Produzzjonijiet tal-films Maltin indiġeni – Skemi ta’ appoġġ/finanzjament
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew allokati fondi, speċifikament għal skemi ta' appoġġ jew finanzjament ta' produzzjonijiet tal-films Maltin indiġeni, fl-aħħar ħames snin, meta mqabbel mal-infiq totali fuq avvenimenti promozzjonali u marketing?
Wasteserv - Makkinarju u tagħmir - Dewmien fil-ħatt tal-iskart domestiku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx xi ħsarat jew diffikultajiet fil-makkinarju u t-tagħmir tal-faċilitajiet tal-Wasteserv li fihom jitwaddab l-iskart domestiku li qed iwassal għal dewmien biex jinħatt l-iskart bil-konsegwenza li qed ikun hemm dewmien fil-ġbir? Jekk iva, x’inhuma dawn il ħsarat u kemm ilhom?
Response (DALLI, MIRIAM)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 1271, ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda ħsara jew diffikultà oħra fil-makkinarju u/jew t-tagħmir tal-faċilitajiet tal-Wasteserv relatat mal-operazzjoni tal-ħatt tal-iskart.
Tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ makkinarju għandha għad-dispożizzjoni tagħha l-Cleansing and Maintenance Division (CMD) u fejn qed jintuża? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx xi makkinarju minn dan li hu bil-ħsara u jekk iva, liema hu?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-miri nazzjonali sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni fl-isport f'Malta sal-2030?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Gvern qed jaħdem sabiex, permezz tal-Malta Vision 2050, ikompli jrawwem kultura fejn l-attività fiżika u l-isport isiru parti mill-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini kollha. Għalkemm il-Malta Vision 2050 tistabbilixxi l-indikaturi ewlenin sal-2035, dawn jipprovdu direzzjoni ċara wkoll għall-miri nazzjonali sal-2030.
Fost il-miri ewlenin hemm:
· li tiżdied il-parteċipazzjoni regolari fl-attività fiżika minn
32% tal-popolazzjoni għal 50%
, permezz ta’ programmi fl-iskejjel, fuq il-post tax-xogħol u fil-komunità, b’enfasi partikolari fuq it-tfal, iż-żgħażagħ, il-persuni vulnerabbli u l-anzjani;
· li jitkompla t-titjib u t-tkabbir tal-infrastruttura sportiva madwar il-pajjiż, sabiex jiżdied l-aċċess għall-faċilitajiet sportivi u jiġi mħeġġeġ involviment akbar tal-komunità fl-isport, bil-mira li jittejjeb il-proporzjon ta’ faċilitajiet sportivi appoġġjati mill-Gvern għall-popolazzjoni;
· li jissaħħaħ l-iżvilupp tal-isport kompetittiv u tal-atleti elite permezz ta’ investiment kontinwu fil-faċilitajiet, il-coaching u s-servizzi ta’ appoġġ, sabiex jiżdied in-numru ta’ atleti elite fil-pajjiż;
Dawn il-miri huma sostnuti wkoll permezz ta’ inizjattivi konkreti tal-Gvern, fosthom programmi li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-isport, fosthom gyms bla ħlas għal żgħażagħ, investiment kontinwu fl-infrastruttura sportiva u miżuri li jagħmlu l-isport aktar aċċessibbli għall-komunità kollha.
B’dan il-mod, il-Gvern qed jaħdem sabiex sal-2030 jitkompla l-progress lejn soċjetà aktar attiva, b’saħħitha u parteċipattiva, f’konformità mal-viżjoni fit-tul tal-Malta Vision 2050.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji wettaq il-Gvern dwar il-livell ta' parteċipazzjoni fl-isport f'Malta u jqiegħed dawn l-istudji fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-evalwazzjoni tal-livell ta’ parteċipazzjoni fl-attività fiżika u fl-isport huwa proċess kontinwu, u l-Ministeru regolarment jiġbor u janalizza informazzjoni sabiex jivvaluta l-impatt tal-miżuri li qed jiġu implimentati.
