Legislature:
Category:
Reset
Active:

Il-Ħamrun – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Ħamrun sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ħamrun ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq Mile End u Triq Schembri li mistenni jkunu lesti fil-ġimgħat li ġejjin. Ix-xogħlijiet li ser isiru f’parti minn Triq il-Kbira San Ġużepp, Triq San Ġorg Preca, parti minn Triq Joe Gasan u parti minn Triq Mountbatten jikkonsistu f’ tibdil ta’ servizzi fit-triq, kostruzzjoni ta’ bankini ġodda u tqegħid ta’ asfalt ġdid. Dan ix-xogħol mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjien.

Ħaż-Żabbar – Misraħ tal-Madonna Medjatriċi – Funtana

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx mod biex tissewwa u terġa’ tibda taħdem il-funtana f’Misraħ tal-Madonna Medjatriċi, f’Ħaż-Żabbar?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab infurmata li l-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar qiegħed jippjana proġett sabiex il-funtana f’Misraħ tal-Madonna Medjatriċi tiġi mibdula. Dan minħabba li l-funtana teħtieġ intervent estensiv ta’ manutenzjoni fl-infrastruttura taħt l-art u t-tiswija tagħha mhijiex waħda sempliċi.

Ħaż-Żabbar – Bandli ta’ St. Peter’s – Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu x-xogħlijiet fil-bandli ta’ St. Peter’s, f’Ħaż-Żabbar?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali Ħaż-Żabbar li x-xogħlijiet fil-bandli ta’ St Peter’s kellhom jitwaqqfu minħabba li l-offerent li ngħata l-kuntratt ma bediex ix-xogħlijiet kif stipulat fil-kuntratt. Konsegwentament, il-Kunsill Lokali kien obbligat isegwi l-proċeduri previsti mir-Regolamenti tal-Akkwist Pubbliku, li ma jippermettux il-kontinwazzjoni immedjata tax-xogħlijiet.

Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex kienx hemm żewġ siġar tal-palm (Washingtonia)? Jekk iva, jista’ jgħid kemm kienu ilhom imħawla dawn is-siġriet? Jista' jgħid ukoll jekk dawn is-siġar tneħħewx u jekk iva, meta u fi x'ħin tneħħew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ġew maqtugħa nhar it-Tlieta, 9 ta’ Ġunju, 2026 bejn is-1.00 p.m u l-5.00 p.m. Id-data tat-tħawwil taż-żewġ siġar tal-palm mhix magħrufa.

L-Università ta’ Malta – Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi – Studenti li attendew

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li attendew korsijiet fiċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta fl-2025?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti li attendew korsijiet fiċ-Ċentru għall-Arti Liberali u x-Xjenzi fl-Università ta’ Malta fis-sena akkademika 2025/6 huwa ta’ 263 student.
Leg 15 PQ #1754 Sitting 13 - 20/07/2026 16:00 2026-07-20 Oral · Final From: GRAHAM BENCINI (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għat-Turiżmu

Akkomodazzjoni turistika – Obbligi tal-operatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'obbligi għandhom l-operaturi u l-persuni li jamministraw akkomodazzjoni turistika meta jkun hemm rapporti ripetuti ta' storbju jew imġiba antisoċjali mill-klijenti tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligi li għandhom l-operaturi jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Malta Tourism Authority (https://mta.com.mt/licenses-applications/holiday-furnished-premises/). Screenshot tal-website qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 15 PQ #818 Sitting 13 - 20/07/2026 16:00 2026-07-20 Oral · Final From: FRANK ANTHONY TABONE (Partit Nazzjonalista) To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Tneħħija ta’ siġar tal-palm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inkisibx xi permess jew awtorizzazzjoni mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u/jew minn xi awtorità oħra kompetenti sabiex jitneħħew iż-żewġ siġriet tal-palm (Washingtonia) li kienu jinsabu fil-bitħa interna tal-bini tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-permess fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ siġriet tal-palm li kien hemm fil-bitħa tal-ilvant tal-Ministeru għal Għawdex u li għandha entratura minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex, ma kinux jinħtieġu permessi sabiex jinqatgħu minħabba li ma humiex siġar indiġeni u/jew endemiċi. Apparti hekk, dawn is-siġriet ma kinux jinsab f’post miftuħ pubbliku.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali ewtanizzati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li ġew ewtanizzati matul il-perjodu bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, kien hemm 162 annimal li kellhom jitraqdu wara li kienu eżaminati minn veterinarju, li minnhom 150 kienu qtates, 5 klieb u 7 annimali oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kura veterinarja

