Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-istudenti u l-edukaturi mill-effetti tas-sħana eċċessiva matul ix-xhur tas-sajf, b’mod partikolari fl-iskejjel li għad m’għandhomx sistemi ta’ arja kkundizzjonata?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li bħalissa 32 skola tal-Istat huma mgħammra kompletament b’sistemi ta’ arja kkundizzjonata. Inqis t-titjib tal-ambjent tat-tagħlim u tax-xogħol fl-iskejjel bħala prijorità.
Għalhekk, l-installazzjoni tal-arja kkundizzjonata fl-iskejjel li fadal se ssir b’mod gradwali matul is-snin li ġejjin. Dan jifforma parti minn programm usa’ ta’ xogħlijiet immirati biex itejbu l-ambjent fl-iskejjel, inkluż titjib fis-sistemi tal-ventilazzjoni, l-aperturi u infrastruttura oħra. Aktar dettalji dwar dan il-programm ser jitħabbru fiż-żmien li gej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-proċess ta’ reġistrazzjoni għat-Tallinja Card, li hija meħtieġa sabiex persuna tibbenefika mis-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn, ma tinġabarx informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-applikant. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba mhijiex disponibbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalità Maltija u kemm hu n-numru ta’ persuni ta’ nazzjonalitajiet oħra li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry? Jista’ jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni waslet s'issa, jekk bdewx isiru l-pagamenti jew l-għajnuna mwiegħda, u jekk le, x'qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ġiet sottomessa applikazzjoni għall-Fondi Ewropej taħt l-EU Solidarity Fund, fuq it-telf u l-ħsarat li sofrew is-sajjieda Maltin.
Din l-applikazzjoni issa tinsab għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry? Jista’ jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni waslet s'issa, jekk bdewx isiru l-pagamenti jew l-għajnuna mwiegħda, u jekk le, x'qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju tinsab l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry? Jista’ jgħid ukoll kemm-il applikazzjoni waslet s'issa, jekk bdewx isiru l-pagamenti jew l-għajnuna mwiegħda, u jekk le, x'qed jikkawża dan id-dewmien?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Kif m’għandix dubju li jaf l-Onor. Interpellant il-qasam tas-sajd jaqa taħt il-mansjoni ta’ Ministeru ieħor, għaldaqstant nistiednu jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 812 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ permessi ta’ żvilupp maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar għall-faċilitajiet tal-iggaraxxjar għas-servizzi tal-Light Passenger Transport System (LPTS), li huwa rekwiżit għal-liċenzja tal-operatur indikati minn operaturi li għandhom minn 30 vettura ‘l fuq u jindika l-indirizz tal-faċilitajiet tal-iggaraxxjar ta’ kull operatur?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Is-Swieqi u San Ġwann – Triq il-Pellikan – Qtugħ ta’ ħaxix u siġar
Question
Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-ħaxix u s-siġar li hemm ħiereġ fi Triq il-Pellikan, bejn is-Swieqi u San Ġwann, li qed jostakola l-passaġġ u jkun ta' ħsara għal vetturi li jgħaddu minn din it-triq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Is-Swieqi u San Ġwann – Triq il-Pellikan – Qtugħ ta’ ħaxix u siġar
Question
Jista' l-Ministru jara li jinqatgħu l-ħaxix u s-siġar li hemm ħiereġ fi Triq il-Pellikan, bejn is-Swieqi u San Ġwann, li qed jostakola l-passaġġ u jkun ta' ħsara għal vetturi li jgħaddu minn din it-triq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Raħal Ġdid u l-inħawi – Irwejjaħ ikkawżati minn high-sulphur marine fuel
Question
B’referenza għall-irwejjaħ li kienu qed jinxtammu f'Raħal Ġdid u l-inħawi, u li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) kkonfermat li kienu kkawżati minn high-sulphur marine fuel, tista' l-Ministru tgħid:
i. b’liema kriterji kienu qed joperaw u taħt liema direttiva jew permess;
ii. kemm kienu l-emissjonijiet u kemm kien hemm PPM ta’ sulphur f’dan il-fuel;
iii. jekk sarux testijiet fuq il-fuel għal-livell ta’ sulphur qabel inħatt u jekk saru, għalfejn inħatt xorta;
iv. jekk dan il-fuel intużax jew inbigħx f’Malta; u
v. x’riskji ġab miegħu għall-ħaddiema u għar-residenti f’dawn l-inħawi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Fir-rigward tal-każ li qed issir riferenza għalih, ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operat tat-terminal huwa suġġett għall-qafas regolatorju applikabbli, inkluż id-Direttiva 2012/18/UE dwar il-kontroll tal-perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi perikolużi, kif trasposta fil-leġiżlazzjoni sussidjarja 646.12. Ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma u l-Awtorita ghal-Ambjent u Rizorsi joħorġu l-awtorizzazzjonijiet meħtieġa fil-kuntest tar-responsabbiltajiet taghhom.