F’dan il-kuntest, bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Proposti 520 u 522 tal-Manifest Elettorali, il-Kulleġġ San Benedittu qed iwettaq evalwazzjoni annwali tal-mudell ta’ attività fiżika u sport fl-iskejjel primarji. Din tinkludi ġbir ta’ informazzjoni mingħand studenti, ġenituri, edukaturi u Kapijiet tal-Iskejjel, sabiex ir-riżultati jintużaw għat-titjib kontinwu tal-programm.
Kunsilli lokali – Fondi għall-faċilitajiet sportivi
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali rċevew fondi sabiex itejbu l-faċilitajiet sportivi matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika għal kull wieħed:
i. il-proġett;
ii. il-valur tiegħu; u
iii. l-istadju li jinsab fih?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill- Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill- Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid:
i. liema faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Istat huma disponibbli għall-użu tal-komunità wara l-ħin tal-iskola;
ii. liema faċilitajiet sportivi fl-iskejjel tal-Istat mhumiex disponibbli u għaliex; u
iii. kemm-il booking sar matul l-2025 għal kull faċilità sportiva fl-iskejjel tal-Istat?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti lista tat-tenders kollha maħruġa minn SportMalta matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, filwaqt li għal kull tender jindika:
i. is-suġġett;
ii. il-valur stmat;
iii. l-offerent rebbieħ;
iv. il-valur finali tal-kuntratt; u
v. jekk il-proġett tlestiex jew le?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li bejn l-2024 u l-2026, SportMalta ħarġet numru ta’ sejħiet għall-offerti relatati ma’ xogħlijiet, provvisti u servizzi sabiex tkompli ttejjeb l-infrastruttura sportiva u s-servizzi tagħha.
Fl-2024 ġew konklużi b’suċċess żewġ proġetti ewlenin fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm f’Tal-Qroqq, jiġifieri l-installazzjoni ta’ sistema ġdida għall-ħażna tal-fjuwil u s-sostituzzjoni tas-sistema tad-dawl tal-pixxina Olimpika, li t-tnejn tlestew.
Matul l-2025 ingħataw kuntratti għal diversi inizjattivi oħra. Dawn jinkludu xogħlijiet ta’ tiswija fuq l-istrutturi tal-konkos fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm, li bħalissa jinsabu sospiżi temporanjament bi qbil mal-kuntrattur sakemm jitlestew xogħlijiet oħra relatati, kif ukoll il-fażi finali tax-xogħlijiet fil-changing rooms ta’ Maria Assumpta, li għadhom għaddejjin. Ġie wkoll konkluż il-proġett ta’ estensjoni taż-żona tas-siġġijiet għall-ispettaturi u l-kostruzzjoni ta’ uffiċini u faċilitajiet anċillari fil-Kumpless Nazzjonali tal-Għawm, filwaqt li ġie stabbilit framework contract għall-provvista ta’ stickers, PVC boards u canvas prints, li jibqa’ fis-seħħ sal-2028.
Fl-2026 tnedew aktar proġetti u sejħiet għall-offerti. Ix-xogħol relatat mal-provvista u l-installazzjoni ta’ art sportiva ġdida fil-Cottonera Sports Complex jinsab għaddej, filwaqt li żewġ proċeduri oħra – il-framework contract għall-provvista ta’ calcium hypochlorite għat-trattament tal-ilma tal-pixxina u s-sejħa għall-provvista ta’ servizzi ta’ external audit għall-perjodu 2026–2029 – għadhom fil-fażi ta’ evalwazzjoni.
B’mod ġenerali, il-maġġoranza tal-proġetti li ngħataw matul dan il-perjodu jew tlestew b’suċċess jew jinsabu fl-istadju ta’ implimentazzjoni skont il-programm tax-xogħol stabbilit, filwaqt li l-bqija jinsabu fil-proċess ta’ evalwazzjoni skont il-proċeduri tal-akkwist pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm professjonisti fil-qasam tal-mediċina sportiva impjegati mal-Gvern?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li hemm tliet letturi speċjalizzati li jgħallmu fil-qasam tal-mediċina sportiva. Hemm ukoll żewġ membri tal-Bord tad-Diretturi tal-AIMS li huma speċjalizzati fis-suġġett.
Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Postijiet vakanti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm postijiet vakanti fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku, maqsuma skont il-professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ġejt infurmat li fil-preżent mhemmx vakanzi fis-servizzi tas-saħħa mentali fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa.
Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Professjonisti li telqu
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm professjonisti li telqu mis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hija din:
• Foundation For Medical Services – Principal Social Worker wieħed u Senior Social Worker wieħed fl-2022; u Principal Social Worker wieħed fis-sena 2023.
• Older Persons Standards Authority - Nil
• Embryo Protection Authority - Nil
• Medicines Authority - Nil
• Malta Health Ltd – Nil
• Office of the Commissioner for Older Persons - Nil
• Office of the Commissioner for Mental Health - Nil
• Dar Kenn Għal Saħħtek - Nil
Settur pubbliku - Servizzi tas-saħħa mentali - Reklutaġġ ta’ professjonisti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew reklutati professjonisti fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għall-entitajiet li jaqgħu taħt id-Dekasteru tal-Ministeru għas-Saħħa hija din:
• Foundation For Medical Services - Nil
• Older Persons Standards Authority - Nil
• Embryo Protection Authority – Nil
• Medicines Authority - Nil
• Malta Health Ltd - Nil
• Office of the Commissioner for Older Persons – Nil
• Dar Kenn Għal Saħħtek - Nil
• Office of the Commissioner for Mental Health – Non-Emergency Patient Transport Aide – reklutat fis-sena 2024; u Senior Staff Nurse – reklutat fis-sena 2022.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ professjonisti impjegati fis-servizzi tas-saħħa mentali fis-settur pubbliku, maqsuma skont il-professjoni (inklużi psikjatri, psikologi, psychotherapists, psychiatric nurses, social workers, occupational therapists u professjonijiet oħra relatati)?
Mental Health Helpline 1579 - Bżonn ta’ intervent immedjat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il każ li daħal permezz tal-Mental Health Helpline 1579 kien jeħtieġ intervent immedjat jew involviment tas-servizzi ta’ emerġenza, mit-twaqqif tal-helpline sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Year
Intervent immedjat
2022
8
2023
131
2024
326
2025
302
2026
146
Mental Health Helpline 1579 - Każijiet li ġew riferuti
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet li waslu permezz tal-Mental Health Helpline 1579 u ġew riferuti għal servizzi oħra tas-saħħa mentali jew entitajiet oħra, maqsuma sena b’sena u skont it-tip ta’ servizz li ġew riferuti għalih?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Year
NMHS
Richmond
Victim Support Malta
Sedqa or Caritas
Telemedicine
2022
21
7
5
9
23
2023
286
31
18
37
91
2024
394
52
38
53
162
2025
376
48
46
81
307
2026
315
27
15
45
183
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1185 u jgħid x'inhu l-proċess jew proċessi f'pajjiżna biex wieħed jiddisponi/jiskrappja vettura elettrika? Jista’ jgħid ukoll xi ħlasijiet tinvolvi, liema awtoritajiet huma konċernati u jekk hemmx xi forma ta' riċiklar/esportazzjoni tal-partijiet li jikkomponuha?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex wieħed jiddisponi minn/jiskrappja vettura (inkluż vettura elettrika), tali vettura għandha tittieħed ġewwa faċilitajiet li jkollhom permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). L-istess faċilità toħroġ Ċertifikat ta’ Distruzzjoni (Certificate of Destruction – CoD) lil sid il-vettura, biex dan ikun jista’ jwaqqaf ir-reġistrazzjoni tal-vettura ma’ Transport Malta (TM). Ladarba vettura tiġi żarmata, l-faċilità mbagħad ikollha l-obbligu li tirriċikla l-materjal billi tesporta dirett jew tibgħat l-iskart ġenerat lil faċilitajiet oħra lokali. Il-piż finanzjarju biex tiġi żmantellata vettura għandu jinġarr minn min ikun poġġa l-vettura fuq is-suq oriġinarjament.
