Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi/Ħ’Attard - Trejqa Wied is-Sewda - Diżlivellar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1710 u jara li jsir xi tip ta’ lqugħ tul it-triq pubblika bejn it-triq u l-wied fi Trejqa Wied is-Sewda, bejn Ħal Qormi u Ħ’Attard (ritratti annessi), minħabba periklu ta’ diżlivell għal min ikun għaddej f’dik iż-żona?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li l-Awtorità wettqet evalwazzjoni tas-sit inkwistjoni. Bħalissa għaddejja ħidma sabiex jiġi identifikat is-sid tal-art, biex sussegwentement ikunu jistgħu jiġu kkoordinati l-passi meħtieġa u jittieħdu l-miżuri neċessarji bil-għan li s-sitwazzjoni f’din iż-żona tiġi indirizzata.

Carrying capacity

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1132 u jgħid kemm hi l-popolazzjoni massima li l-infrastruttura ta' Malta tista' ssostni (carrying capacity study), x'inhi din il-kapaċità u kif qed tiġi applikata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Il-Gvern qed ikompli jinvesti b’mod sostanzjali fl-infrastruttura nazzjonali sabiex din tkun tista’ twieġeb għall-ħtiġijiet preżenti u futuri tas-soċjetà u tal-ekonomija Maltija. Dan l-investiment jinkludi toroq, infrastruttura marittima, spazji pubbliċi u pedonali, kif ukoll proġetti oħra li jtejbu l-konnettività, l-aċċessibbiltà u l-kwalità tal-ħajja. Kull sena qed jiġu allokati fondi rekord għal dan il-għan. Xhieda ta’ din il-ħidma huma l-proġetti infrastrutturali ewlenin li twettqu fl-aħħar snin, fosthom il-junctions tal-Marsa, tal-Kappara u taż-żona tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, li taw kontribut importanti biex tittejjeb il-mobilità u l-effiċjenza tan-netwerk tat-trasport. Dawn il-proġetti jikkumplimentaw ix-xogħol avvanzat li għaddej fuq il-proġett tal-Imsida Creek, flimkien ma’ proġetti infrastrutturali strateġiċi oħra li huma previsti fil-programm ta' ħidma tal-Gvern. L-approċċ tal-Gvern huwa wieħed ta’ ppjanar fit-tul u investiment kontinwu, sabiex l-infrastruttura tal-pajjiż tkompli tissaħħaħ u timmodernizza b’mod sostenibbli, skont il-ħtiġijiet li jevolvu tal-pajjiż.

Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Żoni b’inċidenza ta' storbju, diżordni u mġiba antisoċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1753 u jgħid jekk il-Pulizija identifikatx xi żoni fis-Swieqi, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema bħala hot spots fejn iseħħu b'mod regolari każijiet ta' storbju, diżordni jew imġiba anti-soċjali? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri speċifiċi ttieħdu sabiex tissaħħaħ il-preżenza tal-Pulizija f'dawn iż-żoni?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-pulizija l-areas kollha huma importanti u jingħataw attenzjoni meħtieġa f’kull ħin. Billi ċerta żoni jkunu frekwentati aktar minn oħrajn il-forzi tal-ordni jieħdu dawk il-miżuri xierqa biex tissaħħaħ il-boun ordni. Qed isiru patrols aktar frekwenti, monitoraġġ permezz ta’ cameras, iddaħħal il-kunċett ta’ on the spot fines u ttieħdu dejjem miżuri meħtieġa.

Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Multi/pieni relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1752 u jgħid kemm inħarġu multi jew pieni relatati ma’ storbju eċċessiv, imġiba anti-soċjali jew ksur tal-ordni pubblika fis-Swieqi, f’San Ġiljan u f’Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'kien il-valur totali ta' dawn il-multi u kemm minn dawn ġew effettivament imħallsa?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Is-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema – Rapporti relatati ma’ storbju, diżordni u mġiba antisoċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1751 u jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet relatati ma' storbju eċċessiv, imġiba anti-soċjali, ġlied jew diżordni fiż-żoni residenzjali tas-Swieqi, San Ġiljan u Tas-Sliema matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn ir-rapporti wasslu għal prosekuzzjonijiet jew għal xi forma ta’ azzjoni legali?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

L-informazzjoni qed tinġabar.

Għaqdiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi - Fondi allokati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1136 u 1452 u jgħid kemm kienu l-fondi allokati mill-Gvern, minn SportMalta jew minn kwalunkwe entità pubblika oħra lill-għaqdiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi matul is-snin 2024, 2025 u 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, lista dettaljata ta’ kull għaqda, federazzjoni, assoċjazzjoni jew klabb sportiv li rċieva finanzjament matul dawn is-snin, filwaqt li għal kull wieħed jindika: a.  l-isem tal-entità; b.  l-ammont mogħti; ċ.  id-data tal-ħlas; d.  l-iskema jew il-programm li taħtu ngħata l-finanzjament; u e.  l-iskop li għalih ingħata l-finanzjament? Jista’ jgħid ukoll: i.   jekk kienx hemm applikazzjonijiet għal finanzjament li ġew miċħuda jew approvati biss parzjalment matul l-istess perjodu u, jekk iva, jippreżenta lista tagħhom flimkien mar-raġunijiet għaliex ma ġewx approvati fl-intier tagħhom; ii.  xi kriterji jintużaw sabiex jiġu evalwati u approvati dawn l-applikazzjonijiet għal finanzjament; u iii.  kemm kien l-ammont totali allokat għall-finanzjament tal-għaqdiet, federazzjonijiet, assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi għal kull waħda mis-snin imsemmija?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat huma diversi l-iskemi li jgħinu għaqdiet sportivi u l-entitajiet li jagħtu din l-għajnuna mhux kollha jaqgħu taħt dan il-Ministeru, għaldaqstant l-informazzjoni mhux miġbura kif qed tintalab minnu u mhux kollox jista’ jitwieġeb minn dan il-Ministeru.  Taħt l-istess Ministeru wkoll hemm diversi għajnuniet li jingħataw. Intant, ninsab infurmat ukoll kif fost oħrajn Sport Malta tagħti għajnuna mifruxa bl-iskemi ta’ Parteċipazzjoni internazzjonali u dawk ta’ turiżmu sportiv li fl-aħħar snin għenu mijiet ta’ għaqdiet bl-ammonti investiti jidru hawn taħt. Skema 2024 (€) 2025 (€) 2026 (€) Skema Parteċipazzjoni Internazzjonali 1,045,042.65 1,028,358.38 125,166.81 2,198,567.84 Turiżmu Sportiv 192,627.44 230,451.90 36,375.00 459,454.34 Total kull sena 1,237,670.09 1,258,810.28 161,541.81 2,658,022.18

Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali - Kura veterinarja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1778 u tgħid kemm kien hemm każijiet ta’ annimali taħt il-kura tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali li kellhom bżonn kura veterinarja lil hinn minn dik ta’ rutina? Tista’ wkoll tipprovdi n-numru ta’ każijiet li kienu jeħtieġu: i.    interventi ta’ dijanjostika permezz tal-immaġini; ii.   testijiet tad-demm; u iii.  kirurġija mhux relatata mal-isterilizzazzjoni tal-annimal għal finijiet riproduttivi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li bejn Jannar 2026 u Awwissu 2026, il-proċeduri mhux ta’ rutina mwettqa kienu kif ġej: Klieb: 4 trattamenti għall-Parvovirus; X-ray wieħed mal-ammissjoni; 2 lumpectomies; mastektomija waħda; X-ray wieħed ta’ segwitu; operazzjoni ortopedika waħda. Qtates: 12-il X-ray; 19-il proċedura dentali; 5 enukleazzjonijiet oftalmiċi; 5 amputazzjonijiet; 5 tiswijiet ortopediċi; 2 proċeduri oħra fuq tessuti rotob. Fir-rigward tat-testijiet tad-demm, matul dan il-perjodu saru diversi testijiet.  Madankollu, dawn huma kategorizzati bħala testijiet ta’ rutina u għalhekk mhumiex inklużi fost il-proċeduri mhux ta’ rutina.