Ninsab infurmata li fir-rigward tal-kontenut ta’ sulphur, iċ-ċertifikat ta’ kwalità tal-kunsinna jindika kontenut ta’ sulphur ta’ 0.275%. Il-kunsinna ġiet ittestjata minn kumpanija indipendenti ta’ spezzjonar qabel l-operazzjonijiet kummerċjali tagħha. Apparti livelli elevati ta’ sulphur, iċ-ċertifikat ta’ kwalità indika li l-prodott kien konformi mal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għall-prodott inkwistjoni u għalhekk ma kien hemm xejn li jimpedixxi l-ħatt tiegħu.
Infurmata wkoll li l-kunsinna ntużat bħala parti minn operazzjoni ta’ taħlit ma’ fjuwil ieħor, bil-prodott finali mqiegħed fis-suq ikollu kontenut ta’ sulphur li ma jaqbiżx iż-0.1%.
Infurmata li matul il-perjodu inkwistjoni ma ġewx reġistrati qbiż tal-parametri operattivi li jiġu mmonitorjati għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fis-sit.
Fir-rigward tas-saħħa pubblika, il-Ministeru qed jistrieħ fuq il-valutazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti.
L-Imtarfa – Ġnien 27 t’April – Żbir u interventi fuq siġar indiġeni
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kienx hemm permess għaż-żbir u l-interventi li saru fuq siġar indiġeni, inkluż ħarrub, waqt ix-xogħlijiet li saru fi Ġnien 27 ta’ April fl-Imtarfa? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll meta nħareġ dan il-permess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħol sar għal skop ta’ manutenzjoni skont il-permess ambjentali b’referenza EP1344/23, li jkopri xogħlijiet u interventi fuq siġar f’dan il-ġnien, li nħareġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) lil Project Green fid-9 ta’ Lulju 2024 u li għadu validu.
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanta u l-method statement ta’ Ġnien 27 t’ April fl-Imtarfa li qed isir ix-xogħol fuqu minn Project Green? Tista’ tgħid ukoll fiex ser ikun jikkonsisti x-xogħol kollu u kemm hi stmata l-ispiża?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li dwar il-proġett ta’ Ġnien 27 t'April qed jiġu finalizzati l-pjanti tad-disinn flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Imtarfa, biex wara jibda l-proċess għall-ksib tal-permessi neċessarji.
Il-proġett jinkludi l-formazzjoni ta' passaġġi naturali, ir-riġenerazzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ eżistenti, tħawwil ta' veġetazzjoni, u l-installazzjoni ta' għamara urbana biex il-pubbliku jkun jista' jgawdi aħjar l-ispazju miftuħ, filwaqt li tissaħħaħ ukoll is-sigurtà tas-sit.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) tinfurmax lill-kunsilli lokali meta toħroġ stop notice fuq ix-xogħol, biex f’dawn il-każijiet, il-kunsill ma jispiċċax joħroġ permessi fejn mhux suppost u jsiru xogħlijiet fejn ikun hemm diġà stop notices?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ il-komunikati uffiċjali tagħha kemm lill-perit tal-proġett, kif ukoll lill-applikant.
Meta l-Awtorità toħroġ avviż ta’ Stop Works, dan il-komunikat ikun ukoll disponibbli għall-pubbliku permezz tal-portal eApps, fejn jista’ jiġi aċċessat u vverifikat minn kull min ikun interessat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eżenzjoni ngħatat mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) għal dak li jirrigwarda xogħol f’toroq li fihom mhux suppost isir xogħol bejn il-15 ta’ Ġunju u l-aħħar ta’ Settembru? Jista’ jgħid ukoll f’liema lokalitajiet ingħataw dawn l-eżenzjonijiet u kemm ingħataw għal kull lokalità?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) toħroġ eżenzjonijiet għal xogħlijiet ta’ demolizzjoni u skavar f’dawk it-toroq fejn tali xogħlijiet ma jistgħux isiru bejn il-15 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru, u dan biss f’każijiet fejn il-perit tal-proġett jiddikjara li teżisti sitwazzjoni ta’ emerġenza.
