Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsalforn – Tneħħija ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn ġew rilokati s-siġar li nqalgħu mit-triq ta’ Marsalforn sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fl-imsemmija triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siġar li nqalgħu ġew rilokati fid-Dawwara Nursery u fil-Gozo Experimental Farm.

Marsalforn – Tneħħija ta’ siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew maqlugħa siġar mit-triq ta’ Marsalforn fejn bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat twegiba li tajt fil-mistqosija parlamentari b’numru 823.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 726

Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Ministeru għas-Saħħa – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija nru. 726.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan l-Uffiċċju u l-entitajiet tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li l-azzjonijiet relatati mal-użu tal-IA diġa ’qed jiġu ggwidati minn oqfsa rilevanti ta’ politika tal-governanza u tal-informatika fosthom l-istrateġija tal-Gvern dwar l-AI. Filwaqt li l-gvern qed ikompli jikkonsolida l-politika interna tiegħu dwar l-AI u qafas ta’ gwida generali. Din il-ħidma hija allinjata mal-Att tal-UE dwar l-AI, mal-qafas nazzjonali ta’ governanza tal-AI, mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data u tas-sikurezza ċibernetika, u mal-qafas ta’ politika tal-GMICT, inkluża l-Politika dwar l-użu tal-Għodod tal-IA ġenerattiva (GMICT P0123). Din tifforma wkoll parti minn approċċ koordinat li jinvolvi l-funzjoni tal-Uffiċjal ewlieni tal-AI, it-twaqqif tal-AI Governance Unit, it-twaqqif tal-Kunsill tal-Governanza tal-AI u ta’ strutturi oħra bħall-MDIA u l-MITA biex jappoġġaw l-użu legali, responsabbli u trasparenti tal-AI.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha, u jekk iva, telenkahom u tindika kif qed jitkejlu?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 704.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali – KPIs

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx stabbiliti indikaturi ta' prestazzjoni (KPIs) sabiex jitkejjel l-impatt tal-użu ta' sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu, u jekk iva, jelenkahom u jindika kif qed jitkejlu?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 704

Vjolenza domestika – Ordnijiet ta’ protezzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ordnijiet ta’ protezzjoni f’każijiet ta’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm nisa li bħalissa qegħdin taħt ordni ta‘ protezzjoni?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Vjolenza domestika – Tipi ta’ abbuż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta’ vjolenza domestika li kienu rrapurtati matul dawn l-aħħar ħames snin, kienu jinvolvu abbuż fiżiku, emozzjonali jew sesswali? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn kellhom iktar minn tip wieħed ta’ abbuż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżomx din it-tipta’ statistika.

Vjolenza domestika – Każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ vjolenza domestika matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt: Sena Numru ta’ kawżi li jinkludu kawżi sommarji u kumpilazzjonijiet 2021 110 2022 124 2023 184 2024 425 2025 541 2026 222 sat-13 ta’ Lulju, 2026 Total 1606

Gender Clinic – Pazjenti – Sena 2025

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li għamlu użu mill-Gender Clinic fl-2025?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fis-sena 2025, il-Gender Wellbeing Clinic kellha total ta’ 104 referenzi ġodda, li jwasslu t-total ta’ referenzi għal 611 minn mindu fetħet il-klinika f’Novembru 2018.

Użura – Persuni akkużati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tressqu persuni akkużati bl-użura mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi: Sena Numru t’akkużati li tressqu bl-akkuża ta’ użura Każ pendenti Kawżi Deċiżi 2021 0 0 0 2022 4 1 3 2023 1 1 0 2024 0 0 0 2025 0 0 0 2026 1 1 0

Proprjetajiet battala

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-istock ta' proprjetajiet li huma battala u huma f'idejn il-Gvern?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, sad-data tal-lum, hemm total ta' 241 proprjetà battala li jinsabu f'idejn l-Awtorità tad-Djar. Minn dawn, hemm numru żgħir li  huma lesti sabiex jiġu allokati. Fir-rigward tal-bqija, għaddejja analiżi  meħtieġa, qed isiru xogħlijiet ta' tiswijiet strutturali fejn ikun meħtieġ, jew qed jitħejjew rapporti tekniċi sabiex ikunu jistgħu jingħataw il-grants meħtieġa għat-twettiq ta' xogħlijiet qabel jiġu allokati.

Transport Malta - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ilment irċeviet Transport Malta matul Frar, Marzu, April u Mejju tal-2026 relatati ma’: (i) operat illegali; (ii) abbuż ta’ permessi; (iii) subletting ta’ liċenzji; u (iv) nuqqas ta’ konformità?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika l-mistoqsija u jipprovdi informazzjoni aktar preċiża dwar dak li qed jintalab, biex l-Awtorita’ tat-Trasport tkun f’pożizzjoni li tipprovdi tweġiba.