Legislature:
Category:
Reset
Active:

Att dwar is-Servizzi Veterinarji - Pariri tekniċi jew professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jintalbu pariri tekniċi jew professjonali mingħand esperti jew partijiet interessati fir-rigward ta’ kwalunkwe aġġornament tal-Att dwar is-Servizzi Veterinarji? Jekk iva, minn liema entitajiet, professjonisti jew organizzazzjonijiet qed jintalbu dawn il-pariri?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 2168.

Att dwar is-Servizzi Veterinarji - Emendi fir-Regolamenti dwar il-Professjoni tal-Kirurgi Veterinarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jiġi abbozzat aġġornament tal-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap. 437) hekk kif tnediet il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Regolamenti dwar il-Professjoni tal-Kirurgi Veterinarji (Reġistrazzjoni u Liċenzji) peress li diversi miżuri msemmija fid-dokument ta’ konsultazzjoni jirrikjedu revoka jew emendi fl-Att innifsu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li għalaq il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika, saret analiżi tas-sottomissjonijiet u bħalissa għaddej ix-xogħol meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jitressqu l-emendi neċessarji. Matul dan il-proċess ikunu qed jiġu kkonsultati esperti li huma familjari mal-proċessi u s-suġġett inkwistjoni sabiex jiġi żgurat li l-abbozz jirrifletti b’mod xieraq ir-rekwiżiti regolatorji u operazzjonali.

Infrastructure Malta – Xogħlijiet fit-toroq

Question

B’referenza għall-billboards li ttellgħu minn Infrastructure Malta fix-xhur ta’ qabel l-Elezzjoni Ġenerali illi jgħidu “1,000 triq fl-aħħar sentejn”, jista’ l-Ministru: i.    jipprovdi lista bl-ismijiet ta’ kull triq u l-lokalità; u ii.   jgħid x’tip ta’ xogħlijiet saru f’kull triq, inkluż it-tul f’metri tal-istess xogħlijiet f’kull triq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Trasport pubbliku b’xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1200, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jkun hemm mekkaniżmu li bih tinġabar informazzjoni u data dwar in-nazzjonalità tal-persuni li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data miġbura fil-preżent hija dik meħtieġa għall-amministrazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizz tat-trasport pubbliku mingħajr ħlas. Peress li n-nazzjonalità mhijiex kriterju ta’ eliġibbiltà għal dan is-servizz, f’dan l-istadju ma' saritx tali diskussjoni dwar mekkaniżmu speċifiku għall-ġbir ta’ din l-informazzjoni.

Tobba, nurses u AHP - Riżenji

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1150 u 1702 u jgħid kemm irriżenjaw tobba, infermiera, Allied Health Professionals (AHP) f'kull grad, mis-settur pubbliku bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b'xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-tminn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-saħħa ma kien hemm l-ebda terminazzjoni ta’ tobba, infermiera u Allied Health Professionals bejn Jannar u Settembru 2026.

Qasam tas-Saħħa – Ingaġġi mas-settur pubbliku

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1142 u 1450 u jgħid kemm-il persuna ġiet ingaġġata mas-settur pubbliku fil-qasam tas-saħħa bejn Jannar u Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fit-tminn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-saħħa kien hemm 46 inġagg u 30 terminazzjoni bejn Jannar u Settembru 2026.

Port tal-Imġarr – Multi marbuta ma’ veloċità eċċessiva

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1615 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1034, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il multa nħarġet wara solverjar u infurzar fil-Port tal-Imġarr, bis-sistemi msemmija fl-istess tweġiba, minn Jannar 2013 sa Ġunju 2026, maqsuma xahar b’xahar?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta twettaq is-sorveljanza u l-infurzar meħtieġ fiż-żoni li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħha, inkluż fil-Port tal-Imġarr. Fejn jiġi identifikat ksur tal-liġijiet jew tar-regolamenti applikabbli, l-Awtorità tieħu l-passi neċessarji skont iċ-ċirkostanzi tal-każ u l-proċeduri stabbiliti. L-infurzar f’din iż-żona jibqa’ jsir kontinwament, bil-għan li tiġi żgurata s-sigurtà tal-utenti u l-osservanza tar-regoli tat-traffiku.

Il-Mellieħa - Festa Ħut

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se ssir Festa Ħut fil-Mellieħa bħalma sar fi snin preċedenti u jekk iva, jagħti d-data ta’ meta se ssir din l-edizzjoni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2026, Festa Ħut kienet ippjanata li ssir f’Marsaxlokk biss fl-20 ta’ Settembru 2026. Madanakollu, din l-attivita’ kellha tiġi kkanċellata minħabba l-maltemp.

GISAP – Main Hall – Valutazzjoni tat-temperatura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx valutazzjoni tat-temperatura li tintlaħaq fil-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) waqt l-użu tal-Main Hall, partikolarment matul ix-xhur tas-sajf? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu r-riżultati ta’ din il-valutazzjoni? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra l-installazzjoni ta’ sistema ta’ arja kkundizzjonata sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet adegwati għall-atleti, l-uffiċjali u l-ispettaturi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddej ix-xogħol tekniku mill-inġiniera sabiex jitħejjew id-disinn u d-dimensjonar ta’ sistema ġdida ta’ arja kkundizzjonata.

Iċ-Ċittadella – Ftuħ tal-passaġġi pubbliċi

Question

B’referenza għall-inċident li seħħ kawża tal-maltemp fi Frar 2023, fejn waqgħet parti mill-ħajt taċ-Ċittadella, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġi rranġat u jerġgħu jinfetħu l-passaġġi pubbliċi kollha, inkluż il-passaġġ ta’ fuq il-bridge, fil-foss taċ-Ċittadella?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li diġà twettqu xogħlijiet ta’ emerġenza sabiex jitneħħa kull periklu immedjat wara l-istess maltempata. Madankollu, peress li s-sit huwa wieħed ta’ importanza storika, kien meħtieġ li jsiru l-konsultazzjonijiet neċessarji, apparti investigazzjoni arkeoloġika mis-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali (SCH). Fix-xhur li għaddew inħareġ it-tender għat-tieni fażi tax-xogħlijiet. Dan t-tender gie awarded u l-kuntrattur se jkun jista jibda x-xogħol fiż-żmien li ġej.

GISAP – Main Hall – Konformità mal-istandards internazzjonali u Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Main Hall li tintuża għall-basketball fil-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) hijiex mibnija b’parquet tal-injam li jikkonforma mal-istandards internazzjonali applikabbli għal courts tal-basketball kompetittiv, inkluż dawk tal-FIBA, u l-istandard Ewropew EN 14904? Jekk iva, jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertifikazzjonijiet jew rapporti tekniċi relevanti?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Main Hall tal-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion (GISAP) hija mgħammra bis-sistema ta’ paviment sportiv fiss tal-injam, Adisport ADIFLEX. Din is-sistema hija uffiċjalment approvata mill-FIBA bħala flooring ta’ Competition Level 1 taħt il-liċenzja WF-047-03 u, skont id-dokumentazzjoni teknika tal-manifattur, tikkonforma mal-istandard Ewropew EN 14904. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dokumentazzjoni teknika u ċ-ċertifikazzjonijiet relevanti.

Skejjel - Installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-bjut tal-iskejjel jiġu utilizzati għall-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi, sabiex tiġi ġġenerata enerġija nadifa li tista’ tgħin tilqa’ għall-ħtiġijiet addizzjonali tal-iskejjel, inkluż dawk relatati mal-arja kkundizzjonata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Ministeru jiżgura li l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi ssir skont il-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kull sit. Qabel ma titwettaq kwalunkwe installazzjoni, issir evalwazzjoni bir-reqqa tal-bżonnijiet, tal-fattibbiltà teknika u tal-benefiċċji mistennija, sabiex jiġi żgurat li l-investiment ikun effettiv, sostenibbli u jagħti l-aħjar riżultati kemm mill-aspett enerġetiku kif ukoll minn dak finanzjarju. Barra minn hekk, il-Ministeru qed ikompli jaħdem f’kollaborazzjoni mal-Awtorità dwar il-Klima u entitajiet oħra rilevanti sabiex jiġu identifikati l-aħjar opportunitajiet għall-installazzjoni ta’ sistemi fotovoltajċi. Dan ix-xogħol jinkludi valutazzjonijiet tekniċi, konsultazzjonijiet u ppjanar strateġiku, bil-għan li kull proġett ikun konformi mar-rekwiżiti regolatorji u jikkontribwixxi għall-miri nazzjonali ta’ sostenibbiltà u effiċjenza enerġetika.

Skejjel tal-Istat - Każijiet ta’ vjolenza fuq l-edukaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza fuq l-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat matul l-aħħar għaxar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Skejjel tal-Istat - Każijiet ta’ vjolenza fuq l-edukaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ vjolenza fuq l-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat matul l-aħħar għaxar snin?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2017 u l-15 ta’ Settembru 2026 fis-sistema elettronika tal-Pulizija kienu rrappurtati għoxrin (20) każ ta’ vjolenza fuq l-edukaturi fl-iskejjel tal-Istat, b’wieħed mill-każi jseħħ barra l-binja ta’ l-iskola.

Skejjel tal-Istat - Għalliema rtirati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għandux politika li tippermetti lill-għalliema rtirati li minn jeddhom ikomplu jagħtu sehemhom u jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat, fuq bażi full-time jew part-time? Jekk le, jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi introdotta tali politika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-Ftehim Kollettiv għall-Edukaturi jipprevedi li, fejn ikun meħtieġ u skont il-ħtiġijiet tas-servizz, il-Ministeru jista’ jinvolvi edukaturi supply u/jew edukaturi rtirati li jkunu l-aktar kwalifikati u idonei biex iwettqu d-dmirijiet meħtieġa. Kull każ jiġi kkunsidrat skont il-ħtiġijiet operattivi tas-servizz u f’konformità mal-qafas regolatorju u l-proċeduri applikabbli.

Il-Foss tal-Imdina – Lift – Spezzjonijiet/Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1235 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kull meta saret spezzjoni u/jew manutenzjoni fil-lift tal-Foss tal-Imdina u l-ispejjeż li kienu involuti, matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Foss tal-Imdina – Lift – Spezzjonijiet/Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1235 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid kull meta saret spezzjoni u/jew manutenzjoni fil-lift tal-Foss tal-Imdina u l-ispejjeż li kienu involuti, matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Il-Foss tal-Imdina – Lift

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1234 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi u jgħid meta ser jerġa’ jibda jiffunzjona l-lift li hemm fil-Foss tal-Imdina, wara li għal darb’oħra reġa’ mhux qed jaħdem?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Persuni impjegati f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1711 fl-intier tagħha u jgħid kemm mill-341,193 persuni li sal-aħħar ta’ Jannar 2026 kienu jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi full-time u part-time bħala impjieg ewlieni tagħhom, huma ċittadini Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċittadini ta’ pajjiżi terzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li minn numri indikati f’PQ 1711 aktar minn 72% tagħhom huma ħaddiema Maltin u ċittadini tal-UE, bil-kumplament ikunu ċittadini ta’ pajjiżi terzi.