Legislature:
Category:
Reset
Active:

Żoni turistiċi – Storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Impatt fuq ir-residenti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gvern wettaqx jew ikkummissjonax xi studju dwar l-impatt li l-istorbju eċċessiv, l-imġiba antisoċjali u d-diżordni f'żoni turistiċi qed ikollhom fuq il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa mentali u s-sens ta' sigurtà tar-residenti? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Gvern qed jieħu numru ta’ inizjattivi fir-rigward taż-żamma tal-ordni pubblika kif diġa ġie mħabbar fil-konsum pubbliku.

Żoni turistiċi – Storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Impatt fuq ir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx jew ikkummissjonax xi studju dwar l-impatt li l-istorbju eċċessiv, l-imġiba antisoċjali u d-diżordni f'żoni turistiċi qed ikollhom fuq il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa mentali u s-sens ta' sigurtà tar-residenti? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1757.

Żoni turistiċi – Storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Impatt fuq ir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern wettaqx jew ikkummissjonax xi studju dwar l-impatt li l-istorbju eċċessiv, l-imġiba antisoċjali u d-diżordni f'żoni turistiċi qed ikollhom fuq il-kwalità tal-ħajja, is-saħħa mentali u s-sens ta' sigurtà tar-residenti? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan l-istudju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant  li filwaqt illi m’hijiex il-mansjoni ta’ dan il-Ministeru illi jagħmel tali studji ninsab infurmat li l-Gvern diġà qed jieħu numru ta’ inizjattivi fir-rigward taż-żamma tal-ordni pubblika kif diġà ġie mħabbar fil-konsum pubbliku.

Akkomodazzjoni turistika – Każijiet ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Protokolli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema protokolli jeżistu bejn il-Pulizija, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra sabiex jiġu indirizzati każijiet ripetuti ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali relatati ma' akkomodazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jsaħħaħ dawn il-protokolli u jekk iva, kif?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Gvern qed jieħu numru ta’ inizjattivi fir-rigward taż-żamma tal-ordni pubblika kif diġa ġie mħabbar fil-konsum pubbliku.

Akkomodazzjoni turistika – Każijiet ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali – Protokolli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema protokolli jeżistu bejn il-Pulizija, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, il-Kunsilli Lokali u entitajiet oħra sabiex jiġu indirizzati każijiet ripetuti ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali relatati ma' akkomodazzjoni turistika? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jsaħħaħ dawn il-protokolli u jekk iva, kif?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija tikkoopera u tassisti lill-MTA, Kunsilli Lokali u kull entità li titlob l-assistenza tal-Pulizija meta jkun hemm nuqqas ta’ ottempranza mal-liġi.

Delimara – Impjant ta’ ġenerazzjoni ta’ emerġenza

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa l-impjant ta' ġenerazzjoni ta' emerġenza f'Delimara, kemm biex jinkera u kemm biex jopera, matul l-2025 u matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll għal kemm-il siegħa ntuża b'kollox kemm fl-2025 u kemm fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Generators temporanji

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm swew il-generators temporanji li qed jitqabbdu f'partijiet differenti tan-network tad-distribuzzjoni tal-elettriku, kemm biex jinkrew u kemm biex joperaw, matul l-2025 u matul l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid ukoll għal kemm-il siegħa ntużaw b'kollox kemm fl-2025 u kemm fl-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Rapport “The Impact of the Film Industry in Malta” – Verifika/reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rapport “The Impact of the Film Industry in Malta” (Marzu 2026) ġiex sottomess għal xi forma ta' verifika jew reviżjoni minn parti terza indipendenti qabel ma tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, u jekk le, għaliex?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Il-Wardija – Skola Dun Manwel Attard – Studenti ġodda

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 508 rigward studenti ġodda fl-iskola Dun Manwel Attard fil-Wardija għas-sena skolastika 2026-2027, jista' l-Ministru jgħid kemm se jkun hemm studenti fl-ewwel sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li se jkun hemm 11-il student ġdid li se jidħlu l-iskola tal-Wardija fis-sena skolastika 2026-2027. Qed inpoġġi stqarrija numru 261026 maħruġa f'dan ir-rigward fuq il-mejda tal-Kamra.

Birkirkara – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Birkirkara sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Birkirkara ser isir xogħol ta’ asfalt fuq il-wiċċ ta’ Triq Mannarinu, li tagħmel parti minn Fleur De Lys, liema xogħol mistenni jkun lest fix-xhur li ġejjien.

Gwardamanġa – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f’Gwardamanġa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Gwardamanġa/Pieta’ ser isir xogħol infrastrutturali fi Triq Blackley u parti minn Triq San Lawrenz. Ix-xogħol fi Triq P. Xuereb mistenni jkun lest fl-ewwel xhur tal-2027.

Il-Marsa – Xogħlijiet fit-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru fil-Marsa sal-aħħar ta' din is-sena? Jista’ jgħid ukoll meta se jibdew dawn ix-xogħlijiet, kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-Marsa ser isir xogħol infrastrutturali f’parti minn Triq l-Irħam u Triq Azzopardi li mistenni jkunu lest sa ftit xhur oħra.

