Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1041 fl-intier tagħha u jgħid, għal kull installazzjoni tal-pannelli solari installati fuq entitajiet kulturali, mużewijiet u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, x’inhu d-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġew installati, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-ħames binjiet hemm total ta’ 886 pannella li bejniethom iġġeneraw total ta’ 560,195.47 kWh ta’ enerġija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1040 fl-intier tagħha u jgħid, għal kull installazzjoni tal-pannelli solari installati fuq skejjel u binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, x’inhu d-daqs ta' kull installazzjoni, meta ġew installati, u kemm iġġenerat kWhr ta' enerġija kull installazzjoni, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-total tal-kapaċità tal-installazzjonijiet fotovoltajċi huwa ta’
748.05 kWp
, filwaqt li hemm installazzjoni oħra li hija mkejla skont il-wiċċ tagħha u tkopri
134.6 m²
filwaqt li t-total tal-enerġija ġġenerata mill-installazzjonijiet li għalihom hija disponibbli d-data huwa ta’
254,815.579 kWh
.
Sptar Mater Dei – Proġett ta’ estensjoni – Finanzjament ta’ fondi Ewropej
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1038 u jgħid jekk il-finanzjament ta’ fondi Ewropej mill-proġett tal-estensjoni tal-Isptar Mater Dei tneħħiex sabiex tinħareġ direct order ta’ €120 miljun? Jekk iva, jista’ jgħid:
i. għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni,
ii. x’ser jiġri minn dawn il-fondi, u
iii. jekk dawn il-fondi hux ser jintilfu jew jekk ġewx ridirezzjonati f’xi proġett ieħor, u jekk iva, f’liema proġett?
Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-fondi Ewropej li oriġinarjament kienu ppjanati sabiex jikkonfinanzjaw l-Estensjoni tal-Emerġenza fl-isptar ġew allokati fuq proġetti infrastrutturali oħra.
Djar tal-anzjani – Lista ta’ stennija – Anzjani fil-komunità
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1015 u jgħid kemm hemm anzjani fil-komunità jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi peress li l-lista ta’ stennija hija dinamika u l-prijoritajiet jinbidlu skont il-kundizzjoni tal-applikanti, mhuwiex possibbli li tingħata figura statika li tirrifletti b’mod preċiż kemm hemm anzjani fil-komunità jistennew biex jidħlu f’dar tal-anzjani.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendent relatati mal-pensjonijiet, maqsuma skont it-tip ta’ pensjoni, u x’inhu l-ħin medju ta’ stennija biex jiġu deċiżi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija miġbura fit-tabella t’hawn taħt. Il-perjodu ta’ applikazzjonijiet ikopri minn Jannar 2026 sa Lulju 2026.
Xorta ta’ Pensjoni
Total ta’ Applikazzjonijiet
Applikazzjonijiet Pendenti
Applikazzjonijiet Imħallsa
Applikazzjonijiet Miċħuda
Irtirar
2,296
208
2,018
70
Invalidita’
172
75
65
32
Romol
868
232
565
71
Pensjoni tal-Età
163
28
102
33
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna għamlet użu mill-krediti tal-kontribuzzjonijiet minħabba trobbija tat-tfal jew caregiving matul l-aħħar ħames snin?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment
ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) biex tassigura li l-ikel li jingħata lir-residenti fid-djar tal-anzjani u fl-isptarijiet jitjieb, ikun aktar nutrijenti u adattat għad-dieta lil kull anzjan u anzjana?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) hi nkarigata mill-ikel li jingħata fid-djar tal-anzjani, inkluż f’San Vinċenz de Paule, u mhux fi sptarijiet. Mad-dħul tar-resident fid-dar tal-anzjani, l-Awtorità tassigura li l-maniġment u l-istaff jagħmlu valutazzjoni nutrizzjonali li tiġi reveduta skont il-bżonn.
Carers li jaħdmu mal-anzjani – Għarfien bażiku tal-lingwa Maltija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 891, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk it-taħriġ li jieħdu l-carers fil-lingwa Maltija huwiex rekwiżit biex carer jiġi ngaġġat?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-istandards Regolatori maħruġa mill-Awtorità tal-Istandards għall-Persuni Anzjani (OPSA) jesiġu li l-istaff li jaħdmu fid-djar tal-anzjani jkollhom taħriġ fil-lingwa Maltija, liema Standard jinsab fir-‘Residential Services for Senior Citizens’ taħt is-sezzjoni ‘Training for Staff’. Għaldaqstant l-Awtorità tivverifika li dan it-taħriġ ikun qed jingħata la darba jkunu ngaġġati.
