Jista’ l-Ministru jgħid kemm veterinarji impjegati mal-Gvern irriżenjaw minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli kien hemm 8 riżenji minn veterinarji minn Ġunju 2025 sal-llum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm veterinarji talbu u ngħataw maternity leave minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, veterinarja waħda talbet għall- maternity leave minn Ġunju 2025 sal-llum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm veterinarji impjegati mal-Gvern talbu u ngħataw leave fit-tul (Long Leave) li jaqbeż xahar bħala tul kumplessiv, minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, kien hemm 8 veterinarji li ngħataw leave fit-tul (Long Leave) li jaqbeż xahar bħala tul kumplessiv, minn Ġunju 2025 sal-llum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm veterinarji ġodda ġew ingaġġati mal-Gvern minn Ġunju 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma skont id-dipartiment jew l-entità li huma impjegati magħha?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, minn Ġunju 2025 sal-llum ġew ingaġġati 3 veterinarji ġodda.
Raħal Ġdid – Vincent Moran Regional Health Hub – MRI Scanner
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk għadux qed jingħata s-servizz tal-MRI fil-Vincent Moran Regional Health Hub, f’Raħal Ġdid? Jekk le, jista’ jgħid meta u għaliex twaqqaf dan is-servizz? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li f’dan il-Hub jiġu installati MRI scanners permanenti u jekk iva, sa meta huwa mistenni li dawn ikunu installati u jibdew jintużaw?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li f' Novembru 2024 il-Mobile unit tal-MRI ġiet trasferita viċin iċ-ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran sakemm jiġi kkummissjonat MRI ġewwa San Vinċenz de Paule.
Il-kirja tal-mobile MRI kienet tispiċċa f'Ġunju 2026 u skond il-kuntratt il-kirja ma setgħax tiġi mġedda. Sadanittant twaħħal u beda jopera l-MRI f' San Vinċenz de Paule.
Is-sena d-dieħla hu ppjanat li fiċ-ċentru Ċensu Moran se jitwaħħlu CT Scanner u CBCT, apparti li preżentement qed jingħataw servizzi ta' radjoloġija, ultra sound, ultra sound tal-ġinekoloġija, u bone density.
Qed tiġi pjanata estensjoni taċ-Ċentru Ċensu Moran li tkun tinkludi wkoll MRI.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji, f'tabella, dwar kemm hemm impjegati fi ħdan Identità sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f’liema grad jaħdmu u l-livell ta' kwalifiki tagħhom (MQF level)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħa.
Tista’ l-Ministru tgħid x'tip ta' monitoraġġ tal-kwalità tal-arja qed isir f'Malta u f’Għawdex, inkluż il-metodoloġija użata u liema entità hija responsabbli minn dan il-monitoraġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritá għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tagħmel monitoraġġ tal-kwalitá tal-arja permezz ta’ network ta’ stazzjonijiet li jipprovdu riżultati b’mod instantanju. Dawn l-stazzjonijiet ta’ monitoraġġ jinsabu l-Imsida, San Pawl il-Baħar, Ħ'Attard, iż-Żejtun u l-Għarb, Għawdex. Il-mod kif ġew determinati s-siti, s-sustanzi ta’ tniġġiż koperti u l-metodoloġija tal-monitoraġġ huma kollha skont il-liġi tal-Unjoni Ewropea, d-Direttiva 2008/50/KE dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa.
