Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Università ta’ Malta – Drop outs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-Università ta’ Malta fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti li waqfu jattendu kors fl-Università ta’ Malta għas-sena skolastika 2025/26 huwa ta’ 429 student.

Junior College – Drop outs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm drop outs mill-Junior College fis-sena skolastika 2025-2026?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti li waqfu matul is-sena skolastika msemmija kien ta’ 101 student. Minnhom 77 student kienu tal-ewwel sena u 24 student tat-tieni sena.

Taxis u Y-plates – Permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi ġodda għal taxis u Y-plates matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi mwieġba fil-kuntest tal-informazzjoni mitluba. Filfatt qed jiġi nnutat li t-talba mill-pubbliku għas-servizz tal-Y-plates qiegħed kull ma jmur jieħu rwol importanti fl-ekosistema tal-mobbilta’ f’pajjiżna. L-aħħar figuri juru li d-domanda għal dan is-servizz qed jikber b’rata ħafna iktar mgħaġġla miż-żieda fin-numru ta’ operaturi ġodda. Filfatt meta wieħed jagħmel paragun bejn Frar-Mejju 2025 u Frar-Mejju 2026, filwaqt li l-operaturi attivi żdiedu minn 2,049 għal 2,419, cioe żieda ta’ 15.2%, in-numru ta’ vjaġġi fl-istess perjodu f’din is-sena, u cioe minn Frar sa Mejju 2026 biss, żdied minn 3,008,367 għal 5,061,576 fl-istess perjodu is-sena l-oħra, u cioe żieda ta’ iktar minn 2 miljun vjaġġ, jew 68.2%. Dan ifisser li fuq medja, operatur li sas-sena l-oħra għamel 1,469 vjaġġ bejn Frar u Mejju tal-2025, din is-sena operatur wieħed kellu jagħmel 2,093 vjaġġ għall-istess perjodu. 624 vjaġġ jew 46.1%, iżjed bħala medja, għal kull operatur. L-ammont ta’ permessi ġodda ta’ operaturi li ħarġet Transport Malta fix-xhur indikati mill-Onorevoli Interpellant huwa 51 fi Frar 2026, 32 f’Marzu 2026, 50 f’April 2026 u 43 f’Mejju 2026. Total ta’ 176 operatur, li minnhom 112 huma operaturi Maltin, filwaqt li 64 huma operaturi ta’ nazzjonalita’ terza. Dawn in-numri juru b’mod ċar li l-politika tal-Gvern għall-użu ta’ mobbilta’ alternattiva minflok il-kastig, qed tibda tħalli frott hekk kif iktar residenti u turisti, qed juru trend lejn użu iktar frekwenti ta’ y-plates, trasport bil-baħar, u tal-linja. L-għażla tan-nies għall-użu ta’ mezzi alternattivi ta’ trasport, tnaqqas id-dipendenza fuq l-użu tal-vetturi privati, kif ukoll il-pressjoni fuq il-postijiet tal-parkeġġ. Dan il-Gvern kommess għal aktar xogħol u inċentiv fuq l-użu tal-mobbilta’ alternattiva u għalhekk Malta-in-Motion ser tara li dawn is-servizzi jiżdiedu u jitjiebu sabiex il-poplu jingħata aktar għażla fuq kif għandu jivvjaġġja minn post għall-ieħor.

Konċessjonijiet ta’ artijiet - MoUs, concession agreements/side agreements

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull memorandum of understanding, concession agreement jew side agreement relatat ma’ dawk il-konċessjonijiet ta’ artijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Konċessjonijiet ta’ artijiet - allegat kunflitt ta’ interess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta’ allegat kunflitt ta’ interess ġie investigat relatat ma’ konċessjonijiet ta’ artijiet li ngħataw fi Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

