Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema nisa, irġiel jew ta’ ġeneru ieħor minn Skala 1 sa Skala 4 li bħalissa jaħdmu fis-servizz ċivili, maqsuma skont l-iskala?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet pubbliċi fejn hemm waiting list għal irmiġġi u kemm hemm persuni jistennew għal kull lokalità?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx intenzjoni li tkun riveduta s-sistema preżenti tal-ħruġ tal-permessi għal taxis u Y-plates
sabiex ikun assigurat aktar bilanċ u sostenibbiltà fis-settur tat-trasport privat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalma diġa’ esprimejt fil-pubbliku, dan il-Gvern jemmen bis-sħiħ fil-politika tiegħu favur mezzi alternattivi ta’ mobbiltà. Is-settur tat-taxis u l-Y-plates huwa wieħed minn dawn il-pilastri kruċjali, u r-riforma li qiegħda ssir fis-settur turi kemm dan il-Gvern jemmen f’dawn is-servizzi.
Il-Ministeru u l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ser ikomplu jsegwu l-progress li qed jagħmel is-settur u ser jibqaw jikkonsultaw ma’ dawk fis-settur li għandhom rieda tajba, u li verament jixtiequ jaraw progress, kif ukoll bl-użu tad-data disponibbli u biex dan is-settur dejjem jibqa’ jitjieb b’mod proporzjonat u trasparenti.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu d-dħul tal-Gvern minn applikazzjonijiet, miżati annwali, u mit-tiġdid ta’ permessi relatati ma’ taxis u Y-plates?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2025, id-dħul totali minn applikazzjonijiet, miżati annwali u tiġdid ta’ permessi relatati mat-taxis u mal-Y-plates kien jammonta għal €859,725.
Taxis u Y-plates – lista ta’ stennija għall-permess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx waiting list jew capping fuq in-numru ta’ permessi li jistgħu jinħarġu għal taxis u Y-plates?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ vetturi White Taxi awtorizzati huwa fiss skont ir-regolamenti applikabbli, filwaqt li għall-Y plates, il-premessi jinħarġu skont il-Leġislazzjoni Sussidjarja Nru. 499.68 tal-4 ta’ Settembru 2020, u minn jissodisfa dawn il-kriterji jingħata permess, wara l-evalwazzjoni neċessarja minn Transport Malta.
Trattament għall-Glaucoma - Trasferiment ta’ pazjenti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’se jsir minn pazjenti residenti r-Rabat li qabel kienu jinqdew fil-Klinika tal-Mosta għall-qtar tal-glaucoma u issa ġew trasferiti għall-Klinika tar-Rabat, fejn ġew infurmati li dan it-trattament ma jistax isir minħabba li l-Klinika l-ġdida tar-Rabat għadha mhijiex topera? Jista’ jgħid ukoll kemm dawn il-pazjenti mistennija jistennew għal appuntament ġdid u x’arranġamenti se jsiru sabiex ikomplu jirċievu t-trattament meħtieġ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-pazjenti li jeħtieġu kura għall-glawkoma jiġu eżaminati minn tabib, li wara valutazzjoni klinika joħroġ il-preskrizzjoni meħtieġa. Il-qtar preskritti jinħarġu permezz tal-iskema
Pharmacy of Your Choice
(POYC).
Ninsab infurmat li qatt ma ngħataw qtar għall-glawkoma fit-teatru taċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u dan lanqas fir-Rabat. L-uniċi qtar li jingħataw huma dawk meħtieġa sabiex tiġi dilatata l-pupilla, li jintużaw waqt l-eżaminazzjoni. Dawn għadhom jingħataw fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta matul l-eżami ta’ rutina għall-glawkoma.
Tista’ l-Ministru tassigura li l-ebda siġra li bħalissa tinsab fil-Ġnien Mark Farrugia, f’Ħal Tarxien, mhi se tinqala’ bħala parti mix-xogħlijiet li se jsiru minn Project Green f’dan il-ġnien?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li, skont il-pjanti tal-proġett, mhux se jitneħħew siġar maturi b’saħħithom li jinsabu fi Ġnien Mark Farrugia, f’Ħal Tarxien. Madankollu, ser jitneħħew speċi invażivi li qed jikkawżaw ħsara lill-ambjent naturali u lill-bijodiversità tas-sit, bħala parti minn interventi mmirati biex jittejjeb il-valur ekoloġiku tal-ġnien. Dawn ix-xogħlijiet jaqgħu taħt il-permess EP 1344/23 maħruġ mill-ERA fid-9 ta’ Lulju, 2024, li jawtorizza interventi speċifiċi fuq siġar f'diversi siti, inkluż it-tneħħija ta' siġar ta’ speċi invażivi, t-tneħħija ta’ siġar protetti mejtin u żbir ta' manutenzjoni ta' siġar protetti.
Tista' l-Ministru tgħid x’xogħol hu ppjanat li jsir fi Ġnien Mark Farrugia f'Ħal Tarxien? Tista' tipprovdi pjanti u/jew viżwali li juru kif se jiġi l-ġnien b'dan ix-xogħol?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għar-riġenerazzjoni ta’ Ġnien Mark Farrugia, f'Ħal Tarxien, ġie ddisinjat b’mod li jimmassimizza l-ispazju aħdar filwaqt li jimminimizza l-użu ta’ hard landscaping. L-interventi se jinkludu t-tħawwil ta’ aktar siġar u pjanti, l-installazzjoni ta’ bankijiet u faċilitajiet għall-pikniks, sabiex jinħoloq spazju pubbliku aktar attraenti, aċċessibbli u adattat għall-familji. Bħalma jsir fi proġetti oħrajn ta’ riġenerazzjoni, x-xogħlijiet qed jitwettqu f’fażijiet biex jiġi żgurat li kull intervent jitlesta skont l-istandards stabbiliti. Qed inpoġġi pjanta tal-proġett fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ismijiet tal-koperattivi kollha rreġistrati bħalissa f’Malta?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra lista tal-koperattivi attivi (i.e. li mhumiex fi stat ta' xoljiment jew stralċjati) kollha li huma rreġistrati f’Malta.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jiġu rranġati l-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Meditterane Film Festival 2025 – Tender għall-organizzazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid id-data eżatta li fiha ġie ffirmat jew mogħti t-tender għall-organizzazzjoni tal-edizzjoni tal-2025 tal-Mediterrane Film Festival, meta mqabbla mad-data tal-avveniment innifsu?
Mediterrane Film Festivals 2025 u 2026 – Rendikont tal-ispiża
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi rendikont sħiħ u dettaljat tal-ispiża tal-edizzjonijiet tal-2025 u l-2026 tal-Mediterrane Film Festival, maqsum item b'item, inkluż kull kuntratt individwali u l-valur tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie allokat b'kollox mill-fondi pubbliċi bħala rebates lil produzzjonijiet barranin iffilmjati f’Malta fl-aħħar ħames snin, u kemm minn dan l-ammont mar għand kumpaniji rreġistrati barra minn Malta?
L-industrija tal-films – Skema ta’ rebates – Analiżi komparattiva
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi analiżi komparattiva, f'termini ta' rata u kundizzjonijiet, bejn l-iskema tar-rebates fl-industrija tal-films f'Malta, u skemi simili offruti minn pajjiżi kompetituri fil-Mediterran u fl-Ewropa?