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn kura veterinarja lil hinn minn dik ta’ rutina? Tista’ wkoll tipprovdi n-numru ta’ każijiet li kienu jeħtieġu: i.    interventi ta’ dijanjostika permezz tal-immaġini; ii.   testijiet tad-demm; u iii.  kirurġija mhux relatata mal-isterilizzazzjoni tal-annimal għal finijiet riproduttivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Rekords mediċi miżmuma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ rekords mediċi qegħdin jinżammu mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali fir-rigward tal-annimali li jinsabu taħt il-kura tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - SOPs

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema Standard Operating Procedures (SOPs) qed jadotta d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali għall-kura, it-trattament u l-immaniġġjar tal-annimali li jidħlu taħt il-kustodja tiegħu? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-SOPs?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li d-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali qed jadotta SOPs dwar l-Animal Ambulance; Enforcement & Legal Proceedings; Adoption; Fostering u l-Animal Care. Barra minn hekk, qed jiġu żviluppati jew aġġornati SOPs addizzjonali dwar Animal Handling - għall-użu fis-sezzjonijiet kollha fejn jiġu mmaniġġjati annimali; Vehicles & Equipment, inkluża reviżjoni tal-SOP eżistenti dwar il-Fuelling; Control Unit, inkluża reviżjoni tal-SOP eżistenti dwar il-153/17 Call Centre; u l-Access Control relatata ma’ studenti, voluntieri u viżitaturi. L-SOPs li ġew finalizzati u implimentati huma dwar Management of Orphaned Neonatal Kittens; Assessment of Aggressive Behaviour in Animals; u Free Vet Services.

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Annimali salvati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew salvati jew miġbura annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali matul il-perjodu bejn Jannar 2026 u Ġunju 2026, maqsuma skont l-ispeċi tal-annimal?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul il-perjodu indikat fil-mistoqsija, ġew salvati jew miġbura 708 annimali mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali. Dawn kienu 470 qattus, 187 kelb u 51 annimali oħrajn.

