Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata
Question
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha?
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjan nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jekk iva, x’inhuma l-miri ewlenin tiegħu?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan nazzjonali dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri ġie mnied fl-2021 u huwa aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit elettroniku tad-Direttorat għad-Drittijiet tal-Bniedem. Fir-rapport annwali tal-2025 maħruġ mill-istess direttorat, hemm elenkati il-miri mħaddna kif ukoll kemm minnhom ġew implementati.
Iż-żewġt pubblikazzjonijiet msemmija qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fastidju sesswali fuq ix-xogħol – Għajnuna għall-vittmi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’għajnuna tingħata lill-vittmi ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, l-NCPE, tiżvolġi ir-responsabbiltajiet tagħha f’dan ir-rigward skond din il-proċedura:
Persuna li allegatament għaddiet minn esperjenza ta’ fastidju sesswali tista’ tistaqsi għall-informazzjoni dwar id-drittijiet tagħha. Tista’ wkoll taghmel ilment mal-NCPE, li toffri assistenza skont il-bżonn biex jiġi mressaq l-ilment. Jekk wara l-proċess ta’ investigazzjoni l-Kummissarju tilqa’ l-ilment, tinħareġ opinjoni b’rakomandazzjonijiet lill-partijiet involuti. Kopja tal-opinjoni tista’ wkoll tinbaghat lill-Kummissarju tal-Pulizija.
Apparti dan, xogħol l-NCPE huwa li teduka u tqajjem kuxjenza dwar il-fastidju sesswali. Dan tagħmlu billi tagħti taħrig, tqassam materjal kontra l-fastidju sesswali, bħall-posters u leaflets, u twassal għarfien permezz tal-media. L-NCPE tagħti wkoll support lill-postijiet tax-xogħol biex ikollhom policies kontra l-fastidju sesswali. Wieħed mill-kriterji biex tingħata l-Marka tal-Ugwaljanza tal-NCPE, hija li kumpaniji/organizazzjonijiet ikollhom policy kontra l-fastidju sesswali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu biex jiġu indirizzati sterjotipi tal-ġeneru fl-edukazzjoni?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru jiġu indirizzati primarjament permezz tal-kurrikulu, b’mod partikolari fis-suġġett tal-PSCD, fejn jiġu promossi l-ugwaljanza, ir-rispett u l-inklużjoni, filwaqt li l-istudenti jiġu mħeġġa jaħsbu b’mod kritiku dwar in-normi u l-isterjotipi relatati mal-ġeneru.
Meta studenti juru attitudnijiet jew imġiba marbuta ma’ sterjotipi riġidi jew ta’ ħsara li jaffettwaw ir-relazzjonijiet u r-rispett lejn oħrajn, jistgħu jiġu riferuti għal appoġġ speċjalizzat permezz tas-Servizzi Nazzjonali tal-Benesseri tal-Istudenti, inkluż counselling, guidance jew, fejn meħtieġ, it-Tim Kontra l-Bullying.
Permezz ta’ approċċ multidixxiplinari u ffukat fuq il-persuna, jiġu indirizzati l-kawżi sottostanti ta’ dawn l-attitudnijiet, bl-għan li jiġu żviluppati empatija, rispett u relazzjonijiet pożittivi, filwaqt li jiġi promoss ambjent skolastiku sigur, inklużiv u li japprezza d-diversità.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti nisa u kemm studenti rġiel irreġistrati f’korsijiet STEM fl-aħħar sena akkademika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li t-total ta’ studenti rreġistrati fil-korsijiet ta’ STEM hemm total ta’ 17,944 student. Minn dawn 8,266 huma persuni tas-sess femminili, filwaqt li 9,669 huma tas-sess maskili u 9 huma reġistrati bħala X/ oħrajn.
Jista’ l-Ministru jgħid liema programmi qed jiġu implimentati biex jiżdied is-sehem tan-nisa f’oqsma tax-Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija u Matematika (STEM)?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għall-Programmi STEM u VET jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-bniet u n-nisa fi STEM permezz ta’ inizjattivi inklussivi u esperjenzi ta’ tagħlim ta’ kwalità. Fost dawn hemm
Tween4STEAM
, li evolva mill-programm
Girls4STEM
biex jilqa’ lill-istudenti kollha filwaqt li jkompli jinkoraġġixxi l-involviment tal-bniet fi STEAM.
Programmi oħra bħal
tiny TEEN Science Café
,
Teen Science Café
,
CodeSprint
,
Digital Wave
,
Primary Science Fair
,
X’hemM?
, u
Thematic STEM Debate
jipprovdu opportunitajiet awtentiċi ta’ tagħlim, jippromwovu role models f’STEM, jisfidaw l-istereotipi tal-ġeneru u jsaħħu l-kunfidenza tal-istudenti.
