venda ser tkun tifforma parti minn sejħa għall-offerti li l-Kunsill mistenni joħroġ fil-ġimgħat li ġejjin wara konsultazzjoni mad-Dipartiment tal-Kuntratti u TM.
Marsaskala - Kunsill Lokali - Riżorsi mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika
Question
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi umani u finanzjarji mogħtija mid-Dipartiment għall-Indafa Pubblika lill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala għaż-żamma tal-istess lokalità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Fil-preżent id-Divizjoni għat-Tindif u Manutenzjoni tipprovdi tmien kenniesa għaż-żamma tal-indafa fil-lokalità ta’ Marsaskala. Ma dawn it-tmien ħaddiema hemm ukoll ingaġġjat supervisor għall- kontroll u moniteraġġ tax-xogħol mwettaq fil-lokalità, jiġi provdut ukoll tagħmir għat-tindif skont kif meħtieġ.
Barra min hekk, id-Diviżjoni permezz ta’ sezzjonijiet rispettivi tieħu ħsieb ukoll b’mod regolari iż-żamma tal-indafa tal-bajjiet u promenade tal-istess lokalità.
Tista’ l-Ministru tindika r-riżorsi allokati għall-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Marsaskala tramite r-Reġjun Nofsinhar, liema lokalità qed tiffaċċja sfidi kbar fl-immaniġġjar tal-iskart domestiku u kummerċjali?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mil-Kunsill Reġjonali Nofsinhar li bħala l-entitá responsabbli mill-ġbir tal-iskart domestiku minn bieb għal bieb u mill-ġbir tal-iskart kummerċjali għar-riċiklaġġ (il-borża griża), għandu uffiċjal Maniġerjali full-time. Fil-preżent, il-Kunsill Reġjonali qed imexxi kampanji edukattivi fosthom it-tnedija tal-proġett Riċiklin, dwar l-immaniġġjar xieraq tal-iskart.
Għall-implimentazzjoni ta’ dawn il-kampanji, il-Kunsill Reġjonali qed juża r-riżorsi umani li diġà għandu impjegati miegħu fil-preżent.
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet hemm sabiex isir l-investiment meħtieġ biex tittejjeb is-sitwazzjoni tal-immaniġġjar tal-iskart fil-lokalità ta’ Marsaskala?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-immaniġġjar tal-iskart, bħal f’kull lokalità huwa mħaddem mill-Kunsill Reġjonali u jservi l-lokalitajiet kollha. Fejn hemm diffikultajiet, dawn ikunu rrappurtati lill-kuntrattur rispettiv biex jieħu l-miżuri korrettivi neċessarji.
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4379 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22482 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-ispiża stmata oriġinarjament għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, x’inhi l-ispiża totali skont il-ftehim iffirmat, u għaliex żdiedet l-ispiża?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4378 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29677 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid f’liema data ġie ffirmat il-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim bejn l-Awtorità tad-Djar u Infrastructure Malta għat-tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, ġie ffirmat fit-30 ta’ Ġunju 2025.
Kopja tal-ftehim qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4377 u jgħid meta hu mistenni li jerġgħu jibdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, u sa meta huma mistennija jitlestew?
L-Imtarfa - Binja Qlejgħa - Kumpless ta’ garaxxijiet - Xogħlijiet ta’ tiswija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4376 u jgħid f’liema data bdew ix-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, f’liema data waqfu dawn ix-xogħlijiet, u għal liema raġuni waqfu?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet ta’ tiswija tas-soqfa tal-kumpless ta’ garaxxijiet ta’ Binja Qlejgħa, fl-Imtarfa, bdew fis-16 ta’ Marzu 2026.
Ix-xogħlijiet twaqqfu temporanjament matul ix-xhur ta’ Settembru u Ottubru 2026, minħabba l-ħtieġa li tittieħed deċiżjoni dwar aspetti strutturali li ma kienux previsti, u nqalgħu max-xogħlijiet.
Ix-xogħlijiet reġgħu bdew fit-2 ta’ Novembru 2026.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1160 u 3101, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet u lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet referuta lilu, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) jew Infrastructure Malta għamlux xi spezzjoni jew stħarriġ fuq il-pedamenti u l-moviment tal-art fi Ġnien is-Sinjura fl-Imtarfa? Jekk iva, jista' jgħid x’kienu r-riżultati? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx ħsieb li ssir spezzjoni, u jassigura li m’hemm l-ebda periklu għall-pubbliku u għar-residenti tal-madwar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28527 tat-28 ta' Mejju 2025 tal-14-il Leġislatura, fejn intqal li b'konsultazzjoni mal-Kamra tal-Ġeologisti kienet qed tiġi abbozzata liġi dwar ir-rikonoxximent tal-ġeologi bħala professjoni, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab din il-liġi? Jista' jgħid ukoll meta hu antiċipat li l-abbozz jiġi ppreżentat fil-Parlament?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.