Legislature:
Category:
Reset
Active:

Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Kif jaf l-Onor. Interpellant il-qasam tas-sajd jaqa taħt il-mansjoni ta’ Ministeru ieħor, għaldaqstant nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skrappjar ta’ vetturi elettriċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-proċess jew proċessi f'pajjiżna biex wieħed jiddisponi/jiskrappja vettura elettrika? Jista’ jgħid ukoll xi ħlasijiet tinvolvi, liema awtoritajiet huma konċernati u jekk hemmx xi forma ta' riċiklar/esportazzjoni tal-partijiet li jikkomponuha?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skrappjar ta’ vetturi elettriċi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhu l-proċess jew proċessi f'pajjiżna biex wieħed jiddisponi/jiskrappja vettura elettrika? Tista’ tgħid ukoll xi ħlasijiet tinvolvi, liema awtoritajiet huma konċernati u jekk hemmx xi forma ta' riċiklar/esportazzjoni tal-partijiet li jikkomponuha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Belt Victoria – Offerta għall-Belt Kapitali tal-Kultura 2031

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus s'issa għall-offerta tal-Belt Victoria bħala l-Belt Kapitali tal-Kultura 2031? Jista’ jgħid ukoll: i.     kemm huma mħallsa l-membri tal-Fondazzjoni; ii.    kemm tħallas l-Artistic Director; u iii.   kemm hemm konsulenti involuti fl-offerta u kemm huma mħallsa?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel f’livell primarju – Multi-sensory rooms

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel fil-livell primarju li hu ppjanat li jkollhom multi-sensory room fil-futur?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-kunċett tal-multisensory rooms, qed jiġi ikkumplimentat b’dak tal-calming spaces, bil-għan li jinħolqu ambjenti edukattivi aktar inklussivi u sensittivi għall-bżonnijiet differenti tal-istudenti. Il-calming spaces jipprovdu opportunità lill-istudenti biex jieħdu ftit ħin barra mill-klassi meta jkollhom bżonn jirregolaw l-emozzjonijiet tagħhom, inaqqsu l-istress jew jerġgħu jiffukaw fuq it-tagħlim. Il-Ministeru qed jinvesti b’mod attiv f’dawn l-ispazji anke permezz tal-programm EduInfrastructure, sabiex aktar skejjel ikollhom faċilitajiet adattati għall-benesseri tal-istudenti. Dawn l-ispazji jistgħu jinħolqu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-bini tal-iskola, għalkemm qed inħeġġu b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ outdoor calming spaces li joffru l-benefiċċji addizzjonali tal-kuntatt man-natura u ambjent aktar rilassanti.

Popolazzjoni - Żieda jew tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm il-Gvern qed jipproġetta li se tikber (jew tiċkien) il-popolazzjoni ta’ Malta sal-aħħar ta’ kull sena bejn l-2026 u l-2030, meta mqabbla mal-aħħar ċifra uffiċjali disponibbli tal-popolazzjoni, maqsuma sena b’sena, kemm f’termini ta’ numru ta’ persuni kif ukoll f’termini perċentwali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni ta' pajjiżna llum qegħda fl-istatistika uffiċjali li tinsab fid-dominju pubbliku. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jippubblikax proġezzjonijiet nazzjonali tal-popolazzjoni għal Malta.

Ta’ Qali - Park Nazzjonali - Żona tal-Kunċerti - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali minn meta ġiet inawgurata f’Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, kemm kienet l-ispiża tagħhom u għaliex kien meħtieġ li jsiru?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta ma wettqitx xogħlijiet fiż-Żona tal-Kunċerti.

Ta’ Qali - Park Nazzjonali - Żona tal-Kunċerti - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru xogħlijiet fiż-Żona tal-Kunċerti fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali minn meta ġiet inawgurata f’Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid ukoll fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet, kemm kienet l-ispiża tagħhom u għaliex kien meħtieġ li jsiru?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tkun qed tingħata f'seduta oħra.

ARMS - Meter readers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm meter readers impjegati mal-ARMS, kemm minnhom huma stabbiliti f’Malta u kemm minnhom huma stabbiliti f'Għawdex?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bħalissa hemm 34 impjegat li jagħmlu xogħol ta’ meter readers, b’wieħed stabbilit f’Għawdex. Infurmata wkoll li meta jkun hemm il-ħtieġa, jintbagħtu meter readers minn Malta biex jassistu fil-ġbir tal-qari f’Għawdex.

