Legislature:
Category:
Reset
Active:

Suwiċidji – Mistoqsijiet parlamentari

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex il-mistoqsijiet parlamentari dwar suwiċidji jitwieġbu mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà minflok mill-Ministru għas-Saħħa?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. 32498 tal-Leġislatura XIV li kienet ingħatatilha fit-03 ta’ Diċembru 2025.

Vetturi awtonomi/driverless taxis

Question

Fid-dawl tat-tħabbira riċenti tal-kumpanija, li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li qed tippjana li tintroduċi mill-inqas 25,000 vettura kompletament awtonoma f’diversi pajjiżi u bliet Ewropej, jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex fost il-pajjiżi kkunsidrati għal dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll: i.    jekk xi operatur ieħor kellhomx kuntatt mal-Gvern jew ma’ Transport Malta dwar testing jew introduzzjoni ta’ driverless taxis/robotaxis f’Malta; ii.   jekk saritx jew hix qed issir xi evalwazzjoni regolatorja, ta’ sigurtà u ta’ impatt ekonomiku fuq is-settur tat-taxis u Y-plates; iii.  jekk il-Gvern hux se jikkonsulta mas-sewwieqa u l-operaturi qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-introduzzjoni kummerċjali ta’ dawn il-vetturi; u iv.  jekk hemm xi kuntatt jew dokumentazzjoni dwar dan u jekk iva, jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Għawdex – Qtugħ ta’ dawl – Interventi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema interventi konkreti se jitlestew qabel is-sajf tal-2027 biex jitnaqqas ir-riskju li Għawdex jerġa’ jesperjenza qtugħ fil-provvista tal-elettriku fuq skala simili?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Għawdex – Cables jew supply route addizzjonali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra cable jew supply route addizzjonali lejn Għawdex biex jiżdied il-livell ta’ redundancy? Jekk iva, x’inhi l-kapaċità prevista, l-ispiża stmata u meta tista’ tkun operattiva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Għawdex – Infrastruttura tal-elettriku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se tordna independent technical review tal-infrastruttura kollha li tipprovdi l-elettriku lil Għawdex, inklużi t-tliet feeders ta’ 33kV, id-Distribution Centres u s-sistema ta’ emergency backup?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Outage map

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-sistema attwali tal-Enemalta biex tinforma lill-pubbliku permezz tal-outage map, SMS u customer care, tatx informazzjoni adegwata u f’waqtha lir-residenti ta’ Għawdex matul l-inċident tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fit-28 u fid-29 ta’ Awwissu 2026?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Komunikazzjoni pubblika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’liema ħin l-Enemalta saret taf bl-ewwel ħsara, f’liema ħin ġie infurmat il-Ministeru u f’liema ħin inħarġet l-ewwel komunikazzjoni pubblika li spjegat il-kobor tal-problema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Qtugħ ta' dawl – Impatt ekonomiku

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se ssir valutazzjoni tal-impatt ekonomiku tal-qtugħ fil-provvista tal-elettriku fuq ristoranti, lukandi, farmhouses, ħwienet u negozji oħra f’Għawdex, partikolarment meta l-inċident seħħ fl-eqqel tal-istaġun turistiku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2686.

Awtorità tad-Djar – Tiswijiet ta’ djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tiswijiet ta’ djar li jaqgħu taħt l-Awtorità tad-Djar, minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra,  li tinkludi rendikont ta’ kull sena minn Jannar 2024 sa Ottobru 2026.

Akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjonijiet mhux proċessati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali li ma setgħux jiġu pproċessati minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2024 , kien hemm 1251applikazzjonijiet li ma setgħux jiġu pproċessati peress li ma kinux jissodisfaw il-kriterji stabbiliti għall-eliġibbiltà. Barra minn hekk, kien hemm każijiet oħra li għadhom fil-proċess ta’ verifika u evalwazzjoni, kif ukoll każijiet li ġew riferuti lill-Bord ta’ Reviżjoni wara li tressqu oġġezzjonijiet mill-applikanti u li għadhom qed jistennew deċiżjoni.

Każijiet ta’ żgumbrament

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru każijiet ta’ żgumbrament mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BONNICI, OWEN)

Sabiex tkun tista’ tingħata tweġiba preċiża għall-mistoqsija parlamentari, l-Onor. Interpellant huwa mitlub jispeċifika għal liema tip ta’ każijiet ta’ żgumbrament qed jirreferi.

Akkomodazzjoni soċjali – Condominiums – Rapporti ta’ mġiba ħażina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm rapporti ta’ mġiba ħażina f’binjiet tal-akkomodazzjoni soċjali marbuta ma’ condominiums?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sabiex tingħata t-tweġiba meħtieġa, huwa mitlub jispeċifika l-perjodu jew is-sena li għalihom jirreferi n-numru mitlub.

