B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 503, jista’ l-Ministru jaqsam l-informazzjoni f’tabella numru 1 skont jekk dawn il-blue badges inħarġux għall-ewwel darba, sarilhomx tiġdid jew sar stampar mill-ġdid ta’ Blue Badges irrappurtati bħala mitlufa jew imkagħbra?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati blue parking spaces bejn Jannar 2025 u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kif dawn il-blue parking spaces huma maqsuma skont il-lokalitajiet differenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Għarfien – Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms u sabiex il-familji eleġibbli jkunu infurmati dwar l-għajnuna disponibbli u l-mod kif jistgħu japplikaw għalih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed jittieħdu diversi miżuri sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-fond relatat mal-ħolqien ta’
sensory rooms
u sabiex il-familji eleġibbli jkunu infurmati dwar l-għajnuna disponibbli. Dawn jinkludu t-tixrid ta’ informazzjoni permezz tal-websajt u l-mezzi ta’ komunikazzjoni tal-Ministeru u tal-entitajiet kkonċernati, kif ukoll permezz ta’ ħidma ta’ informazzjoni u gwida mogħtija direttament lill-pubbliku.
Barra minn hekk, qed isiru inizjattivi ta’ outreach permezz tal-parteċipazzjoni fi programmi televiżivi, f’ċentri tal-anzjani, mal-kunsilli lokali u fi ħdan diversi għaqdiet volontarji (NGOs), bil-għan li jinxtered aktar tagħrif fost il-pubbliku inġenerali dwar din l-iskema, il-benefiċċji tagħha u l-kriterji ta’ eliġibbiltà.
Il-familji li jistgħu jkunu eleġibbli qed jiġu mgħarrfa wkoll dwar il-proċess tal-applikazzjoni sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-għajnuna disponibbli. Fejn meħtieġ, qed tingħata assistenza matul il-proċess tal-applikazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-fond.
MFHEA - Istituzzjonijiet eżistenti - Pjan ta’ tranżizzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) għandhiex pjan ta’ tranżizzjoni għall-istituzzjonijiet eżistenti sabiex jiġi evitat li studenti li diġà jinsabu reġistrati jiġu affettwati mir-regolamenti l-ġodda dwar it-tagħlim online u blended?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-ebda student irreġistrat mhu ser jiġi affettwat, hekk kif li din il-komunikazzjoni ma timponix rekwiżiti ġodda fuq istituzzjonijiet li kienu diġà liċenzjati mill-MFHEA u ma għandhiex effett retroattiv fuq liċenzji jew programmi eżistenti.
Programmi online jew blended - Istituzzjonijiet ġodda - Liċenzji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il istituzzjoni ġdida applikat għal liċenzja biex toffri programmi online jew blended matul l-2025 u l-2026, u kemm minn dawn ġew approvati, miċħuda jew għadhom pendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni hija kif qed inpoġġiha fuq il-mejda tal-kamra.
Tagħlim online u blended - Valutazzjoni tal-impatt fuq il-kompetittività
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tal-impatt li r-regolamenti l-ġodda dwar it-tagħlim online u blended jistgħu jkollhom fuq il-kompetittività ta’ Malta bħala ċentru internazzjonali għall-edukazzjoni terzjarja? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ din il-valutazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li jekk din il-Mistoqsija Parlamentari tirreferi għall-Komunikazzjoni MFHEA/04/2026, din ma introduċietx regoli ġodda, iżda spjegat b'mod aktar ċar kif l-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) ser tapplika l-liġijiet u r-regoli li diġà jeżistu għall-applikazzjonijiet ġodda ta' istituzzjonijiet kompletament online.
Din il-pożizzjoni hija bbażata fuq ir-responsabbiltajiet legali tal-MFHEA u tqis ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tar-reviżjoni tal-ENQA tal-2024, li enfasizzat il-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kwalità u s-sorveljanza tas-settur.
Il-Komunikazzjoni tapplika biss għal applikazzjonijiet ġodda u ma taffettwax istituzzjonijiet li diġà għandhom liċenzja jew dawk li l-proċess tal-liċenzja tagħhom kien diġà beda. L-għan huwa li jinżammu standards għoljin ta' kwalità u tkompli tissaħħaħ ir-reputazzjoni ta' Malta bħala ċentru ta' edukazzjoni avvanzata u ogħla.