CRPD – Ġbir ta’ blue badges foloz

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inġabru blue badges foloz mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-snin 2023, 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena Kemm inġabru Blue Badges foloz 2023 123 2024 53 2025 73 2026 (sal-ġurnata li qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija) 9

Blue parking bays

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentement għandha parkeġġ riservat (blue parking bay) skont id-data li għandha Transport Malta? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-parkeġġi huma personalizzati (bin-number plate jew bin-numru tar-reġistrazzjoni tal-blue badge) u kemm minn dawn mhumiex personalizzati u jaqsam din l-informazzjoni skont is-sess (irġiel, nisa, eċċ.) u skont l-età?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Blue badge holders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ammont ta’ blue badge holders preżentement u taqsam din l-informazzjoni skont is-sess? Tista’ tgħid ukoll x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li preżentement hemm 13,670 detentur tal-Blue Badge. Din iċ-ċifra hija mqassma skont is-sess u l-età tad-detenturi fit-tabella t'hawn taħt. Age Breakdown M F X Total 0–17 860 351 0 1,211 18–29 283 161 2 446 30–34 120 94 0 214 35–44 308 226 1 535 45–59 709 720 0 1,429 60–64 508 408 0 916 65–74 1,686 1,361 0 3,047 75+ 2,944 2,927 1 5,872 Total 7,418 6,248 4 13,670

POYC - Ħalib PaediaSure - Data ta’ skadenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-ħalib PaediaSure li tqassam mill-POYC matul Lulju 2026 kellu data ta’ skadenza ta’ 07/2026 meta l-pazjenti normalment jingħataw provvista li tkun maħsuba biex isservihom għal xahrejn?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kumitat tal-Infurzar – Membri

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 26 u tenut kont li d-dispożizzjonijiet tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 460.41 huma in vigore, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-membri tal-Kumitat tal-Infurzar ma ġewx appuntati, tenut kont li tista’ tqum kwistjoni li tesiġi l-intervent tal-istess kumitat?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju m’għandi xejn aktar xi nzid mar-risposta għall-interpellanza nru 26 li t-tweġiba tagħħa ngħatat fit-30 ta’ Ġunju, jiġifieri ġimgħatejn ilu.

Raħal Ġdid – Triq tal-Borg u t-toroq tal-madwar – Qtugħ ta’ dawl

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 577 fejn intqal li “fil-perjodu indikat fil-mistoqsija ma kien hemm l-ebda ħsara reġistrata, imma kien hemm tliet okkażjonijiet fejn kellu jsir xogħol ta’ manutenzjoni li kien ippjanat u l-konsumaturi ġew notifikati minn qabel”, apparti kemm-il darba sar xogħol ta’ manutenzjoni, tista' l-Ministru tgħid kemm-il darba nqata' s-servizz lill-konsumaturi fi Triq tal-Borg, f’Raħal Ġdid u t-toroq tal-madwar, fil-perjodu msemmi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif spjegajt fit-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 577, ninsab infurmata li kien hemm tliet okkażjonijiet fejn s-servizz ġie sospiż minħabba xogħol ta’ manutenzjoni li kien ippjanat minn qabel.

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 840, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija għal kull proġett li għaddej bħalissa minn Infrastructure Malta, u ċjoè; sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 926 u jgħid jekk sarx rapport tekniku jew stħarriġ strutturali dwar il-kundizzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar? Jekk iva, meta sar u x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjin.

Tfal b’diżabilità - Għażliet edukattivi - Informazzjoni aċċessibbli għal ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk teżistix pjattaforma fejn il-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità jew bi bżonnijiet edukattivi speċjali jistgħu jsibu l-informazzjoni kollha b’mod faċli u aċċessibbli?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li permezz fuq il-pjattaforma mychild.gov.mt wieħed isib ħafna informazzjoni. Ninsab infurmat ukoll li hemm pjan li fil-website tad-dipartiment tal-edukazzjoni inklussiva issir sezzjoni ta’ informazzjoni iktar iddettaljata. Minbarra dan ninsab infurmat ukoll li l-ħtiġijiet partikolari tal-istudenti jiġu indirizzati bi pjan individwali mill-LSE, il-Kap jew Deputat Kap tal-Iskola, flimkien mall-Kap tad-Dipartiment tal-Inklużjoni u fejn hemm bżonn professjonisti oħra sabiex tingħata l-informazzjoni personalizzata skond il-bżonnijiet individwali tal-istudenti.

Tfal u żgħażagħ bl-awtiżmu - Għażliet edukattivi

Question

Jista’ l-Ministru jindika x’għażliet edukattivi u ta’ appoġġ huma disponibbli għal tfal u żgħażagħ bl-awtiżmu wara li jtemmu kemm l-iskola primarja, kif ukoll wara l-livell sekondarju?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-istudenti bl-awtiżmu jkomplu bil-vjaġġ edukattiv tagħhom skont il-każ. Ħafna studenti jkomplu jibbenefikaw mill-għażliet edukattivi li huma disponibbli fil-mainstream, filwaqt li skejjel u ċentri oħra f’livelli primarji u sekondarji huma dawn li ġejjin: ·   Inspire – School Outreach Programme ·   SGPC, Guardian Angel Secondary School, Ħamrun ·   SBC, Helen Keller Sec. & Post Sec. School, Qrendi ·   Gozo College, Sannat Special Unit, Sannat ·   Inspire – LinC ·   Hand in Hand ·   Reach Units fl-iskejjel mainstream Medji u Sekondarji ·   Life Map Pembroke ·   SNC, Dun Manwel Attard School, Wardija ·   Youth .Inc – Aġenzija Żgħażagħ ·   Award in Vocational Skills - MCAST ·   Foundation in Hospitality and Tourism - ITS ·   Sheltered Employability Training (S.E.T.) - Lino Spiteri Foundation ·   Headstart - Jobsplus ·   Servizzi ohra that Agenzija Sapport u entitajiet oħra