Infrastructure Malta – Proġetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1130 u ċjoè; B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 840, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija għal kull proġett li għaddej bħalissa minn Infrastructure Malta, u ċjoè; sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant bil-lista ta’ toroq li bħalissa għaddej xogħol fihom: Triq Ħal Tarxien Sqaq Nru. 3, Żejtun; Triq il-Qaws, phase 2, Dingli; P/O Triq Dun Gużepp Calleja u P/O Triq San Franġisk u P/O Triq Marjanu Gerada, Tarxien; P/O Triq Misraħ Suffara, Rabat; Triq Lampat, Sta Luċija; Resurfacing works within Attard, Birkirkara & parts of Central Business District, Imrieħel; P/O Triq Dun Ġużepp Calleja u P/O Triq San Franġisk u P/O Triq Marjanu Gerada, Tarxien; Xoghol ta’ pavimentar, Mdina; Xoghol fi substation at SVPR, Ħal Luqa; Xogħol ta’ pavimentar f’ Valletta (MFT), Valletta; Triq Ball u Triq Paceville, San Ġiljan; P/O Vjal l-Istadium Nazzjonali, Ta’ Qali, Attard; Xogħol f’toroq rurali, Naxxar; Sqaq fi Triq Għallis, Naxxar; Triq Wied is-Sewda, Żebbug; Triq il-Madonna ta’ Lourdes, Birżebbuga; Trejqet Widnet il-Baħar, Żejtun; Sqaq il-Merħla, Żejtun; Triq Francis Falzon, Żurrieq; Triq Sant’ Anna, Floriana; Triq il-Panoramika, Siġġiewi; Triq Ħal Tarxien, Gudja u P/O Dawret il-Gudja, Gudja; Sqaq fi Trejqet il-Paċi, Żurrieq; Sqaq fi Triq Massabielle, Qrendi; P/O Triq il-Wied, Żurrieq; Triq l-Isqof Scicluna u Triq il-Wied, Qormi; Triq ix-Xagħri Mqalleb, Mqabba; Triq Wied Ganu, Żurrieq; Sqaq fi Triq Wied iż-Żurrieq, Żurrieq; Triq iċ-Ċimiterju, Għaxaq; Ta’ Qasam Barrani il-Mofra, Mellieħa; Sqaq fi Triq il-Fortizza Nru. 1, Birżebbuga; parking area over garages complex P/O Binja Qlejjgha, Triq ir-Reġimenti Maltin, Imtarfa; Triq ir-Rabat, Dingli; Triq il-Blajjiet, Marsaskala; Msida Creek Project, Msida; Triq Nikola Saure, Rabat; Fire Station building at Ecohive complex, Magħtab, Naxxar; Vjal Kulħadd, Floriana; Ġnien Paul Boffa, Paola; Triq Ġilormu Dingli, Rabat; Xatt iċ-Ċangatura u Triq Emvin Cremona, Floriana; Pjazza Tarxien, Tarxien; CSAM - Pieta works; Triq Mons Mikiel Azzopardi, Siggiewi; SCM Smart City - ring road, Kalkara; HDPE ducts at Military Chapel Mellieħa, Mellieħa; Triq Oscar Zammit, Msida; Triq John Adye, Naxxar; Triq il-Forn u Sqaq numru 1 in Triq il-Kunċizzjoni, Lija; Triq Antonio Schembri, San Ġwann; Triq Sir Anthony Mamo, San Ġwann; Triq Rgħajja, Rabat; Triq ta' Bur il-Kbir, Siġġiewi; Triq il-Freżja, Santa Luċija; Triq Nestu Laiviera, Birgu; Triq Mile End, Ħamrun; Triq Schembri, Ħamrun; Triq il-Ħarrub u P/O Triq is-Soll, Santa Venera; Triq iċ-Ċikwejra, Santa Luċija; P/O Triq l-Isqof F. Mattei, Triq Dun Bert Sant, Żejtun; Triq Dun A. Camilleri, Triq Megino u P/O Triq Psaila, Żejtun; P/O Triq Petunja, P/O Triq it-Tulipan c/w Triq Żinja, Santa Luċija; Triq Maria De Domenicis, Santa Luċija; Triq Qerd in-Naħal u Triq San Tumas, Safi; Triq Santa Katerina u Triq San Dwardu, Rabat; P/O Triq Giuseppe Stivala, P/O it-Telgha tal-Għaqba, P/O Triq Leli Falzon, Triq il-Forga, Naxxar; Trejqet il-Kjeriku Ġakbu Abela u Sqaq ta' Sejduna, Lija; Triq Lia u P/O Triq Lia, Żabbar; Triq Ivo Muscat Azzopardi, San Ġiljan; Triq il-Għajn, Swieqi; Triq il-Ktajjen, Swieqi; Triq Fra Gammari Zammit, Triq it-Torri u Triq is-16 ta' Lulju, Żurrieq; P/O Triq il-Linja, Attard; Triq Ta' Gidwet, Marsascala; Saqqajja, Rabat; Triq AM Valperga, Fgura; Triq Birżebbuga, Ħal Far; Ħal Far Motor Sport - Go karting Track and Paddock, Birżebbuga; Triq is-Sardin, Burmarrad; P/O Triq San Ġwanni Pawlu II, Burmarrad; Triq l-Arcipriet E. Mifsud, Żurrieq; Triq Gistakor, Għaxaq; Triq il-Port Ruman, Marsaxlokk; Road formation and ancillary works in Ħal Far icw new emergency road for CPD access, Birżebbuga; Triq S. Cannataci, Swieqi; Triq il-Lampuka, Paola; Triq il-Baħħara, Triq Xerrik, Triq Luzzu u Triq San Piju V, Marsaxlokk; Triq Karmenu Vassallo, Iklin; Triq Clarence, Paola; Triq Sunny Aquilina, Bormla; Triq Carmelo Mifsud Bonnici, Bormla; Sqaq Baggi, Żejtun; Triq Nestu Laiviera, Birgu; P/O Triq Dun Nerik Mahoney u P/O Triq it-Tabib Gregorio Mifsud, Qrendi; Triq Huttafa, Fgura; Sqaq fi Triq Ħal Tarxien, Gudja; Triq l-Għasel, Mosta; Triq il-Masġar, Qormi (Mrieħel); P/O Triq Naggar u Triq l-Għassara, Mosta;  Embellishment Works at Mtarfa Depiro Grounds - Including Paving Works for Project Green, & Replacement of Existing Potable Mains for WSC, Imtarfa; Sqaqien Patrijiet, Zondadari, Repubblika, Rabat; Triq il-Kbira (Sqaq numru 4), Żabbar; DSA Detention Services Agency - construction of offices, Ħal Safi; SVPR - St Vincent de Paule, Ħal Luqa.

