Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċini relatati mas-saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm persuni li ngħataw mediċini relatati mas-saħħa mentali f’Ġunju 2025, f’Jannar 2026 u f’Ġunju 2026?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika għal liema mediċini qiegħed jirreferi.

GU Clinic – Każijiet ta’ mard trasmess b’mod sesswali – New Cases

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ mard trasmess b’mod sesswali li ġew dijanjożati bħala ‘new case’ fil-GU Clinic?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li minn Jannar sa Ġunju 2026, l-unità nazzjonali tas-sorveljanza (IDCU) ġiet notifikata b’557 każ ta’ infezzjonijiet trażmessi sesswalment mill-klinika GU.

Epipens

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għaliex mhux qed jingħataw Epipens lill-adulti, kif kien imwiegħed qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-prodott Adrenaline Autoinjecter għall-użu mill-adulti, wara li ġie introdott fuq il-Formularju tal-Gvern, qed  jiġi fornut regolarment mill-POYC fuq ordni tal-ispiżerija u l-intitolament rispettiv tal-pazjent.

Blue badges – Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ reserved blue badge parkings, komunali u personalizzati, li ġew approvati f’Marzu, April, Mejju u Ġunju 2026, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 1240.

Blue badges – Parkeġġi riservati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati reserved blue badge parkings minn Ġunju 2025 sa Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu reserved personalizzati u mhux communial?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li minn Ġunju 2025 sa Ġunju 2026, kien hemm total ta’ 696 parkeġġ riservat għall-Blue Badge Holders li minnhom 545 kienu parkeġġi riservati personaliżżati. Dawn il-permessi ħarġu wara li l-applikanti kollha għaddew minn proċess ta’ skrutinju minn bord mediku maħtur mill-Aġenzija Sapport.

Studenti u l-edukaturi - Miżuri għas-sħana

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema miżuri qed jittieħdu biex jiġu mħarsa l-istudenti u l-edukaturi mill-effetti tas-sħana eċċessiva matul ix-xhur tas-sajf, b’mod partikolari fl-iskejjel li għad m’għandhomx sistemi ta’ arja kkundizzjonata?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Nitlob lil Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat

In-Naxxar – Splużjoni tal-Kamra tan-Nar – Rapporti ta’ ħsarat

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 511 dwar ħsarat irrappurtati fl-għases tal-pulizija wara l-isplużjoni tal-Kamra tan-Nar fil-limiti tan-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti ta' ħsarat fuq bini, inkluż ħsarat fuq twieqi u bibien? Jista’ jgħid ukoll: i.    f'liema għases daħlu dawn ir-rapporti, u kemm-il rapport daħal f'kull għassa; u ii.   f'liema lokalitajiet saru dawn il-ħsarat u kemm-il ħsara ġiet irrappurtata f'kull lokalità?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nitlob lill-Onor Interpellant tispeċifika aħjar għal-liema ħsarat qed tirreferi

Anzjani – Iżolament soċjali – Inizjattivi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inizjattivi qed jiġu ppjanati biex jitnaqqas l-iżolament soċjali fost l-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AAKK) qed taħdem fuq diversi proġetti li se jkomplu joffru diversi opportunitajiet u servizzi lill-anzjani, liema proġetti jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Anzjani bil-kundizzjoni tad-dimenzja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Bormla – Proġett tal-housing – Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fuq il-proġett tal-housing f’Bormla?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi bħalissa għaddej xogħol ta’ madum, kmamar tal-banju u kisi fuq l-appartamenti nfushom. Għaddej ukoll xogħol fuq il-liftijiet u garaxxijiet u qegħdin isiru trinek li huma meħtieġa sabiex isir embellishment tal-pjazza.

Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ – Applikazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna applikat għall-programm ta’ taħriġ tal-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab infurmata mill-Kunsill Nazzjonali għat-Taħriġ fil-Qasam tal-Gvern Lokali li sal-ġurnata li fiha qed tingħata t-tweġiba għal din il-Mistoqsija Parlamentari, ġew riċevuti 316 -il applikazzjoni għall-programm ta’ taħriġ.

Marsalforn – Tneħħija ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mis-siġar li nqalgħu mit-triq ta’ Marsalforn mietu wara li ġew rilokati?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel inbeda l-progett tat-Triq ta’ Marsalforn saru diversi laqgħat u diskussjonijiet mal-ERA u ma’ Din l-Art Ħelwa sabiex nassiguraw li jiġu ssalvagwardjati l-akbar ammont ta’ siġar u arbuxxelli possibli. Għalkemm kien hemm numru ta’ siġar li kienu koperti bil-permess tal-ERA biex jinqalgħu, wara qbil ma’ Din l-Art Ħelwa, il-Ministeru ddeċieda li għalkemm ċertu tipi ta’ siġar huwa diffiċli li jiġu rikolati, jingħata ċans iehor lil dawn is-siġar u jiġu rilokati minkejja l-fatt li possibilment dawn is-siġar ma jirkuprawx. Filwaqt li dawn is-siġar qed jiġu assessjati minn arborista u għaddejja l-ħidma biex dawn is-siġar jiġu mgħejjuna ibex jaqbdu, fil-każ li dawn is-siġar ma jirkuprawx, hemm diġa ftehim ma’ Din l-Art Ħelwa kif ukoll proposta maqbula, fejn kull siġra li possibilment se tiġi affetwata, tiġi mibdula b’siġra oħra matura.

Marsalforn – Tneħħija ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli għall-kura tas-siġar li nqalgħu mit-triq ta’ Marsalforn, inkluż it-tisqija?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex huwa responsabbli għall-kura, inkluż it-tisqija.

Marsalforn – Tneħħija ta’ siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f’liema stat ta’ saħħa jinsabu bħalissa s-siġar li nqalgħu mit-triq ta’ Marsalforn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-siġar, li huma maturi, qegħdin jissaqqew b’mod regolari sakemm jerġgħu jiksbu lura saħħithom peress li fl-istaġun tas-sajf dawn is-siġar ibatu bħal kwalunkwe siġra oħra.