Apparti n-network instantanju, hemm ukoll dak passiv li jikkumplimentah. Il-monitoraġġ isir permezz ta’ ‘diffusion tubes’, u jkopri tliet sustanzi ta’ tniġġiż li huma sulphur dioxide, volatile organic compounds (benzene) u nitrogen dioxide. Ir-riżultati huma disponibbli fuq medja ta’ xahar. Id-data ġenerata mill-stazzjonijiet ta’ monitoraġġ hija wkoll disponibbli fuq il-website tal-ERA.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Transport Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Infrastructure Malta – Programm ta’ manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex programm ta’ manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji, u jekk fl-affermattiv jagħti dettalji tax-xogħlijiet li saru mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż jekk ix-xogħlijiet f’dan il-programm jinkludux it-tindif u/jew tiswija ta’ tabelli, bollards, mirja u guardrail reflectors, kif ukoll it-tneħħija ta’ veġetazzjoni illi qed tgħatti s-sinjali tat-traffiku?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Infrastructure Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa li t-travel time jitnaqqas b’79%, it-tniġġis jitnaqqas b’70% u li għal kull €1 miljun li ġie investit ikun hemm ritorn ta’ €4.2 miljun f’benefiċċji bħal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar, inqas konsum ta’ fuel u inqas inċidenti, eċċ., intlaħqux? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li setgħu saru mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jikkonfermaw dawn il-perċentwali u ċifri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex, maqsuma skont in-nazzjonalità u skont kull skola? Jista' jindika wkoll jekk l-iskola hijiex tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li jattendu l-iskejjel primarji f'Malta u Għawdex, maqsuma skont in-nazzjonalità u skont kull skola? Jista' jindika wkoll jekk l-iskola hijiex tal-Istat, tal-Knisja jew indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Kulleġġ
Studenti Maltin
Studenti Barranin
Kulleġġ Għawdex
1,613
346
Maria Reġina
1,964
1,855
San Benedittu
2,119
340
Santa Klara
896
1,169
San Ġorġ Preca
966
557
San Injazju
2,008
461
Santa Margerita
1,268
152
San Nikola
1,605
228
Santa Tereża
1,289
863
San Tumas More
2,500
763
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, qabel inħarġet il-Komunikazzjoni Nru 05/2026 mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) dwar l-użu ta’ lingwi oħra, minbarra l-Ingliż u l-Malti, fit-tagħlim ta’ korsijiet akkreditati, saritx konsultazzjoni mal-istakeholders? Jista’ wkoll jispjega l-proċedura li permezz tagħha din il-komunikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li qabel il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni Nru 05/2026, l-MFHEA żviluppat regoli komprensivi li jiżguraw il-kwalità (
Quality Assurance
) fir-rigward tal-introduzzjoni ta' lingwi addizzjonali ta' tagħlim fi programmi akkreditati. Bħala parti minn dan il-proċess, ir-regoli ġew diskussi mal-Kumitat Konsultattiv tal-MFHEA, stabbilit skont il-liġi u magħmul minn rappreżentanti tas-settur pubbliku u privat. Ir-regoli ġew ukoll diskussi mall-
Committee for the Implementation and Monitoring of Quality Assurance in Maltese Higher Education
.
Infurmat ukoll li l-iżvilupp ta' dawn ir-regoli kien mitlub mill-Bord ta’ Governanza tal-MFHEA. Wara d-diskussjonijiet u l-konsultazzjonijiet meħtieġa, dawn ir-regoli ġew approvati mill-Bord qabel ma ġew ippublikati skont Komunikazzjoni Nru 05/2026.
Tista’ l-Ministru tagħti dettalji dwar ix-xogħol li għaddej fiż-żona ta’ Għar Lapsi fis-Siġġiewi biex jitranġaw il-ħsarat ikkawżati mill-maltemp li kien iffaċċja pajjiżna, inkluż xi żviluppi kien hemm u t-timeline f’dan ir-rigward?
Kummissjoni Maltija tal-Films – Rifjuti ta’ applikazzjonijiet minn produtturi Maltin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet minn produtturi Maltin għal finanzjament jew appoġġ mill-Kummissjoni Maltija tal-Films li ġew irrifjutati fl-aħħar tliet snin, u għal liema raġunijiet ewlenin?
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix strateġija nazzjonali speċifika, b'miri u fondi ddedikati, biex tiżdied il-produzzjoni ta' films u serje Maltin li jirrakkontaw l-istorja u l-kultura tagħna, u jekk iva, jista' jqiegħed kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kummissjoni Maltija tal-Films struttura ta’ governanza formali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqaf bord jew struttura ta' governanza formali fi ħdan il-Kummissjoni Maltija tal-Films?
Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Maltija tal-Films hija regolata b’KAP 478 tal-liġijiet ta’ Malta u kwalunkwe struttura u l-governanza tagħha hija regolata bl-istess Att.
Kummissjoni Maltija tal-Films – Rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali dwar il-Kummissjoni Maltija tal-Films hux se jiġu implimentati fi żmien speċifiku u jekk iva, jipprovdi timeline ċar ta' meta dawn se jiġu implimentati?