Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sena skolastika 2025-2026 – Textbooks mhux disponibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li wasslu biex xi textbooks ma kinux disponibbli fil-bidu tas-sena skolastika li għaddiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentati 1694, ninsab infurmat li kien hemm xi dewmien fil-proċess ta’ akkwist u distribuzzjoni ta’ ċerti riżorsi edukattivi minħabba diversi fatturi operattivi u amministrattivi. Dawn kienu jinkludu kwistjonijiet relatati mal-proċess tat-tendering, bidliet fil-proċeduri ta’ provvista u distribuzzjoni, kif ukoll sfidi loġistiċi u ta’ stampar. Minkejja dawn id-dewmien, f’ċerti każijiet ir-riżorsi kienu diġà disponibbli f’format diġitali sabiex jiġi żgurat aċċess kontinwu għall-edukaturi u l-istudenti sakemm tlestew il-proċessi meħtieġa.

Sena skolastika 2025-2026 – Textbooks mhux disponibbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm textbooks li kienu għadhom mhux disponibbli fl-ewwel ġurnata tas-sena skolastika li għaddiet fl-iskejjel tal-Istat u f’liema suġġetti kien hemm l-akbar nuqqasijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li fil-bidu tas-sena skolastika kien hemm dewmien fil-wasla ta’ għadd limitat ta’ textbooks f’ċerti suġġetti u livelli edukattivi. Madankollu, il-kontenut u r-riżorsi relatati kienu disponibbli permezz ta’ pjattaformi diġitali u materjal edukattiv ieħor. Matul dan il-perjodu, l-għalliema u l-istudenti komplew bil-proċess tat-tagħlim billi għamlu użu minn kotba alternattivi, riżorsi online u għodod diġitali ta’ kwalità. Dan assigura li t-tagħlim seta’ jibqa’ għaddej b’mod regolari u mingħajr impatt sinifikanti fuq il-proċess edukattiv.

Maltempata Harry – Skema ta’ għajnuna għas-sajjieda Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1195 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel u jinforma lill-Kamra dwar l-iskema ta' għajnuna li kienet tħabbret għas-sajjieda Maltin b'rabta mal-ħsarat li ġarrbu fuq l-opri tal-baħar, kawża tal-Maltempata Harry?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L.S. 350.14 - PBS - Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1122 u jgħid min fil-PBS hu responsabbli li jinforza u/jew li jiġu infurzati sezzjonijiet 18 u 19 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L.S. 350.14 - PBS - Infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1121 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Servizz tal-eID – Ħsarat