Akkomodazzjoni Short-let – Reviżjoni tar-regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra reviżjoni tar-regolamenti dwar akkomodazzjoni short-let f’żoni residenzjali sabiex jitnaqqas l-impatt fuq ir-residenti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għadu kemm tlesta proċess ta’ reviżjoni fejn ir-regolamenti tal-akkommodazjoni kollha ġew integrati f’liġi waħda. Dan kien possibbli wara proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa ma’ diversi setturi u anke l-pubbliku in ġenerali. Dawn ir-regolamenti l-ġodda, li daħlu fis-seħħ fil-15 ta’ Ġunju 2026, għandhom proprju l-għan li jnaqqsu l-impatt tal-akkomodazzjoni turistika, inkluż dik tat-tip short-let , fuq ir-residenti f’żoni residenzjali u jtejjbu l-kwalità tal-akkomodazzjoni turistika, filwaqt li jzommu bilanċ xieraq bejn l-interessi tar-residenti u dawk tal-operaturi.

Is-Swieqi – Proprjetajiet liċenzjati bħala short lets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet liċenzjati bħala short lets fil-lokalità tas-Swieqi? Jista' jgħid ukoll kemm saru spezzjonijiet fuq dawn il-proprjetajiet matul l-aħħar sentejn u kemm instabu każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ proprjetajiet liċenzjati bħala short-lets fil-lokalita’ ta’ Swieqi, sal-aħħar t’Awwissu 2026, jammontaw għal 516. Matul l-aħħar sentejn l-Awtorita’ wettqet ’il fuq minn 900 spezzjoni fuq dan it-tip ta’ propjetajiet fejn instabu 112 il-każ ta’ non konformità u għaldaqstant ittieħdet azzjoni ta’ infurzar.

Is-Swieqi – Uffiċjali tal-Pulizija assenjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija assenjati sabiex iservu l-lokalità tas- Swieqi u jekk hemmx il-ħsieb li jiżdiedu r-riżorsi fid-dawl tal-ilmenti dwar l-infurzar?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tindika għall-liema perjodu partikolari qegħda tirreferi.

Is-Swieqi – Rimi illegali tal-iskart – Multi/spezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet u kemm inħarġu multi relatati ma’ rimi illegali tal-iskart fil-lokalità tas-Swieqi matul l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-bidu tal-2025 sal-aħħar ta’ Awissu 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) wettqet 294 spezzjoni relatati ma’ skart fis-Swieqi biss. Kull spezzjoni tkun tikkonsisti f’shift ta’ żewġ uffiċjali għal bejn erba’ u ħames sigħat kull waħda. B’riżultat ta’ dawn l-ispezzjonijiet, l-ERA ħarġet 35 multa marbuta ma’ każijiet ta’ depożitu illegali ta’ skart, kif ukoll 77 ittra ta’ twissija relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tas-separazzjoni mandatorja tal-iskart.