Ħal Qormi/Ħ’Attard - Trejqa Wied is-Sewda - Diżlivellar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 990 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jara li jsir xi tip ta’ lqugħ tul it-triq pubblika bejn it-triq u l-wied fi Trejqa Wied is-Sewda, bejn Ħal Qormi u Ħ’Attard (ritratti annessi), minħabba periklu ta’ diżlivell għal min ikun għaddej f’dik iż-żona?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Tfal li huma mċaħħda mill-kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull statistika li għandha l-Qorti tal-Familja, il-Ministeru jew kwalunkwe entità pubblika oħra relatata ma’ tfal li huma mċaħħda mill-kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom, mas-sistema tal-aċċess, mas-Supervised Access Unit u mal-esperti tal-Qorti tal-Familja, u jindika jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jwettaq riforma ta’ dawn is-servizzi, inkluż l-introduzzjoni ta’ standards minimi ta’ kwalifika u speċjalizzazzjoni għall-esperti, sistemi ta’ evalwazzjoni u ta’ accountability, limiti ta’ żmien għall-proċeduri u reviżjoni perjodika obbligatorja tad-digrieti li jissospendu l-aċċess bejn ġenitur u wliedu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qorti tal-Familja - Esperti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-esperti kollha li matul l-aħħar għaxar snin servew jew għadhom iservu lill-Qorti tal-Familja u, għal kull wieħed minnhom, jindika l-professjoni, il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, il-warrant jew ir-reġistrazzjoni professjonali fejn applikabbli, l-ispeċjalizzazzjoni, is-sena tal-ħatra, kemm-il darba ġie maħtur f’kull waħda mill-aħħar għaxar snin, l-ammont imħallas lilu kull sena, jekk sarux ilmenti jew proċeduri dixxiplinarji kontrih u l-eżitu tagħhom, kif ukoll jekk għadux jagħmel parti mir-reġistru tal-esperti tal-Qrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-proċedura għall-għażla tagħhom, il-kodiċi ta’ etika, il-linji gwida jew protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħhom, il-proċeduri dwar kunflitti ta’ interess, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ taħriġ kontinwu u, jekk teżisti,  is-sistema ta’ rotazzjoni jew allokazzjoni tal-esperti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Supervised Access Unit - Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il każ ġie riferut lis-Supervised Access Unit; b) kemm-il każ ġie konkluż; ċ) kemm-il tifel u tifla kienu involuti; d) kemm kien hemm każijiet fuq waiting list; e) x’kien il-ħin medju ta’ stennija sabiex jibda s-servizz; f) kemm kien hemm social workers, psikologi, supervisors u professjonisti oħra impjegati fis-servizz, skont il-professjoni tagħhom; u g) x’kien ir-ratio ta’ każijiet għal kull professjonist?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellant, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Qorti tal-Familja - Kawżi dwar kura, kustodja u aċċess

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il kawża dwar kura, kustodja u aċċess ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Familja; b) kemm ġew deċiżi; ċ) kemm għadhom pendenti; d) kemm damu bħala medja sabiex ġew deċiżi; e) kemm-il talba sabiex jerġa’ jingħata l-aċċess ġiet ippreżentata, kemm intlaqgħu, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti; u f) kemm-il assessjar psikoloġiku, psikjatriku jew multidixxiplinari ġie ordnat mill-Qorti u kemm-il darba r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġew segwiti jew ma ġewx segwiti mill-Qorti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Qorti tal-Familja - Deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru, għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il każ u kemm-il tifel u tifla kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja li ordnat sospensjoni totali tal-aċċess ta’ wieħed mill-ġenituri, aċċess sorveljat, aċċess monitorjat jew ordni ta’ ebda kuntatt (“no contact”); b) kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ingħataw permezz ta’ digriet proviżorju u kemm permezz ta’ sentenza finali; ċ) kemm minn dawn il-każijiet wasslu sabiex l-aċċess reġa’ ġie stabbilit, kemm għadhom pendenti u kemm spiċċaw f’sospensjoni permanenti jew għal żmien indeterminat; d) kemm kien hemm tfal li baqgħu mingħajr kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom għal aktar minn sena, sentejn, tliet snin, ħames snin u għaxar snin; u e) x’inhu t-tul medju ta’ dawn is-sospensjonijiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Il-Marsa - Arts and Culture Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Arts and Culture Hub fil-Marsa huwiex mistenni li jitlesta sal-2030? Jista’ wkoll: i.    jgħid kemm hu stmat li se jiswa l-proġett; ii.   jgħid jekk huwiex previst li jinġiebu fondi Ewropej addizzjonali sabiex jitwettaq il-proġett kollu wara l-finanzjament Ewropew allokat għall-ewwel fażi tal-proġett; iii.   iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanti tal-proġett; u iv.   jgħid min huma l-periti jew id-ditta ta’ periti li qed jaħdmu fuq dan il-proġett, jew li diġà ħadmu, jew ser ikomplu jaħdmu fuqu?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmat li dan il-proġett huwa stamt li jiswa €63 miljun u l-fondi Ewropej allokati sal-lum jammontaw għal €15-il miljun. Il-pjanti tal-proġett ma jistgħux jiġu ppreżentati peress li ħa jkunu parti mit-tender ta’ konstruzzjoni tal-proġett li għandu joħroġ fil-jiem li ġejjin.