L-Università ta’ Malta – Ranking internazzjonali – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed tieħu l-Università ta’ Malta biex ittejjeb ir-ranking internazzjonali tagħha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Università ta’ Malta tejbet ir-ranking tagħha hu hi impenjata li tkompli ttejjeb ir-ranking tagħha kemm reġjonalment kif ukoll globalment. Ninsab infurmat li għal dan il-għan il-kumitat għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità stabbilixxa grupp ta’ ħidma ddedikat sabiex jiżgura il-kwalità, konsistenza u akkuratezza tad-data li tiġi sottomessa lill-aġenziji tar-rankings. L-għan ta’ dan il-grupp huwa li jtejjeb il-kwalità tal-informazzjoni li tiġi pprovduta lill-aġenziji tar-rankings, għall-benefiċċju tal-integrità u r-reputazzjoni tal-UM f’dawn ir-rankings internazzjonali. Apparti dan, peress li l-pubblikazzjonijiet indiċizzati u ċ-ċitazzjonijiet (citations) għandhom  l-ikbar impatt meta kkumparati ma’ indikaturi oħra, il-Kumitat għal-Assigurazzjoni tal-Kwalità qiegħed jilħaq ukoll numru ta’ Fakultajiet, Istituti, Ċentri u Skejjel fi ħdan l-Università bl-użu ta’ preżentazzjonijiet, kif ukoll b’kollaborazzjoni mal-Librerija.   L-għan ta’ dan kollu huwa li jiżdied l-għarfien dwar dawn ir-rankings u l-importanza tal-pubblikazzjonijiet indiċizzati.

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Studenti li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li attendew korsijiet taċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta li huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-età medja tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija kif tidher hawn taħt; Maskil Femminil Ġeneru ieħor 125 137 1

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Studenti li kkwalifikaw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li kkwalifikaw miċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta, minn mindu twaqqaf l-istitut, maqsuma sena b'sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti kienu mature students?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat mit-twaqqif taċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta' Malta mis-sena akkademika 2014/2015, total ta' 3,145 student irnexxielhom ilestu b'suċċess taqsima ta' studju, kif muri fit-Tabella 1. Minnhom, 61 student irnexxielhom jilħqu l-livell ta' Ċertifikat, Diploma jew Degree, kif muri fit-Tabella 2. Ta' min ifakkar li dan il-programm huwa orjentat lejn studenti li, minħabba raġunijiet varji, qatt ma kellhom l-opportunità jsegwu kors fil-livell terzjarju jew inkella jeħtieġu flessibbiltà sabiex jistudjaw. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira tal-istudenti huma maturi. Tabella 1 Sena Akkademika Total 2014/5 187 2015/6 351 2016/7 267 2017/8 352 2018/9 370 2019/0 247 2020/1 196 2021/2 262 2022/3 293 2023/4 297 2024/5 323 Tabella 2 - Sena Akkademika Total 2015/6 7 2016/7 10 2017/8 7 2018/9 9 Nov 2020 3 Nov 2021 / Mar 2022 6 Nov 2022 / Mar 2023 5 Nov 2023 / Mar 2024 6 Nov 2024 / Mar 2025 4 Nov 2025 / Mar 2026 4 Total 61

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm korsijiet offruti bħalissa miċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li matul din is-sena akkademika ġew offruti 22 kors miċ-Ċentru msemmi, fl-Università ta’ Malta.

