Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mil-LESA f’kull lokalità f’Malta u Għawdex, mill-1 ta’ Mejju 2025 sal-aħħar ta’ Ġunju 2026 maqsuma xahar b’xahar?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-Qawra – Triq l-Isturjun u Dawret il-Qawra – Qtugħ tad-dawl tat-triq
Question
Tista’ l-Ministru tara li d-dawl tat-triq fi Triq l-Isturjun u parti minn Dawret il-Qawra fil-Qawra jkunu mixgħula kuljum matul il-lejl, hekk kif dan id-dawl kien jinsab mitfi matul l-aħħar jiem? Tista’ tgħid ukoll meta ssewwiet (jekk issewwiet) din il-ħsara?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infurmata li fiż-żewġ toroq indikati kien hemm żewġ lampi maqtugħin u dawn inbidlu fil-ġranet li għaddew.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 507 u jgħid kemm ingħataw reserved parking bays għal persuni b’diżabilità minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ l-Ministru jaqsam din l-informazzjoni wkoll skont it-tip ta’ reserved parking bay (personalised, communal, eċċ.)?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 507.
Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Kunsilli lokali - Xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm xogħlijiet li ntalbu mill-kunsilli lokali minn Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità, u kemm ilhom li ntalbu, inkluż dawk li nbdew u dawk li għadhom ma tlestewx?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li risposta qed tinġabar.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qed iwettaq proġetti ta’ ġonna u spazji miftuħa f’siti li setgħu jiġu żviluppati, inkluż proprjetajiet li ġew akkwistati mill-Gvern. Għaddej ukoll restawr estensiv ta’ proprjetajiet tal-Gvern sabiex dawn jintużaw mill-pubbliku, il-kunsilli lokali jew għaqdiet mhux governattivi. Il-Gvern qed isegwi l-iżviluppi relatati mal-applikazzjoni għal permess ta’ żvilupp li tikkonċerna din il-proprjetà privata u bħalissa mhux involut f’diskussjonijiet dwar l-akkwist tagħha.
Ħal Qormi – Triq il-Kbira – Akkwist tal-proprjetà u l-ġnien tat-Tabib Maempel
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux lest jevalwa l-possibbiltà li jakkwista l-proprjetà storika magħrufa bħala tat-Tabib Maempel fi Triq il-Kbira, f'Ħal Qormi, inkluż il-ġnien storiku tagħha, sabiex din tiġi restawrata u mħarsa għall-ġid komuni?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Investiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-investiment tal-Gvern fil-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms minn meta tnieda u jagħti rendikont maqsum sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms ġiet sottomessa minn meta tnieda, kemm minnhom ġew approvati, miċħuda jew għadhom pendenti u kemm-il familja bbenefikat minnu sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn meta tnediet l-Iskema SensAbility, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 153 applikazzjoni. Minn dawn 128 applikazzjoni ġew approvati filwaqt li applikazzjoni waħda ġiet meqjusa bħala invalida. Kien hemm total ta’ 21 applikazzjoni li ġew irtirati u hemm 3 applikazzjonijiet pendenti.
It-total ta’ familji li bbenefikaw mill-iskema sal-ġurnata li fiha qiegħda titwieġeb il-mistoqsija parlamentari jammonta għal 117.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju tal-proċess tingħata l-allokazzjoni finanzjarja għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms u ċjoè; qabel, waqt jew wara li jsir ix-xogħol?
Response (BONNICI, OWEN)
L-allokazzjoni finanzjarja relatata mal-fond għall-ħolqien ta’
sensory rooms
tiġi approvata wara li jkunu tlestew ix-xogħlijiet, sakemm dawn ikunu twettqu skont il-kundizzjonijiet u l-kriterji tal-iskema.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Applikazzjoni – Proċess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-proċess sabiex wieħed japplika għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms u x’inhu ż-żmien medju sabiex applikazzjoni tiġi pproċessata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li sabiex wieħed japplika għall-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms hemm bżonn li tiġi sottomessa applikazzjoni taħt il-kappa tal-iskema tad-Diżabiltà. Il-fondi li jingħataw għall-apparat sabiex tiġi konvertita kamra bħala sensory room huwa €6,000 u l-approvazzjoni tal-applikazzjoni tieħu ftit ġranet dment li l-applikazzjoni tkun kompluta bid-dokumenti meħtieġa. Il-fondi jitħallsu wara li l-applikanti jissottomettu l-irċevuti
fiskali tal-apparat mixtri jew installat.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms? Jista’ jgħid ukoll:
i. meta twaqqaf dan il-fond;
ii. min huwa eleġibbli għalih;
iii. x’għajnuna finanzjarja tingħata; u
iv. x’tip ta’ spejjeż jew tagħmir huma koperti minn dan il-fond?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema SensAbility ġiet ippubblikata fl- 1 ta’ Novembru 2019. Eleġibbli għal din l-iskema huma applikanti jew membru tal-familja b'diżabbiltà li jesperjenzaw sfidi sensorji u li fid-data tal-applikazzjoni :
· huwa s-sid,
· il-kerrej konoxxut,
· l-enfitewta perpetwu jew temporanju,
· ma jippossjediex titolu fuq il-post iżda qiegħed jgħix fih bil-permess ta’ sid id-dar li fuqha qed issir it-talba għall-għajnuna mogħtija taħt din l-iskema.