Tagħlim online u blended - Appoġġ lill-istituzzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux ser jipprovdi xi forma ta’ appoġġ tekniku jew finanzjarju lill-istituzzjonijiet affettwati sabiex jimplimentaw ir-rekwiżiti l-ġodda dwar it-tagħlim online u blended?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li dawn il-miżuri ma japplikawx għal istituzzjonijiet li diġà huma liċenzjati jew għal applikazzjonijiet li l-proċess inizjali ta' liċenzjar tagħhom kien diġà beda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm istituzzjonijiet liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) li mistennija jkollhom ibiddlu jew jadattaw il-mudell edukattiv tagħhom sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti l-ġodda dwar it-tagħlim online u blended?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Komunikazzjoni MFHEA/04/2026 maħruġa mill-Awtorità ta' Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) ma tapplikax għal istituzzjonijiet li kienu diġà liċenzjati mill-MFHEA jew għal applikazzjonijiet li l-proċess inizjali ta' liċenzjar tagħhom kien diġà beda. Għaldaqstant l-ebda istituzzjoni li kienet diġà liċenzjata mhi mistennija tibdel jew tadatta l-mudell edukattiv tagħha bħala riżultat ta’ din il-komunikazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 839 u jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni rċeviet 41,068 formola ta’ tmiem ta’ impjieg sal-aħħar ta’ Ġunju 2026. Persuna tista’ jkollha aktar minn tmiem ta’ impjieg wieħed matul l-istess sena.
In-numru ta’ persuni li kellhom mill-inqas tmiem ta’ impjieg wieħed f’dawn ix-xhur tal-2026 kien ta’ 37,214. Minn dawn, 20,317 reġgħu kienu attivi fis-suq tax-xogħol sal-aħħar ta’ Ġunju 2026, filwaqt li 16,897 ma jidhrux attivi fis-suq tax-xogħol.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 838 u jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol matul is-sena 2025, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni rċeviet 96,586 formola ta’ tmiem ta’ impjieg matul is-sena 2025. Persuna tista’ jkollha aktar minn tmiem ta’ impjieg wieħed matul l-istess sena.
In-numru ta’ persuni li kellhom mill-inqas tmiem ta’ impjieg wieħed fl-2025 kien ta’ 80,603. Minn dawn, 48,350 reġgħu kienu attivi fis-suq tax-xogħol sal-aħħar tas-sena 2025, filwaqt li 32,253 temmew l-impjieg u ma kienux attiv fis-suq tax-xogħol fl-aħħar tal-2025.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 837 u jgħid kemm-il persuna ħarġet mis-suq tax-xogħol matul is-sena 2024, maqsuma skont il-kawża ewlenija, inkluż irtirar, emigrazzjoni u raġunijiet oħra?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Korporazzjoni rċeviet 104,299 formola ta’ tmiem ta’ impjieg matul is-sena 2024. Persuna tista’ jkollha aktar minn tmiem ta’ impjieg wieħed matul l-istess sena.
In-numru ta’ persuni li kellhom mill-inqas tmiem ta’ impjieg wieħed fl-2024 kien ta’ 87,270. Minn dawn, 50,262 reġgħu kienu attivi fis-suq tax-xogħol sal-aħħar tas-sena 2024, filwaqt li 37,008 temmew l-impjieg u ma kienux attivi fis-suq tax-xogħol fl-aħħar tal-2024.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 836 u jgħid kemm-il persuna hija impjegata f'Malta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma bejn ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta' pajjiżi terzi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 835 u jgħid kemm persuni b'diżabilità huma impjegati fis-Servizz Pubbliku u x'miżuri qed jittieħdu biex jiżdiedu l-opportunitajiet ta' impjieg għalihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont informazzjoni li għandha Jobsplus, fl-aħħar ta` Jannar 2026, in-numru ta’ persuni b'diżabilità li kienu impjegati fis-Servizz Pubbliku (Ministeri u d-Dipartimenti tal-Gvern) kien ta’ 1,035.