Servizzi tas-saħħa mentali – Pazjenti – Sena 2025

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm pazjenti li użaw is-servizzi tas-saħħa mentali fl-2025? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema servizzi tas-saħħa mentali qed tirreferi.

L-industrija tal-films – Kalkolu tal-Kontribut ekonomiku

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi l-metodoloġija sħiħa u d-data bażika (raw data) użata biex jasal għaċ-ċifra ta' €1.5 biljun bħala kontribut ekonomiku "value added" tal-industrija tal-films, inkluż liema assunzjonijiet speċifiċi ntużaw fil-mudell użat?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films – Strateġija dwar Taħriġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi strateġija formali, approvata mill-Kabinett jew mill-Ministeru, biex jissaħħu t-taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet tekniċi fost il-crew Malti fl-industrija tal-films, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films - produzzjonijiet internazzjonali ffilmjati f’Malta

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista tal-produzzjonijiet internazzjonali kollha ffilmjati f'Malta fl-aħħar ħames snin, flimkien mal-valur tar-rebate mħallas lil kull produzzjoni individwali?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

L-industrija tal-films – Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm Maltin u Għawdxin huma attwalment impjegati, direttament jew indirettament, fl-industrija tal-films f'Malta, u kemm minn dawn l-impjiegi huma full-time equivalent, skont l-aħħar data uffiċjali verifikata?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Akkomodazzjoni turistika – Liċenzji sospiżi/revokati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew sospiżi jew irrevokati liċenzji ta' akkomodazzjoni turistika minħabba ksur tar-regoli jew rapporti ripetuti ta' storbju, imġiba antisoċjali jew problemi relatati mal-ordni pubblika matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet kienu jinsabu dawn il-proprjetajiet?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Sena skolastika 2026-2027 – Textbooks

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta beda l-proċess ta’ akkwist u distribuzzjoni tat-textbooks għas-sena skolastika 2026–2027 u jekk hemmx skeda pubblika ta’ milestones biex jiġi żgurat li kollox jasal fil-ħin?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-proċess tal-akkwist u d-distribuzzjoni tat-textbooks għas-sena skolastika ta’ wara jibda immedjatament wara li tintemm is-sena skolastika preċedenti. Fl-ewwel fażi, l-uffiċjali edukattivi u l-iskejjel jidentifikaw il-kotba u l-kwantitajiet meħtieġa għas-sena skolastika li tkun ġejja. F’ċerti suġġetti, l-iskejjel għandhom ukoll l-opportunità jagħżlu l-iskema ta’ kotba li jixtiequ jużaw minn lista approvata, filwaqt li jistgħu jipproponu wkoll skemi ġodda biex jiġu kkunsidrati. Din il-fażi ssir b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li l-għażla tal-kotba tirrifletti l-ħtiġijiet edukattivi tal-iskejjel. Wara, jitħejjew id-dokumenti tat-tender, li jinkludu verifiki tekniċi u amministrattivi, fosthom il-konferma tal-ISBNs, il-validità tagħhom u li qed jiġu akkwistati l-edizzjonijiet korretti u l-aktar aġġornati tal-kotba. Ladarba d-dokumentazzjoni tkun lesta u tgħaddi mill-verifiki u l-approvazzjonijiet meħtieġa mid-Direttorati u d-Dipartimenti kompetenti, inklużi l-Procurement Unit tal-Ministeru u d-Dipartiment tal-Kuntratti, it-tender jiġi ppubblikat. Minn hemm jibda l-perjodu għas-sottomissjoni tal-offerti, waqt li jingħataw ukoll il-kjarifiki meħtieġa lill-operaturi ekonomiċi fejn ikun il-każ. Wara l-għeluq tas-sejħa, issir l-evalwazzjoni tal-offerti skont il-proċeduri stabbiliti, sabiex jiġi żgurat li l-proċess ikun trasparenti, ġust u effiċjenti. L-aħħar fażi hija d-distribuzzjoni tal-kotba lill-iskejjel, li titwettaq permezz ta’ pjan koordinat sabiex il-kotba jaslu fil-ħin għall-bidu tas-sena skolastika.

Sena skolastika 2026-2027 – Kotba

Question

Jista’ l-Ministru jserraħ ras l-edukaturi u l-ġenituri li l-proċess ta’ ordni, stampar u distribuzzjoni tal-kotba se jkun komplut qabel il-ftuħ tal-iskejjel għas-sena skolastika 2026 – 2027?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-proċess għas-sottomissjoni tal-offerti mill-fornituri għall-kotba tal-Lingwi, is-suġġetti tal-Humanities, il-Matematika, is-suġġetti STEM u l-VET jagħlaq matul din il-ġimgħa. Minnufih wara tibda l-evalwazzjoni tal-offerti, flimkien mal-laqgħat meħtieġa bħala parti mill-proċess ta’ evalwazzjoni. Infurmat li L-intenzjoni hija li dan il-proċess jitlesta fil-ħin sabiex il-kotba jkunu jistgħu jiġu akkwistati u mqassma qabel il-ftuħ tas-sena skolastika. Infurmat li Fir-rigward tat-tender għall-kotba tal-Malti bħala Lingwa Barranija, infurmat li l-proċess ġie konkluż u jinsab lest.