Legislature:
Category:
Reset
Active:

Teatri – Opri – Baġit allokat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta?  Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex jaħdem dejjem b’mod kontinwu u mill-qrib maż-żewġ teatri ewlenin f’Għawdex, u jassisti permezz ta’ fondi mhux biss għall-produzzjonijiet operistiċi, iżda wkoll għal inizjattivi u avvenimenti kulturali oħrajn matul is-sena. Fir-rigward tal-opri, dawn diġà jaqgħu taħt l-iskema The Gozo Cultural Support Programme, li permezz tagħha l-benefiċjarji jingħataw appoġġ finanzjarju ta’ €80,000 kull sena għal perjodu ta’ tliet snin. Barra minn hekk, matul is-sena, it-teatri jistgħu japplikaw ukoll għal diversi avvenimenti u inizjattivi oħrajn taħt il-Cultural Fund Scheme, fejn l-għajnuna finanzjarja tingħata skont it-talbiet imressqa u skont il-kriterji applikabbli tal-iskema.

Għawdex – Trasport bil-baħar tan-nar pirotekniku – Miżuri t’għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern sabiex jindirizza ż-żieda sostanzjali fl-ispejjeż tat-trasport bil-baħar tan-nar pirotekniku lejn Għawdex u x'miżuri konkreti t'għajnuna, inkluż dik finanzjarja, qed jikkunsidra li jieħu l-Gvern, jekk dejjem huwa l-każ, sabiex itaffi dawn l-ispejjeż u jassigura li t-tradizzjonijiet tal-festi f'Għawdex ma jkunux kompromessi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Iż-Żebbuġ, Għawdex – Triq Għajn Mhelhel – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibdew ix-xogħlijiet fi Triq Għajn Mhelhel fiż-Żebbuġ, Għawdex u jispeċifika timeframes ta' meta se jitlestew?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ingħatat fil-mistoqsija parlamentari b’numru 1293.

Strateġija Nazzjonali kontra l-faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-faqar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment nirreferi lill-Onor. Interpellant, ġħall Istrateġija Nazzjonali għal Aktar Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025–2035 li tistabbilixxi l-viżjoni u l-prijoritajiet tal-Gvern sabiex ikompli jnaqqas il-faqar u l-esklużjoni soċjali u jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja, b’mod partikolari ta’ persuni u familji vulnerabbli.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Ministeru għat-Turiżmu – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.

Ministeru għall-Finanzi – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 726.

Ċirkewwa Marine Park – Kiri ta’ mobile clinic u mobile office – Spiża

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm qed jiswa l-kiri ta' servizz ta' mobile clinic u ta' mobile office għall-Park taċ-Ċirkewwa lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) jew indirettament lill-management taċ-Ċirkewwa Marine Park kull sena billi jagħti rendikont tal-ispejjeż assoċjati / ivvutati għal dawn?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Awtoritajiet, entitajiet u kumpaniji tal-Gvern – Bordijiet – Perċentwal ta’ nisa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhu l-perċentwal ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-awtoritajiet, entitajiet u kumpaniji tal-Gvern?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Differenza fil-pagi bejn il-ġeneri – Miżuri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu sabiex titnaqqas id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li permezz tal-Implimentazzjoni ta’ LN 173/202 idaħħlu l-Equal Pay(Transparency and Reporting) Regulations 2026  il-Gvern kien attiv biex jassigura li titnaqqas jew addiritura tiġi eliminata tali differenza.

Is-Settur Pubbliku u s-settur privat – Pagi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika x’inhuma l-aħħar statistiċi dwar id-differenza fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fis-settur pubbliku u dak privat?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellanta għar-rapport tal-Eurostat li ħareġ fi Frar li għadha fejn jirriżulta li Malta għandha fost lanqas rata ta' diskrepanza fil-pagi skont il-ġeneru fl-Unjoni Ewropea fejn qed inpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.Dan jinsab ukoll fid-dominju pubbliku : https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/sdg_05_20/default/table?lang=en&category=eq.eq_labour_earn.eq_gpgr