San Pawl il-Baħar - Maħras ta’ Tabibu - Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 927 u jgħid għaliex il-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar għadha mhijiex inkluża fl-Inventarju Nazzjonali tal-Proprjetà Kulturali, minkejja s-sinifikat storiku u kulturali tagħha? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan biex din l-ommissjoni tiġi indirizzata?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Intepellant li ġejt infurmat li l-eżerċizzju għall-inklużjoni ta’ siti u proprjetajiet fl-Inventarju Nazzjonali huwa proċess kontinwu. Is-Sovrintendenza twettaq dawn l-eżerċizzji fuq bażi tematika, sabiex tiżgura approċċ sistematiku u konsistenti. Dawn l-eżerċizzji jeħtieġu żmien adegwat biex issir riċerka, id-dokumentazzjoni u l-ispezzjonijiet meħtieġa, bil-għan li jiġi vvalutat il-valur tal-wirt kulturali ta’ kull sit jew proprjetà li tista’ tiġi kkunsidrata għall-inklużjoni fl-Inventarju Nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-anzjani li jħallsu għal servizz ta’ carer privat ikunux eżentati milli jħallsu l-VAT? Jekk le, jista’ jgħid għalfejn mhux qed jiġu eżentati?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fejn carer ikun impjegat direttament mill-anzjan jew mill-familja tiegħu u jkun qed jaġixxi fil-kuntest ta’ relazzjoni ta’ impjieg, il-ħlas li jsir lill-carer ma jkunx suġġett għall-VAT.
Fejn is-servizz jiġi pprovdut minn persuni terzi, dan jġi eżentat jekk ikun mogħti minn istituzzjoni tal-gvern, jew minn organizzazzjoni li ma tagħmilx profitt, jew minn organizazzjoni li tissodisfa ir-rekwiżiti legali kollha determinati mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jingħataw tali servizzi.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il anzjan spiċċa homeless f’din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’servizz ġie offrut mill-Gvern?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti b’mod speċifiku t-taħriġ tal-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ fil-qasam tal-Gvern Lokali?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata li l-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ fil-qasam tal-Gvern Lokali, kif propost fl-Istrateġija Nazzjonali għat-Taħriġ tal-Gvern Lokali, huwa maħsub biex jikkoordina u jissorvelja programm nazzjonali ta’ taħriġ immirat lejn il-kunsilliera eletti, is-segretarji eżekuttivi, l-impjegati tal-kunsilli lokali u reġjonali, kif ukoll uffiċjali oħra li jaħdmu mill-qrib mas-settur tal-Gvern Lokali.
It-taħriġ propost jinkludi oqsma ewlenin bħall-leġiżlazzjoni tal-gvern lokali, it-tmexxija u l-governanza, il-ġestjoni finanzjarja, l-akkwist pubbliku, il-ġestjoni tal-proġetti, l-użu tal-fondi Ewropej, is-servizz lejn iċ-ċittadin, il-protezzjoni tad-data, l-etika u l-integrità, kif ukoll l-użu ta’ għodod diġitali u teknoloġiċi. Se tingħata wkoll importanza lill-iżvilupp ta’ programmi akkreditati fil-qasam tal-gvern lokali u għall-iżvilupp kontinwu tal-kompetenzi professjonali.
L-Istrateġija tippromwovi wkoll metodi moderni ta’ tagħlim, inkluż taħriġ online u blended learning, mentoring, skambji ta’ esperjenzi, internships u attivitajiet ta’ networking sabiex l-għarfien miksub ikun aktar prattiku u rilevanti għar-realtajiet tal-kunsilli lokali u reġjonali.
L-għan ewlieni huwa li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-amministrazzjoni lokali, jitjiebu l-istandards tas-servizz mogħti liċ-ċittadini u tkompli tissaħħaħ il-governanza tajba fil-livell lokali u reġjonali.
Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ta l-istruzzjoni sabiex jitneħħew iż-żewġ siġriet tal-palm (Washingtonia) li kienu jinsabu fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jista’ jgħid ukoll x’kienet ir-raġuni għat-tneħħija tagħhom u min wettaq dan ix-xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ġew maqtugħa abbażi ta’ rapport minn għand arborista. Ix-xogħol twettaq minn Kuntrattur privat.
In-Nadur – Torri ta’ Kenuna – Prevenzjoni ta’ tiġrif
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu u meta ser jittieħdu, biex it-Torri ta’ Kenuna jiġi salvat qabel ma jkun tard wisq u jiġġarraf?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li kif is-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali jkollha stampa ħolistika tal-istat li jinsab fih is-sit imsemmi, tkun tista’ tibda it-taħdidiet biex isir ix-xogħol neċessarju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu mis-Suprintendenza tal-Wirt Kulturali fl-aħħar sena u nofs biex it-Torri ta’ Kenuna fin-Nadur, Għawdex, ma jitkompliex jiġġarraf?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li s-Sovraintendza tal-Wirt Kulturali għamlet numru ta’ spezzjonijiet fuq is-sit, u sar ukoll kuntatt ma’ numru ta’ stakeholders. Dawn saru bil-għan li tiġi determinata il-kawża taċ-ċaqliq fit-torri u tiġi stabbilita l-azzjoni li trid tittieħed fir-rigward.
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha, u jekk iva, telenkahom u tindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?
Tista' l-Ministru tagħti garanzija u time frames ta' meta ser jissewwew il-bankini ġewwa l-Belt Valletta, speċjalment ta' Triq Melita u Triq San Pawl, peress li huma perikolużi partikolarment għal min ikollu problemi ta' mobbiltà?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li qed isir xogħol mill-Perit tal-Kunsill fuq l-applikazzjonijiet għall-finanzjament tax-xogħolijiet imsemmija permezz tal-
Planning Development Fund
. Hekk kif il-Kunsill jingħata l-fondi u l-approvazzjonijiet neċessarji sabiex jipproċedi, il-proġett ikun jista’ jidħol fil-fażi tal-implimentazzjoni tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hawn suwiċidji f'Mejju u Ġunju tal-2026? Jista’ jgħid ukoll l-etajiet u l-ġeneru tagħhom?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm każ ta’ raġel f’Mejju u ħames każi t’ irgiel f’Ġunju, bl-etajiet ivarjaw bejn l-20 u s-60 sena.