MCAST – Korsijiet tal-MG2i – Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li attendew korsijiet tal-MG2i fl-MCAST li huma nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-età medja tagħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-iktar tagħrif riċenti juri dan li ġej. F’livell wieħed hemm 100 student. Dan il-livell ikopri diversi suġġetti, fosthom Ingliż bażiku bħala lingwa barranija, u diversi korsijiet ta’ livell wieħed f’diversi lingwi bħal Ġermaniż, Taljan, Spanjol u Franċiż, kif ukoll korsijiet fil-kultura u t-tpinġija. F’livell tnejn hemm 155 student, fejn hawn wieħed isib korsijiet fil-lingwi f’livell ogħla, kif ukoll korsijiet fil-hairdressing, kura tas-siġar, żamma tan-naħal u welding fost suġġetti oħra. F’livell tlieta wieħed isib firxa wiesgħa ta’ korsijiet u għalihom hemm 808 studenti. Fost il-korsijiet f’dan il-livell hemm il-fotografija, installazzjoni tal-elettriku, korsijiet marbuta ma’ arti u disinn, IT u media, biċċerija u arti perfomattiva. F’livell erba’ hemm 315-il student f’suġġetti bħal bioloġija, kimika u fiżika, book-keeping u rapportaġġ finanzjarju, forensika diġitali, edukazzjoni inklussiva, prevenzjoni u kontroll tal-infezzjonijiet, il-manifattura ta’ ġojjellerija, is-sistemi ta’ enerġija rinovabbli u l-installazzjoni tagħhom, u welding f’livell ogħla fost oħrajn. F’livell ħamsa mbagħad hemm 222 student, bil-korsijiet f’dan il-livell huma marbuta ma’ diversi suġġetti fosthom uħud li diġa’ semmejt bħal l-edukazzjoni inklussiva imma f’livell ogħla minn dak li diġa’ rreferejt għalihom u suġġetti oħra bħar-riżorsi umani, project managment, quantity surveying, public speaking, manifattura b’teknoloġija għolja, is-saħħa u s-sigurtà fost oħrajn. F’livell sitta hemm 31 student bil-korsijiet huma dawk ta’ Bachelor of Arts (Honours) in Inclusive Education - TOP UP, Bachelor of Arts (Honours) in Procurement and Finance u Bachelor of Science (Honours) in Software Development. F’livell sebgħa mbagħad hemm diversi korsijiet f’livell ta’ Masters li għalihom jattendu 128 student. Fost suġġetti koperti hemm ir-riċerka, l-intelliġenzja artifiċjali, l-Business Administration, MBA, Areospace Engineering, Applied Environmental Science, it-teknoloġija tal-informatika u x-xjenza sportiva fost oħrajn. F’livell tmienja mbagħad hemm 26 persuna jagħmlu Professional Research Doctorate (DRes) on the Competitive Behaviour of Small Organizations. Dan ifisser total ta’ 2,421 studenti li minnhom 1,464 student ta’ sess maskili, 955 student ta’ sess femminili, u żewġ studenti ta’ ġeneru ieħor.
Leg 15 PQ #1178 Sitting 13 - 20/07/2026 16:00 2026-07-20 Oral · Final From: GRAZIELLA GALEA (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – Xogħol fit-toroq – Eżenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżenzjoni ngħatat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal dak li jirrigwarda xogħol f’toroq li fihom mhux suppost isir xogħol bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet ingħataw dawn l-eżenzjonijiet u kemm ingħataw f’kull lokalità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ħarġet seba’ (7) eżenzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitwettqu xogħlijiet f’żoni turistiċi matul il-perjodu bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru. Ingħatat eżenzjoni waħda (1) f’kull waħda minn dawn il-lokalitajiet: ·   Marsaxlokk; ·   Għajnsielem (Għawdex); ·   Il-Belt Valletta; ·   Swieqi; ·   Tas-Sliema; ·   Birżebbuġa; u ·   Mellieħa. Dawn l-eżenzjonijiet mhux neċessarjament ingħataw għal perjodu sħiħ.

ERA – Dispożizzjoni ta' skart ta' kostruzzjoni fil-baħar – Permessi

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk bħalissa hemmx permessi fis-seħħ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għal dispożizzjoni ta' skart ta' kostruzzjoni fil-baħar, u jekk iva, liema huma?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fil-preżent hemm ħames (5) permessi ambjentali validi għal rimi ta’ skart ta’ kostruzzjoni fil-baħar. Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata.

Tfal u żgħażagħ bl-awtiżmu - Għażliet edukattivi - Informazzjoni aċċessibbli għal ġenituri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-ġenituri jistgħu jiksbu informazzjoni ċara u aġġornata dwar x’għażliet edukattivi u ta’ appoġġ huma disponibbli għal tfal u żgħażagħ bl-awtiżmu, inklużi skejjel, programmi edukattivi, servizzi speċjalizzati u opportunitajiet ta’ tranżizzjoni għall-ħajja adulta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport jipprovdi informazzjoni u gwida lill-ġenituri dwar l-għażliet edukattivi u s-servizzi ta’ appoġġ disponibbli għal tfal u żgħażagħ bl-awtiżmu permezz tal-iskejjel u s-servizzi edukattivi relevanti. Matul il-vjaġġ edukattiv tal-istudent, il-ġenituri jingħataw informazzjoni u gwida skont il-bżonnijiet individwali tal-uliedhom, inkluż dwar l-għażliet edukattivi, is-servizzi ta’ appoġġ, programmi speċjalizzati u, fejn applikabbli, il-proċess ta’ transizzjoni għal fażijiet edukattivi jew opportunitajiet oħra wara l-edukazzjoni obbligatorja. Il-Ministeru jkompli jaħdem sabiex il-ġenituri jkollhom aċċess għal informazzjoni aġġornata u appoġġ xieraq, bil-għan li jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati fl-aħjar interess tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħhom. B’rabta ma’ dan nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ukoll għal tweġiba 1113.

Testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn – Anzjani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru t’anzjani, 'il fuq minn 61 sena, li attendew għall-ewwel darba għal testijiet tal-vista, eżamijiet oftalmoloġiċi jew kura relatata mal-vista tal-għajnejn, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 257.

Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat