Ħaż-Żabbar – Triq San Leonardu – Bankina u planters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Gvern biex saret il-bankina u l-planters fi Triq San Leonardu f’Ħaż-Żabbar fis-sena 2022 u biex inqalgħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellanti li l-ispiża totali tax-xogħlijiet fi Triq San Leonardu, Ħaż-Żabbar, kienet ta’ €123,492.27, inklużi t-taxxi u dazji oħra iżda eskluża l-VAT, inkluż il-valur tax-xogħlijiet imkejla u l-varjazzjonijiet.
Ix-xogħlijiet kienu jinkludu, fost oħrajn, it-tneħħija u rikostruzzjoni tal-bankina eżistenti fuq naħa waħda tat-triq u bankina ġdida fuq in-naħa l-oħra tat-triq li tinkludi ukoll planters u buildouts ġodda u ħamrija.
Qorti t’Għawdex – Każijiet ta’ traffikar tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 464 u jgħid kemm-il każ ta’ traffikar ta’ droga tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’kull każ?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol f'Marsalforn ħdejn l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, biex sar u kif ukoll jindika l-ispiża sabiex jitneħħa? Jista’ jgħid ukoll min ħallas tali spejjeż?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 1095.
Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex ġurnata wara li sar ix-xogħol f'Marsalforn ħdejn l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, tneħħa? Jista’ jgħid ukoll jekk l-awtoritajiet konċernati ġewx ikkonsultati qabel beda x-xogħol ta' tneħħija sabiex jiġu evitati ħsarat, inkluż ħsara ambjentali u kif ukoll ħsara fil-baħar tal-madwar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 1095.
Jista' l-Ministru jgħid min awtorizza sabiex isir xogħol f'Marsalforn ħdejn l-istabbiliment li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jindika x'permessi kien hemm tal-awtoritajiet sabiex seta’ jsir tali xogħol?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tiswijiet li kellhom isiru fuq il-passaġġ diġa eżistenti tal-konkos – li ġarrab diversi ħsarat kawża tal-maltempata Harry - kienu koperti permezz ta’ Development Notice; DN 00458/26. Min-naħa l-oħra, il-bqija tal-konkos li tpoġġa fuq il-blat mingħajr awtorizazzjoni tneħħa mmedjatament u s-sit reġa’ lura għal l-istat kif kien qabel.
Għawdex - Pulizija, Forzi Armati u Protezzjoni Ċivili – Żieda fl-uffiċjali u membri
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 458 u jgħid jekk hemmx ħsieb li jiżdiedu l-uffiċjali tal-Pulizija, il-Membri tal-Forzi Armati u tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex u jekk huwa l-każ, meta huwa ppjanat li jsir dan u kemm huwa n-numru ta’ persuni/uffiċjali li se jiżdiedu, kif ukoll ir-rank tagħhom?
L-Imġarr, Għawdex – Terminal tal-fast ferry – Struttura permanenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 451 u jgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex flok it-tined li hemm fit-terminal tal-fast ferry f'Għawdex, issir struttura permanenti li verament isservi ta' kenn fl-istaġuni kollha u jekk iva, meta se tkun lesta tali struttura?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 551.
Ix-xogħlijiet fuq iż-żewġ
canopies
issa għaddew għall-fażi li jmiss, li tinkludi l-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl kif ukoll xogħlijiet addizzjonali sabiex jiżdied il-kenn u jiġi assigurat li l-passiġġieri jkunu protetti aħjar mill-elementi.
Benefiċċji soċjali - Każijiet pendenti ta' appelli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ każijiet pendenti ta’ appell rigward benefiċċji soċjali li d-dipartiment ħass li ma kellhomx jingħataw lil ċerti individwi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt:
Total ta’ Appelli pendenti sa Awwissu 2026 huwa ta’ 488 li jinqasmu kif ġej:
Numru ta’ Appelli
Appelli pendenti sal-31 ta’ Awwissu 2026
329
Appelli li għadhom ma ġewx appuntati sa Awwissu 2026
159
Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tagħha?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Użu tal-Intelliġenza Artifiċjali – Linji gwida/politika adottata
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kwalunkwe linji gwida jew politika adottata dwar l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali fi ħdan il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 726.