Is-Swieqi – Rimi u ġbir ta’ skart

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il rapport irċieva d-dipartiment jew l-entitajiet responsabbli dwar skart imħolli illegalment jew nuqqas ta’ ġbir ta’ skart fil-lokalità tas-Swieqi matul l-aħħar sentejn u x’passi ttieħdu sabiex jiġu indirizzati dawn il-problemi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-bidu tal-2024 sal-aħħar ta’ Awwissu 2026, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) irċeviet 41 rapport dwar kwistjonijiet ta’ skart fil-lokalità tas-Swieqi permezz tal-pjattaforma uffiċjali tal-ERIS. Apparti dawn, l-Awtorità rċeviet ukoll numru ta’ imejls mill-Kunsill Lokali dwar is-suġġett li lkoll ġew segwiti. Wara li l-ERA tirċievi tali rapporti, jsiru spezzjonijiet u monitoraġġ tal-‘hot spots’ skont is-severità tal-problema. Fil-perjodu inkwistjoni, l-Awtorità wettqet 679 spezzjoni relatata ma’ skart mormi ħażin fis-Swieqi. Dawn ix-shifts jikkonsistu f’żewġ uffiċjali li jagħmlu spezzjonijiet ta’ bejn erba’ u ħames sigħat. Dawn l-ispezzjonijiet wasslu biex, matul l-aħħar sentejn, l-ERA ħarġet 66 multa marbuta ma’ każijiet ta’ depożitu illegali ta’ skart fis-Swieqi, kif ukoll 118 -il ittra ta’ twissija uffiċjali relatati ma’ nuqqas ta’ konformità mal-liġi tas-separazzjoni mandatorja tal-iskart.

Il-Pietà – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq fil-Pietà mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati tmienja u tletin (38) rapport ta’ serq fil-Pietà. Dan jirrappreżenta  tnaqqis ta’ 33.33%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012

Is-Swieqi – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq fis-Swieqi mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati tmienja u tletin (38) rapport ta’ serq fis-Swieqi. Dan jirrappreżenta  tnaqqis ta’ 68.07%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012

San Ġwann – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq f’San Ġwann mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati sitta u tletin (36) rapport ta’ serq f’San Ġwann. Dan jirrappreżenta  tnaqqis ta’ 67.57%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012

L-Imsida – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq fl-Imsida mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati mija u erba’ (104) rapporti ta’ serq fl-Imsida. Dan jirrappreżenta  tnaqqis ta’ 46.94%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012

Ħal Għargħur – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq f’Ħal Għargħur mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati tmien (8) rapporti ta’ serq f’Ħal Għargħur. Dan jirrappreżenta  tnaqqis ta’ 50%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012

Ħal Balzan – Każijiet ta’ serq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ serq f’Ħal Balzan mill-bidu tas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-ewwel ta’ Jannar 2026 u il-21 ta’ Settembru tal-istess sena, fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rreġistrati disa’ (9) rapporti ta’ serq f’Ħal Balzan. Dan jirrappreżenta  tnaqqis ta’ 78.57%  meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2012

Marsaskala – Triq il-Batterija – Problemi ta’ vultaġġ

Question

Tista' l-Ministru tgħid għalfejn l-inħawi ta' Triq il-Batterija, Marsaskala, qed jesperjenzaw problemi ta' vultaġġ fil-provvista tal-elettriku? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm rapporti dwar dan minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u x'inhu l-pjan biex din il-problema tissolva?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fit-triq indikata, l-Enemalta għamlet xogħlijiet ta’ tkabbir ta’ ‘LVR’ biex issaħħaħ is-sistema fuq livell ta’ vultaġġ baxx f’din it-triq.

L-Isptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – Pazjenti mingħajr EHIC

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi segwita fil-każ ta' ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jattendu d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mingħajr il-Karta Ewropea tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa (EHIC/E-111)? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn jiġux iċċarġjati għas-servizzi mogħtija, u jekk iva, b’liema tariffi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li meta ċittadini tal-Unjoni Ewropea jattendu d-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei mingħajr l-EHIC, dawn jistgħu iħallsu u jiġu rimborżati minn pajjiżhom meta jmorru lura u jippreżentaw l-irċevuti oriġinali, jew jintalab Ċertifikat Proviżorju lill-istituzzjoni kompetenti fejn ikun inxurjat iċ-ċittadin mill-Entitlement Unit.