Legislature:
Category:
Reset
Active:

Karozzi second hand u karozzi ġodda impurtati – Snin 2013 sa 2025

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati u reġistrati karozzi second hand mill-2013 sal-2025, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm ġew impurtati karozzi ġodda fl-istess perjodu u ċjoè; mill-2013 sal-2025, maqsuma sena b'sena?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Enemalta - Tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa lill-Enemalta t-tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-2024, fl-2025 u fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' wkoll taqsam dawn il-figuri bejn l-ispiża għax-xiri ta' cables flimkien mal-kwantità ta' tul ta' cables, l-ispiża għat-tqegħid u l-installazzjoni, u l-ispiża biex jinfetħu t-toroq u jerġgħu jiġu asfaltati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, bejn l-2023 sal-aħħar tal-2025, l-Enemalta għamlet investiment ta’ €140 miljun fit-tisħiħ tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku.

Enemalta – Audited accounts – Pubblikazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser jiġu ppubblikati l-audited accounts tal-Enemalta u dan peress li ilhom mill-2022 ma jiġu ppubblikati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-audited accounts tas-snin 2023 u 2024 waslu fi stadju finali u għandhom jiġu pubblikati fil-ġimgħat li ġejjin. Infurmata wkoll li l-audited accounts tal-2025 għandhom jiġu pubblikati lejn l-aħħar ta’ din is-sena.

Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot – Kundizzjonijiet/kriterji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 490 u 996 u jgħid liema sezzjonijiet, dipartimenti, direttorati, aġenziji jew entitajiet fis-Servizz Pubbliku u fis-Settur Pubbliku għandhom ħaddiema li jaħdmu b’mod remot, kemm hemm ħaddiema f’kull waħda minnhom, u x’inhuma l-kundizzjonijiet jew kriterji applikabbli biex ħaddiem ikun jista’ jaħdem b’mod remot?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

On the spot fines

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-riżultati miksuba mill-on the spot fines s’issa? Jista’ jgħid ukoll kemm persuni kienu mwaqqfa, imma mbagħad ma ġewx imwaħħla dawn il-multi?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat  li r-riżultati kienu tajbin minkejja li bħala Ministru dejjem nara li jkun hemm lok għal titjib. Il-persuni mwaqqfa għal xi kontravenzjoni kollha jingħataw multa.

Pulizija tal-Komunità – Servizz ta’ matul il-lejl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet is-servizz mogħti mill-Pulizija tal-Komunità qed jiżdied għal matul il-lejl? Jista’ jgħid ukoll meta hu mistenni li dan is-servizz jiżdied f’lokalitajiet oħra, u b’kemm, għal kull lokalità?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fil-preżent il-Pulizija tal-Kommunità qed taħdem bil-lejl fil-lokalità tas-Swieqi, b’dan beda jsir minn Ġunju li għadda. Fil-lokalitajiet oħrajn fosthom fil-kostitwenza tal-Onor. Interpellanta qed isiru patrols tal-pulizija minn taqsimiet oħra sa tard bil-lejl inkluż l-RIU li tkopri 24/7.

Operazzjonijiet ta’ total knee replacement – Lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il pazjent hemm fuq il-lista ta' stennija għal total knee replacement taħt kull wieħed mill-konsulenti ortopediċi fis-servizz pubbliku, skont l-aktar data reċenti disponibbli?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li sal-1 ta’ Lulju 2026 fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex kien hemm 504 pazjenti li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti.

BCA – Liġi Sussidjarja 623.06 – Kontravenzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1000 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 573, jista' l-Ministru jgħid il-kontravenzjonijiet imsemmija għal kemm jammontaw bħala flus, maqsuma separatament? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-flus tħallsu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li b’kollox dawn il-kontravenzjonijiet jammontaw għat-total ta’ €808,400, u li minnhom tħallsu €642,000, kif ġej: Sena 2022: Inħarġu b’kollox €62,350 u li minnhom tħallsu €30,500 Sena 2023: Inħarġu b’kollox €190,600 u li minnhom tħallsu €170,150 Sena 2024: Inħarġu b’kollox €273,950 u li minnhom tħallsu €244,950 Sena 2025: Inħarġu b’kollox €192,750 u li minnhom tħallsu €145,000 Sena 2026: Inħarġu sa’ issa €88,750 u li minnhom tħallsu €51,400

Qasam tas-Saħħa – Ingaġġi mas-settur pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1142 u jgħid kemm-il persuna ġiet ingaġġata mas-settur pubbliku fil-qasam tas-saħħa bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità tax-Xandir – Ilmenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 949 u jgħid kemm kien hemm ilmenti kontra x-xandara li nstemgħu mill-Awtorità tax-Xandir fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-ilmenti kienu minħabba allegat nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità?

