Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba nqata’ d-dawl mill-1 ta’ Ġunju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità u jekk kienx skedat jew le?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-qtugħ fil-provvista kien minħabba ħsarat lokalizzati li jinqalgħu minn żmien għal żmien, jew sospensjonijiet tas-servizz pjanati biex issir manutenzjoni li tkun meħtieġa perjodikament u li jitħabbru minn qabel. F’kull każ, l-Enemalta tagħmel l-almu kollu biex is-servizz jerġa’ lura għan-normal fl-inqas ħin possibbli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 448, tista’ l-Ministru twieġeb din il-mistoqsija fl-intier tagħha u tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-project plan relatat max-xogħlijiet li qed isiru u li għad baqa’ jsiru f’diversi toroq fl-inħawi tan-Nigret fiż-Żurrieq li jkun jinkludi d-dati tal-bidu u tlestija ta’ kull waħda mill-fażijiet tal-proġett għal kull triq fosthom Triq il-Parit, Triq il-Veduta, Triq il-Mitħna tal-Qaret, Triq il-Barrieri, Triq id-Dejqa, Triq il-Benedittina, u Triq Żondadari u oħrajn li għadu ma bediex xogħol fuqhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx aktar x’inżid mat-tweġiba li diġà tajt.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 447 u jelenka l-project plan relatat max-xogħlijiet li qed isiru f'diversi toroq fl-inħawi tan-Nigret fiż-Żurrieq, li jkun jinkludi d-dati tal-bidu u t-tlestija ta' kull waħda mill-fażijiet tal-proġett għal kull triq fosthom Triq il-Parit, Triq il-Veduta, Triq il-Mitħna tal-Qaret, Triq il-Barrieri, Triq id-Dejqa, Triq il-Benedittina u Triq Żondadari u oħrajn li għadu ma bediex xogħol fuqhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
Ħal Kirkop - Triq Karlu Darmanin - Xogħlijiet - Project plan
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-project plan relatat max-xogħlijiet li qegħdin isiru fi Triq Karlu Darmanin, Ħal Kirkop li jkun jinkludi d-dati tal-bidu u tlestija ta’ kull waħda mill-fażijiet tal-proġett għal din it-triq u kull triq oħra li tagħmel parti minn dan il-proġett?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex ġew installati barriers quddiem il-ħajt tas-sejjiegħ li għadu kif ġie rikostruwit ftit ’il fuq minn Għar Dalam, fi Triq Għar Dalam, f’Birżebbuġa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-crash barrier ġie installat wara diversi rapporti u lmenti dwar is-sigurtà f’din il-parti ta’ Triq Għar Dalam, fejn huwa rrapportat li seħħew diversi inċidenti tat-traffiku li kienu qed joħolqu riskju kemm għal min juża t-triq kif ukoll għall-bdiewa li jaħdmu fl-għelieqi biswit. Barra minn hekk, saret ukoll talba mill-Kunsill Lokali, filwaqt li l-installazzjoni tal-crash barrier saret bl-approvazzjoni ta’ Transport Malta.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull Memorandum of Understanding (MoU) jew tip ta’ ftehim ieħor li jiddetermina minn min u għal liema għanijiet ser ikun jista’ jintuża ċ-Ċentru Pastorali ta’ Ħal Safi ġaladarba qiegħed jiġi restawrat b’fondi pubbliċi? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx xi restrizzjonijiet dwar l-użu tiegħu?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li l-informazzjoni se tkun qed tingħata f'seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jitlesta x-xogħol fi Pjazza Tumas Dingli f'Ħ'Attard u tindika x'kienet l-iskeda ta' żmien oriġinali għal dan ix-xogħol?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta sabiex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Il-Mosta – Triq il-Missjunarji Maltin – Miżuri biex jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jittieħdu miżuri mill-aktar fis possibbli, bħall-installazzjoni ta' barrikati jew bollards, fi Triq il-Missjunarji Maltin fil-Mosta, fis-sit li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament, biex il-vetturi ma jibqgħux jaqsmu bejn il-karreġġjati f’parti perikoluża, u b'hekk jitnaqqas il-periklu u r-riskju ta' inċidenti tat-traffiku gravi f'din iż-żona?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
L-Awtorità tal-Artijiet – Konċessjonijiet f’Golden Bay
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet għall-kiri ta' deckchairs u umbrelel fir-Ramla tal-Mixquqa (Golden Bay)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fir-Ramla tal-Mixquqa hemm konċessjoni waħda għall-kiri ta’ deckchairs u umbrelel.
Id-dokument innifsu mhuwiex qiegħed jiġi mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif mitlub, minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-att dwar il-protezzjoni tad-data.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-konċessjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet għall-kiri ta' deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-bajja tal-Armier hemm 6 konċessjonijiet mill-Awtorità tal-Artijiet għall-kiri ta' deckchairs u umbrelel. Id-dokumenti nfushom mhumiex qegħdin jiġu mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif mitlub, minħabba restrizzjonijiet marbuta mal-att dwar il-protezzjoni tad-data.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa l-waiting time minn meta tiġi reġistrata letter of referral għall-Orthopaedics sa meta l-konsulent jara lill-pazjent?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħala parti mill-proċess ta’ ġestjoni tar-referrals għall-Orthopaedics, ir-referrals kollha jiġu vvalutati mill-konsulenti skont il-prijorità klinika qabel ma jiġu appuntati. Għaldaqstant, iż-żmien ta’ stennija għal vista jvarja skont in-natura tal-każ, il-proċess ta’ vetting u d-disponibbiltà tal-appuntamenti tal-konsulent rispettiv.
L-Isptar Mater Dei - Emerġenza - Pjan ta’ estensjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-pjan ta' estensjoni tal-Emerġenza, meta hu ppjanat li jkun lest u b’kemm ser ikunu qed jiżdiedu s-sodod ta' emerġenza?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan dwar l-espansjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza u Sptar Akut tas-Saħħa mentali diġa` ġew imħabbra. Ix-xogħol mistenni jibda matul ix-xahar t'Awwissu u mistenni jdum tlett snin biex jitlesta. Għal parti l-oħra tal-mistoqsija, permezz ta' dan il-proġett l-ammont ta' "cubicles" se jkunu qed jirduppjaw minn 32 għal 70 "cubicle". Se jiżdiedu wkoll il-"cubicles" tal-Emerġenza Pedjatrika.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm uffiċjali tas-sigurtà kienu jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern jixtri s-servizz abbażi ta’ siegħat meħtieġa.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm laqgħu persuni għal trattamenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, is-swali li ġew inawgurati fl-Isptar Mount Carmel ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali ta’ Mejju 2026?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Mejju sad-9 ta’ Lulju 2026, il-pazjenti li ddaħħlu f’Admission Ward 1 u Admission Ward 2 kienu jammontaw għal 53 u 50 rispettivament.
L-Isptar Mater Dei - Swali li mhux qed jiffunzjonaw
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex swali li ġew inawgurati fl-Isptar Mater Dei ġimgħa qabel l-elezzjoni ta’ Mejju 2026, għadhom mhux qed jiffunzjonaw?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux pjan nazzjonali sabiex il-faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Gvern jiġu mmodernizzati u jekk iva, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra jew jagħti deskrizzjoni dettaljata tiegħu?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni li qed jitlob hija dik li ngħatat fi tweġiba parlamentari 1138.
Jista’ l-Ministru jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?