L-għajnuna finanzjara taħt din l-Iskema tammonta għal €6,000. Barra minn hekk, għajnuna finanzjarja se tingħata għall-bdil ta’ madum tal-art biex jinkludi l-ebda disinn u ripetizzjoni ta’ disinn fil-madum u bdil ta’ twieqi/bibien. Aktar tagħrif jista jinkiseb minn
https://housingauthority.gov.mt/scheme/sensability-scheme/
Il-lista ta’ tagħmir qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx talba pendenti għall-installazzjoni ta' rampa ta' aċċess fir-rigward tal-blokka tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista' jagħti tagħrif dwar l-istadju li fih tinsab din it-talba?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li hemm talba pendenti għall-installazzjoni ta’ rampa ta’ aċċess għal din il-blokka, li bħalissa qed tiġi evalwata. Wara stħarriġ li sar mit-tekniċi tal-Awtorità tad-Djar, ġie kkonstatat li rampa konformi mal-linji gwida tal-“Access for All” ma tistax titwaħħal fl-ispazju disponibbli. Għaldaqstant, saret talba lis-CRPD sabiex tipprovdi gwida dwar kif għandu jitmexxa dan il-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjoni saret mal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni terzjarja qabel ġiet implimentata l-Komunikazzjoni maħruġa mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) Nru /04/2026 dwar il-provvista ta’ tagħlim online u blended?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-Komunikazzjoni MFHEA/04/2026 inħarġet mill-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) bil-għan li tiċċara l-kundizzjonijiet applikabbli għal entitajiet prospettivi li jkunu qed japplikaw għal liċenzja ġdida sabiex joperaw bħala istituzzjonijiet tal-edukazzjoni avvanzata u ogħla kompletament online. Infurmat li din tapplika għal applikanti ġodda u ma taffettwax istituzzjonijiet diġà liċenzjati jew applikazzjonijiet li kienu diġà bdew il-proċess ta' liċenzjar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu biex jiġi salvat it-Torri Ta’ Kenuna fin-Nadur fl-aħħar sena? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-miżuri li għadhom iridu jittieħdu u meta hu l-pjan li jerġa' jkun miftuħ għall-pubbliku?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-aħħar sena l-Ministeru għal Għawdex kellu diversi laqgħat mal-Kunsill Lokali tan-Nadur, mas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali (SCH) u ma' persuni tekniċi, u dan biex jiġu identifikati l-miżuri meħtieġa għall-preservazzjoni tat-Torri ta' Kenuna. Apparti hekk, ġie kkummissjonat rapport tekniku dwar il-kundizzjoni strutturali tat-torri, filwaqt li ġie appuntat Perit sabiex jassisti lill-Ministeru fil-valutazzjoni tal-integrità strutturali tat-torri u ta' strutturi oħra relatati, bil-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' kollass jew deterjorament ulterjuri.
Wara l-valutazzjoni preliminari, il-Perit irrakkomanda li jiġi appuntat Inġinier Ġeotekniku sabiex isiru l-investigazzjonijiet u l-istudji tekniċi meħtieġa. Ir-riżultati ta' dawn l-istudji se jippermettu lill-inġiniera jippreparaw id-disinji u d-dokumentazzjoni teknika meħtieġa għat-tħejjija tas-sejħa għall-offerti għax-xogħlijiet ta' konsolidazzjoni u restawr tat-Torri ta' Kenuna.
Il-Ministeru se jkun f'pożizzjoni li jindika meta t-torri jista' jerġa' jinfetaħ għall-pubbliku ladarba jitlestew l-istudji tekniċi meħtieġa u jiġu stabbiliti l-interventi neċessarji biex tiġi garantita s-sigurtà tal-pubbliku u l-preservazzjoni tas-sit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 103 u 794 u jgħid kemm kienet l-istima oriġinali tax-xogħlijiet li qed isiru fi Ġnien Pawlu Boffa, f’Raħal Ġdid u jekk sarx xi xogħol b’mod temporanju, jew b’xi mod ieħor, li sussegwentement inqala’ jew se jkollu jinqala’? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jista’ jgħid ukoll kemm hija l-ispiża addizzjonali tax-xogħol li kellu jew se jkollu jsir minħabba f’hekk?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ġejt infurmat li x-xogħlijiet li saru ammontaw għal Eur 5,272.50ċ, VAT eskluż, bil-materjali li ntużaw għax-xogħlijiet ġew riċiklati għall-użu f’postijiet publiċi oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 495 u jgħid jekk il-Gvern għandux pjan ħolistiku biex jindirizza l-problema tal-parkeġġ madwar il-pajjiż, u jekk iva, jipprovdi dettalji dwar il-miżuri ppjanati, il-lokalitajiet prijoritarji, il-miri u t-timeline għall-implimentazzjoni?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, matul din il-leġiżlatura, il-Ministeru qiegħed jaħdem fuq Strateġija Nazzjonali tal-Parkeġġ bħala parti mill-implimentazzjoni tal-
Malta in Motion
. Din l-istrateġija qed tiġi żviluppata fuq il-bażi tal-istudji li qed isiru mill-ARUP u ser tindirizza, fost l-oħrajn, id-domanda għall-parkeġġ. L-istrateġija ser tagħmel enfasi fuq parkeġġi fil-periferiji tal-lokalitajiet, flimkien ma' servizzi ta' trasport pubbliku ċirkolari li jiffaċilitaw l-aċċess lejn iċ-ċentri tal-lokalitajiet.