Ninforma ukoll lill-Onorevoli li Jobsplus u l-Fondazzjoni Lino Spiteri joffru servizzi u skemi biex jassistu persuni b’diżabilità jintegraw fuq il-post tax-xogħol inkluż fis-settur pubbliku.
Dawn huma:
• VASTE II Programme – programm li huwa iffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew Plus jipprovdi assessjar multidixxiplinari, taħriġ bħal Programm Sheltered Employment Training (taħriġ li jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’ diżabilità l-aktar severa bl’għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol), jobcoaching, mentoring u gwida personalizzata u appoġġ kontinwu lil persuni b'diżabilità tul il-proċess ta' tfittxija u żamma tal-impjieg.
• Bridging the Gap Scheme – skema li toffri esperjenza u taħriġ prattiku fuq il-post tax- xogħol lill-persuni b'diżabilità u gruppi vulnerabbli oħra. Din l-iskema tgħin lill-parteċipanti jiksbu tagħrif, kapaċitajiet u kompetenzi li huma bżonnjużi biex jinstab u jinżamm l-impjieg. Matul il-perjodu miftiehem, il-persuni jingħataw għotja fil-ġimgħa minn Jobsplus, ekwivalenti għal 80% tal-paga minima nazzjonali. L-għan aħħari huwa li l-persuna b’ diżabilità tiġi impjegata wara t-tmiem ta’ din l-iskema.
F’każ li s-settur pubbliku jkun jixtieq iħaddem persuni b’diżabilità, Jobsplus flimkien mal-Fondazzjoni Lino Spiteri, jassistu fil- proċess tal-għażla billi jirreferu persuni b’diżabilità li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol għall-post vakanti.
Dawn l-iskemi/servizzi huma prinċipalment maħsuba biex jiffaċilitaw l-impjieg fis-suq tax-xogħol.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il anzjan spiċċa homeless fis-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll x’servizz ġie offrut mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
San Vincenz De Paule – Therapeutic Petting Farm and Recreation Centre
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm anzjani jżuru kuljum it-Therapeutic Petting Farm and Recreation Centre fil-Faċilità San Vincenz de Paule?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma tinżammx statistika dwar l-għadd ta’ persuni li jżuru Razzett l-Hena, li huwa r-Razzett Terapewtiku f’San Vinċenz de Paul, iżda dan il-post qed jattira numru sostanzjali ta’ viżitaturi fosthom residenti, qraba u impjegati.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fl-Isptar Karin Grech
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Karin Grech jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 1 (urġenti) u kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 2 (inqas urġenti)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fl-Isptar Karin Grech hemm 17-il pazjent jistenna sabiex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule, liema pazjenti huma kollha f’Kategorija 1.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Mater Dei jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 1 (urġenti) u kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 2 (inqas urġenti)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 49 pazjent fl-Isptar Mater Dei li qed jistenna biex jidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule, liema pazjenti huma kollha f’Kategorija 1.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fil-komunità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fil-komunità jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz de Paule? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 1 (urġenti) u kemm hemm anzjani meqjusa fil-Kategorija 2 (inqas urġenti)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 23 anzjan fil-komunità li qed jistenna biex jidħol ġewwa San Vinċenz de Paul u li huma kollha f’Kategorija 1.
San Vincenz De Paule – Lista ta’ stennija – Anzjani fl-Isptar Karin Grech
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm anzjani fl-Isptar Karin Grech jistennew biex jidħlu fir-Residenza San Vincenz De Paule?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1020 ta’ din is-Seduta.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li kull kunsill lokali f’Malta u Għawdex talab lill-Infrastructure Malta biex isir xogħol fihom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Aġenzija għaddejja b’taħdidiet mal-Kunsilli Lokali kollha biex isir pjan ta’ xoghol ta’ toroq residenzjali f’kull lokalita. Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali jipproponi. Dawn id-diskussjonijiet għaddejin b’mod kontinwu u għaldaqstant il-listi finali għadhom mhux definiti minħabba li l-prijoritajiet tal-kunsilli lokali kif ukoll tal-esiġenzi infrastrutturali li jinbidlu minn żmien għal żmien.