Question

Fid-dawl tal-ħsara fis-servizz tal-e-ID li seħħet fl-14 ta’ Lulju 2026 u li affettwat l-aċċess għal diversi servizzi elettroniċi tal-Gvern, fosthom is-sit tal-MATSEC, myHealth u s-servizzi elettroniċi tal-Awtorità tal-Ippjanar, jista’ l-Prim Ministru jgħid: i.    x’kienet il-kawża teknika preċiża ta’ din il-ħsara; ii.   f’liema ħin bdiet il-ħsara u f’liema ħin is-servizzi kollha ġew kompletament għan-normal; iii.   liema siti, sistemi u servizzi pubbliċi ġew affettwati u kemm kien hemm individwi li ma setgħux jaċċessawhom; iv.   jekk id-data jew is-sigurtà tal-kontijiet ta' individwi ġewx affettwati jew esposti b’xi mod; v.    jekk kienx hemm sistemi ta’ riżerva, kontinwità operattiva jew disaster recovery fis-seħħ, u jekk iva, għaliex dawn ma ppermettewx li s-servizz jibqa’ disponibbli; vi.   jekk il-Gvern jew il-MITA kinux konxji minn xi problemi jew riskji fis-sistema qabel ma seħħet il-ħsara; vii.  x’miżuri ttieħdu jew se jittieħdu sabiex ħsara simili ma terġax isseħħ; viii.  jekk hux se ssir investigazzjoni interna jew indipendenti dwar dan l-inċident u jekk ir-riżultat tagħha hux se jiġi ppubblikat; u ix.   kemm huwa stmat li kienet l-ispiża ekonomika u amministrattiva ta’ din il-ħsara?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat kif ġej: i- L-inċident kien ikkawżat minn żieda eċċezzjonali u simultanja fid-domanda għas-servizz e-ID, li wasslet għal degradazzjoni temporanja tal-prestazzjoni tas-servizz u affettwat l-aċċess għal servizzi li jiddependu minn dan il-mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni. ii- L-impatt beda jiġi osservat matul il-ġurnata tal-14 ta' Lulju 2026. Il-MITA intervjeniet immedjatament u s-servizzi ġew stabbilizzati progressivament u rritornaw għal operat stabbli matul il-ġurnata. Il-monitoraġġ u l-verifiki komplew ukoll wara sabiex tiġi assigurata l-istabbiltà tas-servizzi. iii- L-impatt kien limitat għal servizzi li jużaw l-e-ID bħala mekkaniżmu ta' awtentikazzjoni. Fost dawn kien hemm diversi servizzi elettroniċi tal-Gvern u entitajiet pubbliċi li jiddependu fuq l-e-ID għall-aċċess tal-utenti. iv- Le. Dan ma kienx inċident ta' sigurtà ċibernetika iżda inċident relatat mad-disponibbiltà tas-servizz. Ma hemm l-ebda evidenza li tindika li d-data personali taċ-ċittadini, il-kontijiet tal-utenti jew kwalunkwe informazzjoni oħra ġiet aċċessata, kompromessa, esposta jew alterata bħala riżultat ta' dan l-inċident. L-integrità, il-kunfidenzjalità u s-sigurtà tad-data ma ġewx affettwati. v- Iva. Il-MITA tħaddem miżuri ta' reżiljenza, kontinwità operattiva u pjanijiet ta' rkupru għas-servizzi kritiċi tagħha. Madankollu, dawn il-miżuri huma maħsuba primarjament biex jindirizzaw xenarji bħal ħsara f'sistemi, infrastruttura jew komponenti tekniċi. F'dan il-każ, l-inċident kien relatat ma' żieda eċċezzjonali u simultanja fid-domanda għas-servizz e-ID u mhux ma' falliment tal-infrastruttura jew telf tas-servizz. Il-proċeduri operattivi meħtieġa ġew attivati immedjatament sabiex jiġi limitat l-impatt u s-servizzi jiġu stabbilizzati mill-aktar fis possibbli. vi- Bħal kull infrastruttura diġitali nazzjonali, il-MITA twettaq monitoraġġ kontinwu, valutazzjonijiet regolari tar-riskju u eżerċizzji ta' ppjanar tal-kapaċità sabiex tindirizza xenarji differenti ta' użu. Madankollu, il-mudell ta' domanda osservat matul dan l-inċident kien sostanzjalment differenti minn xejriet storiċi ta' użu osservati fis-snin preċedenti u għalhekk ma kienx rifless fid-data storika li normalment tintuża għall-finijiet ta' ppjanar u monitoraġġ. Għalhekk, filwaqt li l-ġestjoni tar-riskju u l-monitoraġġ kienu fis-seħħ, ma kien hemm l-ebda evidenza li kienet tindika minn qabel li kien ser iseħħ dan ix-xenarju partikolari. vii- Wara l-inċident, il-MITA wettqet reviżjoni teknika sabiex tidentifika l-miżuri meħtieġa biex tkompli ssaħħaħ il-kapaċità, il-monitoraġġ, il-ġestjoni tat-traffiku u r-reżiljenza tas-servizz. L-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri qed tiġi ppjanata u mwettqa bħala parti mill-proċess ta' titjib kontinwu. viii- Il-MITA wettqet l-analiżi teknika meħtieġa sabiex tidentifika l-kawża tal-inċident. Qed jitkompla l-proċess intern ta' dokumentazzjoni tal-inċident, inklużi l-lezzjonijiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet għal aktar titjib. Kwalunkwe informazzjoni li tkun tista' tiġi żvelata mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà tal-infrastruttura tkun ikkunsidrata skont il-proċeduri u l-obbligi applikabbli. ix- Fil-preżent ma ġewx identifikati l-ebda spejjeż diretti relatati mal-inċident. l-inċident ġie indirizzat permezz tal-intervent operattiv u tekniku tal-MITA. Kwalunkwe investiment addizzjonali li jista' jirriżulta mill-miżuri ta' titjib li qed jiġu kkunsidrati bħala parti mill-proċess ta' titjib kontinwu jkun jista' jiġi stmat biss wara li jiġu finalizzati l-analiżijiet tekniċi u l-għażliet ta' implimentazzjoni.

Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi - Kunsilli lokali - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1106 u jgħid kemm hemm xogħlijiet li ntalbu mill-kunsilli lokali minn Ġunju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità, u kemm ilhom li ntalbu, inkluż dawk li nbdew u dawk li għadhom ma tlestewx?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet li ntalbu mill-Kunsilli Lokali f’Għawdex minn Ġunju 2024 jammontaw għal 1,762. Minn dawn it-talbiet, 1,164 tlestew, filwaqt li 28 talba jinsabu f’fażi ta’ implimentazzjoni.

Fondi Ewropej - Enerġija rinnovabbli - Proġetti

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1036, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli ffinanzjati minn fondi Ewropej? Jekk iva, tista’ tgħid liema huma u fejn se jsiru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-preżent, il-proġett relatat mal-enerġija rinnovabbli li huwa ffinanzjat minn fondi Ewropej huwa l-Impjant għall-Ipproċessar tal-Iskart Organiku (Organic Processing Plant – OPP), li qed jiġi żviluppat fil-Kumpless ECOHIVE fil-Magħtab. L-impjant huwa maħsub biex jipproċessa skart organiku miġbur separatament minn djar u stabbilimenti kummerċjali madwar Malta u Għawdex, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli permezz tal-produzzjoni tal-bijogass.

