Legislature:
Category:
Reset
Active:

Birżebbuġa – Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu – Konkos

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 449, tista' l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta' Pultu fil-limiti ta' Birżebbuġa? F'każ li dan ma ġiex approvat, tista’ tgħid x'azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi għar-resurfacing tat-toroq ma jinħarġux mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). L-ERA hija biss waħda mill-entitajiet li jiġu konsultati.

Birżebbuġa – Trejqa qrib id-Dar ta’ Pultu – Konkos

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 671, jista' l-Ministru jgħid jekk is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali approvatx li jingħata l-konkos fi trejqa qrib id-Dar ta' Pultu fil-limiti ta' Birżebbuġa? F'każ li dan ma ġiex approvat, jista’ jgħid x'azzjoni ser tittieħed u sa meta?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li s-Sovrintendenza tal-Partrimonju Kulturali ma irċeviet l-ebda talba f’dan ir-rigward.

Għawdex - Żebbuġ - Għajn Mhelhel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titranġa jew tinbena mill-ġdid il-parti li ċediet fi Triq Għajn Mhelhel, fiż-Żebbuġ, Għawdex u kemm se tiġi tiswa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-parti msemmija ta’ Triq Għajn Mhelhel mistennija jibdew hekk kif Triq Marsalforn tinfetaħ għat-traffiku fiż-żewġ direzzjonijiet.

Għawdex - Rabat/Marsalforn - Triq Marsalforn - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se titlesta Triq Marsalforn li mir-Rabat twasslek sa Marsalforn, f'Għawdex u f’liema stat waslet bħalissa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 255.

Prodotti agrikoli – Produzzjoni lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-persentaġġ tad-domanda interna ta’ prodotti agrikoli li huwa milħuq bil-produzzjoni lokali?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi​ lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella li ġejja, li tinkludi l-produzzjoni agrikola lokali u dawk impurtati, mill-2022 sal-2025, skont data miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għandu jiġi nnutat li l-frott u l-ħaxix jinkludu stima tal-bejgħ dirett u tal-konsum proprju. Jinkludu wkoll it-tadam għall-ipproċessar, l-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid u stima tal-patata mkabbra għall-esportazzjoni. Il-laħam jinkludi l-piż tal-karkassa tal-baqar u tal-majjali. Id-data tal-importazzjoni hija bbażata fuq id-dikjarazzjonijiet magħmula min-negozjanti. Prodotti Agrikoli - Lokali u Importati (Kgs) 2022 2023 2024 2025 Frott u Ħaxix 59,890,963 61,650,793 58,226,447 59,826,085 Laħam 9,714,631 9,802,390 10,226,800 10,387,411 Bajd 5,587,163 5,363,676 5,553,837 5,626,529 Ħalib 38,974,466 37,077,786 38,155,562 36,707,934 Total: Produzzjoni lokali 114,167,223 113,894,645 112,162,646 112,547,959 Ammont globali ta' prodotti agrikoli importati 89,339,563 100,253,735 114,748,903 122,047,400

Provvista tal-ikel – Evalwazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’evalwazzjonijiet saru dwar is-sigurtà fil-provvista tal-ikel u dwar kemm il-pajjiż kapaċi jissodisfa d-domanda interna mingħajr importazzjoni (food security and self-sufficiency), matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern kompla jevalwa b’mod kontinwu r-reżiljenza tal-katina tal-provvista tal-ikel u l-fatturi li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tal-ikel f’pajjiżna, b’mod partikolari fid-dawl tal-isfidi internazzjonali li seħħew f’dan il-perjodu. Kif jirriżulta wkoll mit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1257, il-provvista tal-ikel f’Malta tibqa’ tiddependi kemm fuq il-produzzjoni lokali kif ukoll fuq l-importazzjoni. L-informazzjoni mogħtija f’dik it-tweġiba tagħti indikazzjoni ċara tas-sehem tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-ikel importat, u tenfasizza l-importanza li nkomplu nsaħħu l-kapaċità produttiva tas-settur agrikolu u tas-sajd. Il-Gvern huwa impenjat li jżomm u jsaħħaħ il-produzzjoni lokali tal-ikel sabiex jiġi żgurat provvista stabbli ta’ prodotti friski u ta’ kwalità għall-konsumaturi Maltin u Għawdxin kif ukoll it-turisti li jżuru gżiritna. Dan qed isir u ser ikompli jsir permezz tal-appoġġ finanzjarju kontinwu lis-setturi tal-agrikoltura u s-sajd, kif ukoll permezz ta’ diversi inizjattivi u miżuri strateġiċi. F’dan il-kuntest, il-programm elettorali tal-Gvern il-ġdid jenfasizza li s-sigurtà tal-ikel hija kruċjali għal gżira żgħira bħal Malta u li l-provvista tal-ikel tiddependi mill-appoġġ kontinwu lill-bdiewa, lir-raħħala u lis-sajjieda. Il-Gvern huwa wkoll impenjat li jkompli jagħti valur lill-prodotti lokali u jsaħħaħ il-valur miżjud tas-settur tal-ikel Malti. Barra minn hekk, fost il-miżuri previsti hemm it-tfassil ta’ pjan nazzjonali ta’ riskju u kontinġenza għall-katina tal-provvista tal-ikel, li jinkludi miżuri għat-tisħiħ ta’ riservi strateġiċi u l-identifikazzjoni ta’ arranġamenti alternattivi għat-trasport tal-ikel sabiex il-provvista tkun assigurata f’kull ċirkostanza. Dawn il-miżuri huma maħsuba biex ikomplu jsaħħu r-reżiljenza tas-settur u jtejbu s-sigurtà tal-ikel f’pajjiżna.