L-Imtarfa - Dar tal-Anzjani - Xogħol ta’ rinnovazzjoni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 888 u jgħid fiex wasal ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll kemm ser jiġi jiswa b’kollox dan ix-xogħol?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħol ta’ rinnovazzjoni fid-Dar tal-Anzjani fl-Mtarfa jinsab fl-ewwel fażi tiegħu. In-nefqa tal-ispejjeż tkun tista’ tingħata meta jitlesta x-xogħol ta’ rinovazzjoni.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 114 u 556 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni impjegati fl-isptarijiet differenti tal-Gvern, u jaqsam din l-informazzjoni skont il-kategoriji ta’ impjiegi stabbiliti għas-servizzi varji li huma meħtieġa f’kull livell? F’kull kategorija ta’ impjieg, jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Maltin u kemm huma ta’ nazzjonalità mhux Maltija?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 514 u jgħid kif jiġu stabbiliti s-swimming zones? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-proċedura biex bajja tiġi inkluża bħala swimming zone?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żoni tal-għawm jiġu stabbiliti wara talbiet li jistgħu jitressqu minn entitajiet bħall kunsilli lokali, entitajiet kummerċjali jew mill-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jara li jieħu l-passi neċessarji biex il-ħsarat fis-supply tal-elettriku fil-pillars tal-moll tal-Veċċja jiġu msewwija, biex jiġu evitati problemi u diffikultajiet għal dawk li jagħmlu użu minnhom f’dawn l-inħawi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li wara l-interventi ta’ tiftix ta’ ħsarat li saru riċentament fis-sit tal-Veċċja, ġie identifikat wieħed mill-pilastri tas-servizz tal-utilità bħala s-sors tal-ħsara elettrika rikorrenti. Il-pilastru kien sofra ħsara interna estensiva minħabba komponenti elettriċi maħruqa u għalhekk ġie iżolat u skonnettjat biex tiġi restawrata l-provvista tal-elettriku b’mod sikur.
Bħalissa, il-moll għandu provvista tal-elettriku permezz ta’ sitt pilastri tas-servizz tal-utilità operattivi. Il-pilastru difettuż ġie skonnettjat u jibqa’ barra mis-servizz sakemm jiġi sostitwit.
Il-programm ta’ sostituzzjoni għall-pilastri tas-servizz tal-utilità issa beda. Bħalissa qed jinbnew il-pilastri l-ġodda, u wara dan tibda l-installazzjoni fuq is-sit. Sakemm ma jkunx hemm problemi mhux previsti, nistennew li l-ħames pilastri l-ġodda kollha jiġu installati u kkummissjonati fix-xahar id-dieħel.
Fl-istess waqt, qed jitwettqu għadd ta’ titjibiet sabiex jissaħħu l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-manutenzjoni tal-infrastruttura elettrika fis-sit tal-Veċċja, inklużi s-separazzjoni tal-provvisti tal-elettriku, titjib fil-
main distribution board
, tiswija tal-bieb tal-aċċess, l-installazzjoni ta’
protective cable guards
, kif ukoll l-akkwist ta’ spare parts addizzjonali.
Dawn x-xogħolijiet u t-titjibiet mistennija jtejbu b’mod sinifikanti l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-faċilità tal-manutenzjoni tal-infrastruttura elettrika fis-sit tal-Veċċja.
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Xogħlijiet pendenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema xogħlijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi għadhom pendenti? Tista’ wkoll tipprovdi lista tax-xogħlijiet, proġetti u funzjonijiet kollha li bħalissa għadhom amministrati jew implimentati minn dan il-Ministeru?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Il-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi kontinwament jimplimenta u jissorvelja firxa ta' xogħlijiet, proġetti u inizjattivi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltajiet tiegħu, skont il-prijoritajiet tal-Gvern, il-programm ta' ħidma approvat u d-disponibbiltà tar-riżorsi.
Bħalissa għaddejjin diversi proġetti f'diversi stadji ta' ppjanar, akkwist, implimentazzjoni u tlestija. Għaldaqstant, il-kunċett ta' xogħlijiet "pendenti" huwa wieħed dinamiku, peress li proġetti ġodda jinbdew filwaqt li oħrajn jitlestew jew javvanzaw skont il-pjanijiet ta' implimentazzjoni.