Għawdex - Dwejra - Żona tal-Inland Sea

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1035 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u jgħid x’titjib huwa ppjanat li jsir fid-Dwejra f’Għawdex, b’mod partikolari fiż-żona tal-Inland Sea, fid-dawl tal-fatt li fis-Seduta tat-Tnejn 6 ta’ Lulju, 2026 intqal li d-diving se jkun wieħed min-niċeċ għat-turiżmu ta’ kwalità? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex ippjanat titjib fit-triq dilapidata li mill-pjazza twassal għall-Inland Sea, sabiex din iż-żona tkun aktar aċċessibbli u attraenti għall-għaddasa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, bejn Frar u Marzu 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet konsultazzjoni pubblika dwar id-‘Dwejra Protection and Management Regulations, 2026’. Kull intervent propost f’din iż-żona għandu jkun konformi mal-qafas regolatorju applikabbli u jrid isir b’konsultazzjoni mal-entitajiet kompetenti, fid-dawl tal-importanza ambjentali u ekoloġika tas-sit. Proposti għal titjib fiż-żona tad-Dwejra, inkluż fit-triq li mill-pjazza twassal għall-Inland Sea, għandhom jiġu kkunsidrati fil-qafas tad-Dwejra Management Committee u f’konsultazzjoni mal-entitajiet kompetenti. Kull intervent ikun suġġett għall-istudji tekniċi, għall-permessi regolatorji u għall-allokazzjoni tal-fondi meħtieġa.

Port tal-Imġarr – Multi marbuta ma’ veloċità eċċessiva

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1034, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il multa nħarġet wara solverjar u infurzar fil-Port tal-Imġarr, bis-sistemi msemmija fl-istess tweġiba, minn Jannar 2013 sa Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Parir legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intalabx jew inkisibx parir legali minn Identità, mill-Pulizija tal-Immigrazzjoni, mill-Avukat tal-Istat jew minn xi awtorità oħra dwar kif għandu jiġi trattat il-każ tad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia”? Jekk iva, jista’ jgħid meta ntalab dan il-parir u minn min?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Policy/guidelines eżistenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Identità, il-Pulizija tal-Immigrazzjoni jew xi awtorità oħra għandhomx policy, linji gwida jew istruzzjonijiet dwar kif għandhom jiġu trattati każijiet fejn humanoid robot, sistema ta’ intelliġenza artifiċjali jew entità mhux umana tiġi ppreżentata ma’ dokument ta’ identifikazzjoni jew vjaġġar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Proċedura amministrattiva applikata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema proċedura amministrattiva ġiet applikata mill-awtoritajiet Maltin fil-każ tad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia”, inkluż jekk dan ġiex trattat bħala persuna, oġġett, tagħmir, jew taħt xi kategorija oħra għall-finijiet ta’ kontrolli ta’ fruntiera, sigurtà jew immigrazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Passaport/Dokumenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” ġiex ippreżentat lill-awtoritajiet Maltin xi passaport, visa, permess jew dokument ieħor ta’ vjaġġar jew identifikazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x’tip ta’ dokument kien, minn liema Stat jew awtorità kien maħruġ, u jekk dan ġiex aċċettat jew irreġistrat mill-awtoritajiet Maltin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx rekord li l-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” daħal f’Malta jew ġie ppreżentat għal kontroll ta’ fruntiera f’Malta? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema data daħal, taħt liema kategorija ġie rreġistrat, u jekk ġiex ippreżentat xi dokument ta’ identifikazzjoni jew vjaġġar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Tlabt biex tinġabar l-informazzjoni.

Numru ta’ twelid

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' twelid skont l-età tal-omm, maqsuma fil-kategoriji ta' taħt l-20 sena, 20–24 sena, 25–29 sena, 30–34 sena, 35–39 sena, 40–44 sena u 45 sena jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Ommijiet li welldu l-ewwel tarbija – Età medja

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet l-età medja tal-omm meta welldet l-ewwel tarbija tagħha mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Live births

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm min-numru ta’ twelid ħaj (live births), it-twelid kien jirrigwarda l-ewwel tarbija, it-tieni tarbija, it-tielet tarbija u r-raba' tarbija jew aktar, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Live births

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru ta' twelid ħaj (live births) irreġistrat f'Malta mis-sena 2000 sal-aħħar ħin li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Total Fertility Rate

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'kienet ir-rata totali tal-fertilità (Total Fertility Rate), jiġifieri l-medja tan-numru ta' tfal li mara mistennija jkollha matul il-ħajja riproduttiva tagħha abbażi tar-rati ta' fertilità skont l-età f'dik is-sena, mis-sena 2000 sal-aħħar sena li għaliha hija disponibbli d-data, maqsuma sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-Mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.