Infrastruttura tat-tisqija – Passi meħuda

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu biex tittejjeb l-infrastruttura tat-tisqija, b’mod partikolari l-infrastruttura biex jintuża n-new water, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppjanat, investiet u ħadmet bla heda matul l-aħħar ħames snin mhux biss biex twassal in-New Water f’żoni li kienu għadhom mhux milħuqa, imma wkoll biex is-sistema titħaddem bl-aktar mod effettiv u bl-iktar teknoloġija avvanzata.  L-investiment u x-xogħol li sar kien jinkludi partikularment: -         Disinn mill-bidu, bini u operat ta’ farm treatment plant fin-Nofsinhar ta’ Malta biex il-kwalità tal-ilma trattat mid-drenaġġ tkun tista’ tintuża għall-produzzjoni tan-New Water. -         Operat u manutenzjoni tal-impjanti tan-New Water li wassal għal żieda attwali fil-produzzjoni tan-New Water. -         Pjanar għal iktar produzzjoni fit-tliet żoni (Nofsinhar, Tramuntana u Għawdex). -         Estensjonijiet ta’ network fit-tliet żoni, inkluż l-ikbar estensjoni li miż-Żejtun se twassal l-ilma saż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Għaxaq, Birżebbuġa fost lokalitajiet oħrajn. -         Pjanar u installazzjoni ta’ dispensers intelligenti biex ikun hemm tqassim iktar ġust. -         Installazzjoni ta’ optic fibre biex tissapportja l-komunikazzjoni fiż-żoni kollha -         Installazzjoni ta’ cables tal-elettriku biex ikun żgurat li ma jkunx hemm dipendenza biss fuq il-panelli solari. -         Ħidma mal-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u l-Provvista tal-Ikel biex jibda jiġi allokat New Water lill-bdiewa skont il-crop plan u mhux skont id-daqs tal-art biss. -         Proċessar ta’ iżjed minn 1,200 applikazzjoni għal access card jew FOB u tiġdid regolari tagħhom. -         Manutenzjoni kontinwa fuq in-network u dispensers. -         Rinovar ta’ ġibjuni ta’ New Water fin-Nofsinhar ta’ Malta u f’Għawdex. Bis-saħħa tal-investiment li sar fl-aħħar snin, il-Koporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tipproduċi 1.6 miljun metru kubu ta’ New Water fis-sena li sa ftit ilu ma kienx jeżisti u li huwa vitali għall-bdiewa.

Konservazzjoni tal-ilma – Investiment

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-investiment li sar fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Matul dawn l-aħħar ħames snin, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma kienet qiegħda tikkonkludi l-proġett finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fondi ta’ Koeżjoni dwar il-kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma. Bħala parti minn dan il-proġett tqassmu water saving kits lir-residenti fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex, kif ukoll proġetti pilota biex jiġu murija prattiċi differenti kif l-ilma jista’ jiġi konservat u jintuża b’mod aktar sostenibbli. L-investiment li sar fil-proġett tal-kampanja nazzjonali dwar il-konservazzjoni tal-ilma kien ta’ €704,023.45 (eskluża l-VAT) fis-sena 2021, €704,023.45 (eskluża l-VAT) fis-sena 2022, u €1,898,316.37 (esekluża l-VAT) fis-sena 2023. Min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma hemm investiment kontinwu f’dak li jissejjaħ ‘active leakage control’ fejn ħsarat fis-sistema tal-ilma jiġu intraċċati fl-iqsar ħin possibbli u jissewwew immedjatament.  Dan wassal biex meta mqabbel mal-2019, il-Korporazzjoni qed tiffranka mal-miljun metru kubu ta’ ilma fis-sena. Apparti hekk, kontinwament tara li fejn ikun hemm partijiet min-network li jkunu antiki u fi stat ħażin, dawn jinbidlu wkoll. Il-Korporazzjoni tieħu ħsieb ukoll li timmonitorja kontinwament il-konsum tal-ilma tal-konsumaturi kollha, u fejn tinnota li hemm possibbiltà ta’ leakage, tinforma lill-individwi konċernatli ħalli titrażżan il-ħela.

Kunsilli lokali – Impjegati – Kors tal-Mental Health First Aid

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm impjegati tal-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex għamlu l-kors tal-Mental Health First Aid?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’kollox hemm 27 impjegat tal-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex li għamlu l-kors tal-Mental Health First Aid.

Il-Foss tal-Imdina – Lift – Spezzjonijiet/Manutenzjoni

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kull meta saret spezzjoni u/jew manutenzjoni fil-lift tal-Foss tal-Imdina u l-ispejjeż li kienu involuti, matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Lulju 2026 - Għases tal-Pulizija miftuħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema għases tal-Pulizija f’Malta u Għawdex huma miftuħa matul Lulju 2026, u jagħti l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ ta’ kull għassa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li dawn huma l-għasses miftuħa 24 siegħa kuljum, ħlief għal dawk ġewwa l-Għadira u Kemmuna 1 PD – Valletta 2 PD – Ħamrun, Marsa 3 PD – Paola, Fgura, Luqa 4 PD – Cospicua, Żabbar, M‘Scala 5 PD – Żejtun, B’Buġia, Żurrieq 6 PD – Qormi, Siġġiewi 7 PD – Sliema, Gżira 8 PD – St. Julians 9 PD – Birkirkara, Naxxar 10 PD – Mosta, Rabat 11 PD – Qawra (SPB), Ċirkewwa 12 PD – Victoria, Marsalforn, Mġarr, Xlendi MIA – 24/7 Sta Lucija DV Hub – 24/7 Mtarfa DV Hub – 24/7 Għadira – 0900 hrs – 2100 hrs 12 PD – Kemmuna (Mon-Thu 06:00hrs-00:00hrs / Fri-Sun 06:00hrs-01:00hrs)