Response (ABELA, ROBERT)

In-numri totali ta’ilmenti li daħħlu fil-konfront tal-istazzjonijiet lokali ta’radju u t-televizjoni huwa kif ninsab nfurmat kif ġej: Sena    Ilmenti 2023    45 2024    33 2025    12

Awtorità tax-Xandir – Akkużi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 948 u jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar xi ħaġa oħra għajr nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll x’kien is-suġġett ta’ dawn l-akkużi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’akkużi li daħħlu fil-konfront tal-istazzjonijiet lokali tar-radju u t-televizjoni u li għalihom nstabu ħatja huwa kif ninsab nfurmat kif ġej : Sena    Akkużi 2023    14 2024    15 2025    8

Awtorità tax-Xandir – Akkużi – Nuqqas ta’ bilanċ/parzjalità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 947 u jgħid kemm-il darba l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tax-Xandir ħarġet akkużi skont il-liġi kontra x-xandara fejn l-akkuża kienet dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità fis-snin 2023, 2024 u 2025, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li n-numru totali ta’akkużi maħruġa dwar nuqqas ta’ bilanċ jew parzjalità huwa kif ġej: SENA  Deċiżjoni 2023    Akkuża  waħda imma l-istazzjon involut ma nstabx ħati 2024    5 akkużi 2025    Ma nħarġux akkużi

Police Community Partnership Award

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti l-‘Police Community Partnership Award’? Jista’ jgħid ukoll: i.    meta twaqqaf dan l-award; ii.   min ħa dan l-award; u iii.  min jista’ jiġi nominat u kif?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Premju għas-Sħubija bejn il-Pulizija u l-Komunità ( Police/Community Partnership Award ) huwa waħda mill-kategoriji tal-unuri annwali tal-Korp tal-Pulizija ta’ Malta. Dan il-premju jingħata lil individwi, kunsilli lokali jew organizzazzjonijiet li jkunu wrew dedikazzjoni, kollaborazzjoni u appoġġ eċċezzjonali lejn il-Korp tal-Pulizija, b’mod partikolari fit-tisħiħ tal-inizjattivi tal-Pulizija fil-Komunità. Ninsab infurmat li dan il-premju twaqqaf fl-2024 u sal-lum ingħata lil dawn li ġejjin: 2024 1 post: FSWS (DAC/ACTS) 2 post: George Farrugia – membru tal-pubbliku li ta appoġġ sinifikanti lill-Pulizija fil-Komunità. 2025 Maria Regina College Network (NSSS) 2026 1 post: John Boxall – Sindku tal-Birgu 2 post: Luke Farrugia – Sindku tal-Marsa 3 post: Local Councils Association Ninsab infurmat ukoll, li għal dan il-premju jistgħu jiġu nnominati individwi, organizzazzjonijiet jew uffiċjali tal-Pulizija li jkunu spikkaw għax-xogħol u l-kontribut eċċezzjonali tagħhom favur il-komunità u l-Korp tal-Pulizija. In-nominazzjonijiet jistgħu jsiru mill-Pulizija fil-Komunità, mid-distretti tal-Pulizija lokali, kif ukoll minn membri tal-pubbliku, billi dawn jinfurmaw lill-amministrazzjoni tal-Korp permezz tal-mezzi uffiċjali jew lill-Pulizija fil-Komunità tal-lokalità tagħhom sabiex in-nomina tiġi rreġistrata. Kull sottomissjoni tiġi riveduta minn Bord tal-Għażla li jara li l-kriterji stabbiliti għal kull kategorija jintlaħqu, qabel ma jiġu ffinalizzati r-rebbieħa.

Il-Magħtab – Faċilità tal-Wasteserv – Ħsarat

Question

Tista’ l-Ministru tgħid xi ħsarat kien hemm/għad hemm fil-faċilità tal-Wasteserv fil-Magħtab, li skont l-operaturi tal-ġbir tal-iskart qed jitilfu ħafna ħin minħabba dawn il-ħsarat? Tista’ tgħid ukoll jekk il-ħsarat li kien hemm ġewx imsewwija?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li WasteServ wettqet xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq il-weighbridge ta’ Malta North bejn it-30 ta’ Ġunju u l-5 ta’ Lulju 2026. Sabiex jitnaqqas kull inkonvenjent u jiġi faċilitat il-fluss tal-vetturi, matul il-perjodu tax-xogħlijiet il-weighbridge operators taw assistenza addizzjonali lis-sewwieqa. Mis-6 ta’ Lulju 2026, il-weighbridge reġa’ beda jopera b’mod normali u kompletament awtomatizzat.