Il-Ministeru jibqa' responsabbli mill-funzjonijiet u l-proġetti li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inklużi dawk relatati mal-Gvern Lokali, Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni u max-xogħlijiet pubbliċi u jkompli jwettaq dawn ir-responsabbiltajiet permezz tad-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet kompetenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-eżami tal-Matematika tal-Year 5, il-mistoqsijiet tal-problemi kinux kollha ta’ dan il-livell? Jekk le, jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għal dan?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li biex jiġi żgurat li t-tfassil tal-karti tal-eżamijiet jibqa’ jissaħħaħ, se ssir analiżi nazzjonali bir‑reqqa tal‑karti tal‑eżami tal-Ħames Sena ta’ din is-sena.
Fl-istess ħin ninsab infurmat ukoll mit-tekniċi li l‑karta tal‑Matematika tal‑Ħames Sena ġiet imfassla skont is‑sillabu tal‑Ħames Sena fejn id-d‑disinn u t‑tip ta’ mistoqsijiet baqgħu konsistenti mas‑snin preċedenti, b’mistoqsijiet fuq tliet temi ewlenin.
· Għarfien, li jevalwa l‑fehim bażiku u l‑memorja (knowledge‑based questions) (25 – 30%)
· Applikazzjoni, fejn l‑istudenti japplikaw dak li jkunu tgħallmu f’kuntesti familjari (45 – 50%)
· Raġunar, li jippermetti lill‑istudenti jispjegaw, jiġġustifikaw u jaħsbu b’mod aktar fil‑fond (20 – 25%)
Marka waħda tqieset bħala mhux strettament fi ħdan is‑sillabu tal‑Ħames Sena. Speċifikament, Learning Outcome 2bi (“Round the number 8.64 to the nearest tenth”). Għaldaqstant, l‑istudenti kollha ġew ikkumpensati għal din il‑marka.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 649 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u jgħid kemm kien hemm persuni li weħlu multi fuq ħmieġ tal-annimali, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tabella t’hawn taħt:
PQ 1124 -Persuni li weħlu multa fuq ħmieġ tal-annimali
Lokalita
2024
2025
2026
Birkirkara
1
Gharghur
1
1
Kirkop
1
Marsascala
2
Naxxar
1
1
Pembroke
1
San Pawl il-Bahar
2
1
Swieqi
1
Tarxien
1
Zabbar
1
Zejtun
1
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 649 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u tgħid kemm kien hemm persuni li weħlu multi fuq ħmieġ tal-annimali, maqsuma lokalità b’lokalità?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 638 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali u jgħid x’inhu l-istat attwali tal-Kappella ta’ San Oswald fl-Imtarfa? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi pjanijiet biex din tiġi restawrata?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet mhuwiex responsabbli mis-sit u għaldaqstant ma jistax jipprovdi l-informazzjoni mitluba.
Il-Belt Valletta u l-Imġarr, Għawdex – Terminals tal-fast ferry
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 450 u jgħid meta huwa ppjanat illi jitlesta t-terminal tal-fast ferry fil-Belt Valletta u kif wkoll jindika jekk hemmx pjanijiet sabiex isir l-investiment neċessarju fit-terminal tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari 1448.
Fir-rigward tat-Terminal 1 tal-fast ferry fl-Imġarr, Għawdex, ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet relatati mal-pedamenti għall-kolonni tal-canopies il-ġodda. Minħabba l-influss sostanzjali ta’ persuni li jkun hemm fl-Imġarr matul il-ġimgħa tal-festa ta’ Santa Marija, ix-xogħlijiet se jiġu temporanjament sospiżi matul dan il-perjodu u sussegwentement jitkomplew bil-għan li jitlestew sa Settembru 2026.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il seduta pproċessaw l-uffiċċju tal-Qorti tal-Pulizija f'Għawdex fis-sena 2025 u kemm-il seduta pproċessaw din is-sena sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll kemm hemm pulizija jaħdmu ġewwa l-imsemmi uffiċċju, jekk humiex full-time jew part-time u x'inhu x-xogħol ta' kull pulizija fl-istess uffiċċju?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li ttellgħet jew li għadhom se jittellgħu fit-Teatru Manoel u teatri oħrajn f'Malta? Jista' jgħid ukoll kemm hu l-baġit allokat għal din is-sena għal kull opra individwali li saru jew li għadhom iridu jsiru ġewwa t-teatri f'Għawdex?