Dan is-settur huwa regolat skont il-provvedimenti ta’ LS 549.36, Regolamenti dwar l-Immaniġġar ta’ Skart (Vetturi fi Tmiem Żmienhom) li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom huma konġuntament, l-ERA, TM u MCCCA. Fil-każ ta’ vetturi li jikkontejnu batteriji, tali batteriji huma wkoll regolati permezz tal-provvedimenti tal-LS 549.178, Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta' Batteriji), li l-awtorità kompetenti tagħha hija l-ERA.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1184 u tgħid x'inhu l-proċess jew proċessi f'pajjiżna biex wieħed jiddisponi/jiskrappja vettura elettrika? Tista’ tgħid ukoll xi ħlasijiet tinvolvi, liema awtoritajiet huma konċernati u jekk hemmx xi forma ta' riċiklar/esportazzjoni tal-partijiet li jikkomponuha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex wieħed jiddisponi minn/jiskrappja vettura (inkluż vettura elettrika), tali vettura għandha tittieħed ġewwa faċilitajiet li jkollhom permess mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). L-istess faċilità toħroġ Ċertifikat ta’ Distruzzjoni (Certificate of Destruction – CoD) lil sid il-vettura, biex dan ikun jista’ jwaqqaf ir-reġistrazzjoni tal-vettura ma’ Transport Malta (TM). Ladarba vettura tiġi żarmata, l-faċilità mbagħad ikollha l-obbligu li tirriċikla l-materjal billi tesporta dirett jew tibgħat l-iskart ġenerat lil faċilitjiet oħra lokali. Il-piż finanzjarju biex tiġi żmantellata vettura għandu jinġarr minn min ikun poġġa l-vettura fuq is-suq oriġinarjament.
Dan is-settur huwa regolat skont il-provedimenti ta’ LS 549.36, Regolamenti dwar l-Immaniġġar ta’ Skart (Vetturi fi Tmiem Żmienhom) li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom huma konġuntament, l-ERA, TM u MCCCA. Fil-każ ta’ vetturi li jikkontjenu batteriji, tali batteriji huma wkoll regolati permezz tal-provedimenti tal-LS 549.178, Regolamenti dwar Maniġġar ta’ Skart (Skart ta' Batteriji), li l-awtorita kompetenti tagħha hija l-ERA.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 120 u 798 u jgħid kemm ġew ingaġġati impjegati ġodda fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex f’April, f’Mejju u f’Ġunju 2026, separatament għal kull xahar?
Ambjent Malta, Project Green u entitajiet oħra – Uffiċjali tas-sigurtà
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1039, tista' l-Ministru tgħid f'liema siti jkunu l-uffiċjali tas-sigurtà impjegati taħt Ambjent Malta, Project Green u entitajiet oħra li jaqgħu taħtha li huma responsabbli mis-sigurtà u l-manutenzjoni ta' parks, ġonna u soft areas, fix-xiftijiet tagħhom? Tista’ allura tikkonferma li dawn is-siti qed ikollhom sigurtà 24 siegħa kuljum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltà għall-parks u l-ġonna pubbliċi tappartjeni lil entitajiet differenti, inklużi l-Kunsilli Lokali. B’żieda mal-informazzjoni li tajtu fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1039, ninfurmah ukoll li, fejn jirrigwardja l-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, is-siti li huma koperti b’arranġamenti ta’ sigurtà 24 siegħa kuljum huma l-Buskett, il-Park tas-Salina u Kennedy Grove (inklużi s-salini tal-melħ), il-Park ta’ Xrobb l-Għaġin, ir-Riserva tal-Għadira, il-Park tal-Familja ta’ Sant’Antnin, Ġnien Spencer u l-Petting Farm ta’ Ta’ Qali.