Bdiewa, raħħala u sajjieda – Ħsarat – Għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lill-bdiewa, raħħala u sajjieda għal ħsarat ikkawżati minn maltempati jew nixfa matul dawn l-aħħar 15-il sena, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella segwenti bl-informazzjoni dwar għajnuna li ngħatat lill-bdiewa u sajjieda għal ħsarat ikkawżati minn maltempati mis-sena 2020 meta kien twaqqaf il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli. Bdiewa/Raħħala/Sajjeda Sena 2020 Sena 2021 Sena 2022 Sena 2023 Sena 2024 Sena 2025 Sena 2026 Għajnuna Maltempati (bdiewa – Maltempata 2019 – Ħsarat fl-għelejjel u strutturali) €352,741.49 €1,217,763.85 / / / / / Għajnuna Nixfa / / / / / / / Skema ta' Kumpens biex tipprovdi għajnuna lis-sidien ta' vapuri rreġistrati fil-MFA / MFB li sofrew ħsarat mill-maltempata tal- 2019 €287,817.76 / / / / / /

Bdiewa/raħħala – Għajnuna mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern qed jgħin lill-bdiewa u r-raħħala biex jaddattaw għal perjodi ta’ nixfa li qed isiru dejjem aktar frekwenti?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan l-Ministeru li tiegħu jiena responabbli joffri diversi servizzi li permezz tagħhom jagħti appoġġ lill-bdiewa u r-raħħala ħalli jkunu jistgħu jaddattaw għal perjodi ta’ nixfa. Permezz tas-servizzi offruti mill-AgriConnect u l-AgriKonsulta, tingħata gwida teknika mfassla skont il-ħtiġijiet tal-bdiewa sabiex itejbu l-użu tal-ilma, isaħħu l-ħamrija u l-immaniġjar tagħha, jottimizzaw l-użu tal-fertilizzant u jtejbu l-ippjanar tal-produzzjoni agrikola. Dawn l-inizjattivi jikkontribwixxu biex tiżdied ir-reżiljenza, is-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-servizz agrikolu Malti fir-rigward tat-tibdil tal-klima. Apparti minn dan, waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-proposti l-ġodda tal-Politika Nazzjonali għall-Agrikoltura għall-perjodu 2027-2037 hija ‘Ir-Reżiljenza relatata mal-Ilma, l-Enerġija, il-Klima u l-Ambjent’. Il-proposta għandha l-għan li tippromwovi l-użu effiċjenti tal-ilma u l-enerġija, il-prattiki intelliġenti fil-klima, il-metodi ta’ tkabbir ekoloġiċi, it-telf tal-ikel u t-tnaqqis tal-iskart, l-użu mill-ġdid tal-prodotti sekondarji, u l-ġestjoni ambjentali integrata, l-allinjament tal-attivitajiet agrikoli mal-objettivi nazzjonali tal-adattament għall-klima u s-sostenibbiltà. L-Awtorita’ ta’ Ġestjoni, flimkien mal-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali (ARPA), permezz tal-iskemi li toħroġ, tagħti ċ-ċans lill-benefiċjarji jagħmlu investimenti fl-azjenda tagħhom li jgħinu fil-ħażna tal-ilma. Bħalissa, infatti, hemm sejħa għall-applikazzjonijiet għall- On-Farm Productive Investments, intervent taħt il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni. Dan l-intervent għandu l-għan li l-bdiewa jingħataw għajnuna finanzjarja biex, fost proġetti oħrajn, jibnu infrastruttura għall-ħażna tal-ilma fl-għelieqi tagħhom.

Infrastruttura tat-tisqija – Passi meħuda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex tittejjeb l-infrastruttura tat-tisqija, b’mod partikolari l-infrastruttura biex jintuża n-new water, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Konservazzjoni tal-ilma – Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-investiment li sar fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabelli segwenti li juru l-investiment li sar fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma matul dawn l-aħħar ħames snin. Iċ-ċifri li jidhru hawn taħt  jirrappreżentaw l-investiment eliġibbli relatat ma' infrastruttura ta' ħażna u konservazzjoni tal-ilma identifikata permezz tal-line items marbuta ma' riżervwarji ffinanzjat minn fondi Ewropej taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali u l-Pjan Strateġiku għall-Politika Agrikola Komuni. RDP Imħallas sal-lum Data tal-Bidu tal-Kuntratt Eliġibbli 50% (grant) 2022 €                                  55,084.75 €                   27,542.38 2023 €                              2,828,461.91 €              1,414,230.96 PAK Imħallas sal-lum Data tal-Bidu tal-Kuntratt Eliġibbli 50% (grant) 2024 €                                426,337.38 €           213,168.69 2025 €                                150,608.77 €             75,304.39 2026 €                                             - €                        -

Bdiewa u raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jagħti stampa demografika tal-bdiewa u raħħala full-time u part-time, inkluż l-età, il-lokalità u l-livell ta’ edukazzjoni? Jista’ jgħid ukoll x’qed isir biex dan is-settur jattira lejh aktar żgħażagħ?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni qed tinġabar.