Akkomodazzjoni soċjali – Kuntratti ffirmati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew iffirmati kuntratti għal units tal-akkomodazzjoni soċjali mill-1 ta’ Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, mill-2024 sal-aħħar ta' Settembru, ġew iffirmati 1,162 kuntratt ġdid.

Persuni b’diżabilità – Applikazzjonijiet għal parking bay riservat – Proċedura tal-appelli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-proċedura sabiex persuna tappella minn deċiżjoni li biha tiġi miċħuda applikazzjoni għal parking bay riservat għal persuna b'diżabilità, u min jiddeċiedi dawn l-appelli?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Buġibba – Triq it-Trunċiera – Speed moderators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jerġgħu jiġu installati ż-żewġ speed moderators (sleeping policemen) li kienu jinsabu fi Triq it-Trunċiera, waħda fuq kull naħa tal-Pjazza ta’ Buġibba, u li tneħħew sabiex setgħu jitwettqu x-xogħlijiet fl-istess pjazza? Jekk iva, jista’ jgħid meta huwa ppjanat li dawn jerġgħu jiġu installati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninform lill-Onor. Ineterpellant illi din ir-risposta ser tinġħata f'xi seduta oħra.

Pain Clinic – Injections/interventi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema tip ta' injections u interventi qed jiġu offruti mill-Pain Clinic?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellanta li l-Pain Clinic toffri servizz multidixxiplinari u komprensiv fl-isptar Mater Dei, fiċ-Ċensu Moran Paola Hub, fl-isptar San Vinċenz de Paule u fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex għall-uġigħ akut u kroniku, uġigħ tal-kanċer, u kura paljattiva u kura oħra meta l-pazjent ikun wasal fl-aħħar zmien ta' ħajtu. Komponent ewlieni huwa l-immaniġġjar intervenzjonali tal-uġigħ, inkluż firxa wiesgħa ta’ injezzjonijiet iggwidati minn landmark, ultrasound u fluworoskopija bħal injezzjonijiet epidurali, fl-għeruq tan-nervituri, fil-faċċetti u fil-ġogi sakroiljaċi, blokki tan-nervituri periferali u simpatetiċi, injezzjonijiet fil-ġogi/bursali u trigger-point, flimkien ma’ proċeduri ta’ radjufrekwenza u newrolitiċi. Is-servizz jipprovdi wkoll konsultazzjonijiet speċjalizzati, medication optimisation, infużjonijiet ta' ketamine/lignocaine, u neuromodulation avvanzata.

Formularju tal-Gvern – Mediċina Prolia

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħsieb li l-Prolia (denosumab) jew il-verżjoni ġenerika tagħha tiddaħħal fil-Formularju tal-Gvern?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li kull mediċina proposta għall-Formularju tal-Gvern tgħaddi minn proċess ta’ evalwazzjoni strutturat. L-introduzzjoni tad-denosumab qed tiġi kkunsidrata f’dan il-qafas, b’segwitu għall-verifiki tekniċi, ekonomiċi u legali kollha meħtieġa.

L-Isptar Mater Dei – Servizz tal-kirurġija tal-fwied – Investiment

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'investiment sar matul dawn l-aħħar snin sabiex fl-Isptar Mater Dei jkun jista' jiġi żviluppat is-servizz tal-kirurġija tal-fwied? Jista' jgħid ukoll x'investiment sar jew hu ppjanat f'apparat, infrastruttura, taħriġ ta' kirurgi u professjonisti oħra tas-saħħa, sabiex aktar operazzjonijiet tal-fwied ikunu jistgħu jsiru f'Malta u jonqos il-bżonn li pazjenti jintbagħtu barra minn pajjiżna?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li matul l-aħħar snin, żewġ kirurgi rċievew taħriġ ta’ kwalita’ f'ċentri kbar fir-Renju Unit, l-Italja u l-Irlanda u għall-aħħar 5 snin l-operazzjoniiet tal-fwied (mhux trapjant) kważi kollha qed isiru Malta fl-isptar Mater Dei. Il-kirurgi li ġew ingaġġati qegħdin joffru servizz ta’ kwalita’ kif jixhdu r-riżultati miksuba. Fl-aħħar sena, iż-żewġ kirurgi kienu qed jitħarġu biex ikunu jistgħu iwettqu dawn l-operazzjonijiet permezz tal-aħħar teknologija, jiġifieri permezz tal-użu tar-robotika li toffri iktar preċizjoni waqt l-operazzjoni u b'riżultati superjuri.  Huwa maħsub li fis-sentejn li ġejjin se jkun kemm kirurgu/a li se j/tkun qiegħed j/titħarreġ fil-kirurgija tal-fwied f ċentri barra minn Malta.  Bħala investiment, it-teatri tal-isptar Mater Dei huma attrezzati bl-aħħar infrastruttura neċessarja għal operazzjonijiet tal-fwied.  Inxtrat strumentatura apposta kif ġie rakkomandat mill-kirurgi nnifishom.