Sal-lum, il-BCA irċeviet 46 talba, li wara li saret evalwazzjoni, 25 minnhom ingħataw eżenzjoni b' varji kundizzjonijiet.
Dawn huma imqassma kif ġej:
• San Ġiljan – 3
• Tas-Sliema – 4
• L-Isla – 1
• Buġibba – 1
• Il-Gżira – 2
• Il-Mellieħa – 1
• Ir-Rabat (Għawdex) – 1
• San Pawl il-Baħar – 4
• Il-Qawra – 1
• Marsaskala – 2
• Il-Belt Valletta – 1
• Is-Swieqi – 1
• Ix-Xemxija – 3
Il-Bidnija – Triq il-Girna – Tqegħid tas-sistema tad-drenaġġ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar it-tqegħid tas-sistema tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Triq il-Girna fil-Bidnija? Jekk iva, tista’ tgħid x’kienu dawn l-iżviluppi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fil-ġimgħat li ġejjin se tkun qed tinstalla sistema tad-drenaġġ, billi se jitpoġġew katusi fid-dawra tat-triq indikata u sentina biex tiġbor is-sistema b’mod kollettiv.
Tista’ l-Ministru tgħid x’qed iwassal biex l-ammont ta’ ilma li qed jingħataw il-bdiewa, minn New Water, qed ikun f’ammonti ferm inqas minn dak li jkollhom bżonn? Tista’ tgħid ukoll x’qed iwassal biex minkejja ż-żieda fid-drenaġġ li jmur fit-treatment plant taċ-Ċumnija, l-ilma disponibbli qed ikun ftit?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tiddeterminax hi l-ammont ta’ New Water li jingħata lill-bdiewa individwali. Tajjeb jiġi ċċarat li l-ammont ta’ New Water prodott mhux relattiv mal-ammont tad-drenaġġ trattat. Dan għaliex il-produzzjoni tan-New Water issir ġewwa mpjant dedikat apposta għalhekk, u għaldaqstant il-kapaċità hija waħda definita. Fl-2025 il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma produċiet ammont rekord ta’ 1.6 miljun metru kubu ta’ New Water.
Is-settur edukattiv – Strateġija ġdida ta’ inklużjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet il-pre-konsultazzjoni dwar strateġija ġdida ta’ inklużjoni fis-settur edukattiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li biex jiġi assigurat proċess indipendenti u oġġettiv, il-Ministeru qiegħed f’kuntatt mal-UNESCO biex jassistu lill-istess Ministeru fl-iżvilupp tal-strateġija. Infurmat li fix-xhur li ġejjin huma pjanati id-diskussjonijiet preliminari biex jiġi imfassal pjan ta’azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-popolazzjoni massima li l-infrastruttura ta' Malta tista' ssostni (carrying capacity study), x'inhi din il-kapaċità u kif qed tiġi applikata?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bdiewa reġistrati ma' Jobsplus bħala full-time u kemm hemm bdiewa reġistrati bħala part-time sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont l-età, is-sess u l-lokalità ta' residenza?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-aħħar ta’ Frar 2026, in-numru ta’ bdiewa reġistrati ma' Jobsplus kien jammonta għal 3,867 (uniċi). Minn dawn, in-numru ta’ bdiewa reġistrati bħala full-time kien jammonta għal 1,052 waqt li n-numru ta’ bdiewa reġistrati part-time bħalha xogħol ewlieni tagħhom jammonta għal 873. In-numru ta’ bdiewa reġistrati part-time iżda l-impjieg ewlieni tagħhom huwa full-time ieħor jammonta għal 1,975 .
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 928 u jgħid jekk hemmx fondi allokati jew ippjanati għar-restawr, il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-Maħras ta’ Tabibu, f’San Pawl il-Baħar u meta huwa mistenni li jibdew dawn l-interventi?