Id-Direttorat jinvolvi wkoll lill-ġenituri permezz ta’ inizjattivi bħal
Breakfast STEM PD
u jiżgura li l-kurrikulu, l-assessjar u r-riżorsi edukattivi jkunu ħielsa minn preġudizzji relatati mal-ġeneru. Dawn huma biss parti mill-ħidma usa’ tad-Direttorat biex jippromwovi l-ekwità u l-kwalità fl-edukazzjoni STEM.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn sewwieqa li għandhom liċenzja tal-mutur u jaqsam din l-informazzjoni skont liema kategorija hija? Jista’ jgħid ukoll jekk hux ippjanat li jsir iktar inkoraġġament biex jintużaw iktar muturi u roti elettriċi?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għadd ta’ sewwieqa li, sal-aħħar ta’ Mejju 2026, kellhom liċenzja valida li tippermettilhom isuqu muturi skont il-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 65.18, maqsum skont il-kategorija, huwa kif ġej:
Kategorija
Għadd ta’ Sewwieqa
A
30,503
A1
33,839
A2
31,190
AM
324,585
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu karozzi ġodda matul is-snin 2023, 2024, 2025 u matul l-ewwel ħames xhur tas-sena 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-għadd ta’ vetturi ġodda rreġistrati matul is-snin indikati qed jingħata fit-tabella hawn taħt:
Sena
Għadd ta’ vetturi ġodda
2023
14,674
2024
13,175
2025
12,976
Sa Mejju 2026
5,942
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm dgħajjes abbandunati jew mhux identifikati f’żoni ta’ rmiġġ pubbliku?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għandha proċeduri ta’ infurzar sabiex bastimenti jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni, assigurazzjoni u identifikazzjoni stabbiliti mil-liġi.
Fejn jiġi identifikat jew irrappurtat bastiment abbandunat, l-Awtorità tikkuntattja lis-sid biex jirregolarizza s-sitwazzjoni. Fin-nuqqas ta’ azzjoni, l-Awtorità tista’ tipproċedi bit-tneħħija tal-bastiment bl-ispejjeż għas-sid.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ta’ infurzar ittieħdet fir-rigward ta’:
(i) irmiġġi illegali;
(ii) abbuż ta’ spazju pubbliku marittimu; u
(iii) dgħajjes abbandunati?
Response (BONETT, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema perjodu qed jirreferi.
Irmiġġi għad-dgħajjes – Trasferiment illegali jew kiri mhux awtorizzat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti jew ilmenti dwar trasferiment illegali jew kiri mhux awtorizzat ta’ rmiġġi matul Frar, Marzu, April u Mejju 2026?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul il-perjodu bejn Frar u Mejju 2026, l-Awtorità ma rċeviet l-ebda rapport jew ilment dwar trasferiment illegali jew kiri mhux awtorizzat ta’ rmiġġi.
L-Awtorità tibqa’ ssegwi u tinvestiga kull rapport li jista’ jiġi riferut lilha sabiex jkun assigurat li l-użu u l-allokazzjoni tal-irmiġġi jsiru skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet applikabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm irmiġġi li bħalissa huma:
(i) vakanti;
(ii) sospiżi;
(iii) taħt investigazzjoni; jew
(iv) mhux qed jintużaw?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa hemm 509 irmiġġ jew post ta’ rbit li jinsabu rreġistrati bħala vakanti u amministrati mill-uffiċċju responsabbli mill-amministrazzjoni tal-irmiġġi ġewwa Malta.
Madankollu, dan in-numru ma jirrappreżentax neċessarjament 509 irmiġġ li huma kollha disponibbli għal allokazzjoni immedjata, peress li matul is-snin ċertu numru ta’ irmiġġi jew permessi ma baqgħux utilizzabbli jew intilfu minħabba ċaqliq, tibdil u tkabbir fid-daqs tal-bastimenti, xogħlijiet u interventi fl-inħawi rispettivi, kif ukoll ċirkostanzi operattivi oħra. F’ċerti każijiet, sabiex dawn l-inħawi jkunu jistgħu jerġgħu jiġu utilizzati b’mod effiċjenti u sigur, ikun meħtieġ li jsiru proġetti ta’ riorganizzazzjoni qabel ma jkunu jistgħu jinħolqu jew jerġgħu jiġu allokati spazji għall-irmiġġ.
Barra minn hekk, fejn ikun possibbli, l-Awtorità żżomm numru limitat ta’ irmiġġi vakanti bħala riżerva operattiva sabiex ikunu jistgħu jintużaw bħala alternattiva għal detenturi ta’ permessi eżistenti f’każijiet ta’ emerġenza jew meta jkun meħtieġ ċaqliq minħabba xogħlijiet, operazzjonijiet ġodda, riorganizzazzjoni ta’ żona, l-istabbiliment jew il-ħolqien ta’ fairways, jew ħtiġijiet operattivi oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni li għandhom aktar minn irmiġġ wieħed allokat lilhom jew lill-kumpaniji tagħhom?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm persuni, kif ukoll kumpaniji, li għandhom aktar minn irmiġġ wieħed allokat f’isimhom, skont il-permessi u l-arranġamenti applikabbli.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ibbenefikaw intrapriżi żgħar u medji (SMEs) minn skemi ta’ għajnuna ekonomika matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant tispecifika ghal liema mizura qeghda tirreferi.
Negozji żgħar u medji - Opportunitajiet ugwali għall-appoġġ - Miżuri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex negozji żgħar u medji jkollhom opportunitajiet ugwali għall-appoġġ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Malta Enterprise tiżgura li l-miżuri u l-iskemi tagħha jkunu aċċessibbli għal negozji żgħar u medji, sabiex dawn ikollhom opportunitajiet ugwali għall-appoġġ mill-inċentivi offruti. Il-kriterji ta’ eliġibbiltà u l-proċessi ta’ applikazzjoni huma mfassla biex jindirizzaw il-ħtiġijiet differenti tal-intrapriżi, filwaqt li jiġi żgurat aċċess ġust għall-għajnuna disponibbli.
Il-Malta Enterprise toffri wkoll servizzi ta’ one-stop shop permezz tal-Business First (inizjattiva bejn il-Malta Enterprise u l-Malta Chamber of SMEs) fejn jingħataw pariri dwar is-servizzi offruti minn entitajiet differenti.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm organizzazzjonijiet volontarji applikaw għal fondi pubbliċi u kemm-il applikazzjoni ġiet approvata matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 239.