Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ġnien il-Ħaddiem, Ġnien Ċensu Xiberras u Ġnien il-Maġistrat Salvu Attard – Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jinbeda x-xogħol fuq proġetti ta’ restawr u tisbiħ ta’ Ġnien il-Ħaddiem fix-Xewkija, Ġnien Ċensu Xiberras f’Ta’ Kerċem u Ġnien il-Maġistrat Salvu Attard fil-Qala?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fi Ġnien il-Ħaddiem u fi Ġnien Ċensu Xiberras bdew. F’dak li għandu x’jaqsam mal-proġett ta’ restawr u tisbiħ ta’ Ġnien il-Maġistrat Salvu Attard, bħalissa għaddej l-proċess biex tiġi ppreparata s-sejħa għall-offerti.

Il-Qala – Triq ġdida li tgħaqqad Triq il-Wardija ma’ Triq it-Tletin t’Ottubru 1948

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda jingħata t-tarmac fit-triq il-ġdida li tgħaqqad Triq il-Wardija ma’ Triq it-Tletin t’Ottubru 1948 ġewwa l-Qala, peress li r-residenti ta’ din it-triq ilhom sentejn jistennew li jsiru x-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qabel ma jingħata t-tarmac, jeħtieġ li jitwettqu xogħlijiet infrastrutturali minn entitajiet oħra. Il-Ministeru għal Għawdex jinsab f’kuntatt kontinwu mal-entitajiet konċernati sabiex ix-xogħlijiet meħtieġa jitwettqu u, sussegwentement, ikun jista’ jingħata t-tarmac.

Childcare Centres - POMA Clearance

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2101 u jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija li l-operaturi taċ-Childcare Centres idumu biex jirċievu risposta dwar Protection of Minors Applications (POMA) clearance rigward persuni li jixtiequ jimpjegaw? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qegħdin jittieħdu biex l-imsemmija operaturi jingħataw risposta mill-aktar fis possibbli?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi l-proċedura hija stabbilita fl-artikolu 4 (1) et sequitur tal-Kapitolu 518 tal-Ligijiet ta’ Malta. Illi meta jiġi preżentat ir-rikors fir-Reġistru tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni Volontarja), dan, jgħaddi għand l-Imħallef sabiex jingħata digriet.  Id-digriet flimkien mal-kopja tar-rikors, jintbagħat lill-Avukat Ġenerali li jkollu sebat ijiem sabiex jirrispondi.  Sussegwentement issir ir-riċerka fir-Reġistru tal-Persuni misjuba ħatja u li l-Qorti tkun ordnat li isimhom jitniżżel fl-imsemmi reġistru.  Kif titlesta r-riċerka, il-proċess jiġi kollazzjonat u mgħoddi lil imħallef għad-digriet finali.   B’kollox, din il-proċedura tieħu bejn tlieta u erba’ ġimgħat. Il-proċess huwa regolat bil-liġi u hemm termini li jridu jiġu osservati.  Madankollu l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati tagħmel minn kollox sabiex il-proċess ikun spedit.

Qorti tal-Familja - Esperti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2008 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-esperti kollha li matul l-aħħar għaxar snin servew jew għadhom iservu lill-Qorti tal-Familja u, għal kull wieħed minnhom, jindika l-professjoni, il-kwalifiki akkademiċi u professjonali, il-warrant jew ir-reġistrazzjoni professjonali fejn applikabbli, l-ispeċjalizzazzjoni, is-sena tal-ħatra, kemm-il darba ġie maħtur f’kull waħda mill-aħħar għaxar snin, l-ammont imħallas lilu kull sena, jekk sarux ilmenti jew proċeduri dixxiplinarji kontrih u l-eżitu tagħhom, kif ukoll jekk għadux jagħmel parti mir-reġistru tal-esperti tal-Qrati? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kriterji u l-proċedura għall-għażla tagħhom, il-kodiċi ta’ etika, il-linji gwida jew protokolli li jirregolaw il-ħidma tagħhom, il-proċeduri dwar kunflitti ta’ interess, il-metodu ta’ evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ taħriġ kontinwu u, jekk teżisti,  is-sistema ta’ rotazzjoni jew allokazzjoni tal-esperti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Qorti tal-Familja - Kawżi dwar kura, kustodja u aċċess

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2007 u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il kawża dwar kura, kustodja u aċċess ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Familja; b) kemm ġew deċiżi; ċ) kemm għadhom pendenti; d) kemm damu bħala medja sabiex ġew deċiżi; e) kemm-il talba sabiex jerġa’ jingħata l-aċċess ġiet ippreżentata, kemm intlaqgħu, kemm ġew miċħuda u kemm għadhom pendenti; u f) kemm-il assessjar psikoloġiku, psikjatriku jew multidixxiplinari ġie ordnat mill-Qorti u kemm-il darba r-rakkomandazzjonijiet tal-esperti ġew segwiti jew ma ġewx segwiti mill-Qorti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Qorti tal-Familja - Deċiżjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 u għal kull waħda mill-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena, jgħid: a) kemm-il każ u kemm-il tifel u tifla kienu suġġetti għal deċiżjoni tal-Qorti tal-Familja li ordnat sospensjoni totali tal-aċċess ta’ wieħed mill-ġenituri, aċċess sorveljat, aċċess immonitorjat jew ordni ta’ ebda kuntatt (“no contact”); b) kemm minn dawn id-deċiżjonijiet ingħataw permezz ta’ digriet proviżorju u kemm permezz ta’ sentenza finali; ċ) kemm minn dawn il-każijiet wasslu sabiex l-aċċess reġa’ ġie stabbilit, kemm għadhom pendenti u kemm spiċċaw f’sospensjoni permanenti jew għal żmien indeterminat; d) kemm kien hemm tfal li baqgħu mingħajr kuntatt ma’ wieħed mill-ġenituri tagħhom għal aktar minn sena, sentejn, tliet snin, ħames snin u għaxar snin; u e) x’inhu t-tul medju ta’ dawn is-sospensjonijiet?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ statistika.

Foster carers – Aċċess għal servizzi bl-eID

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1911 u jgħid x’rimedju qed jiġi offrut lil dawk il-persuni li bħalissa qed jaġixxu bħala foster carers u li ma jistgħux jużaw l-eID tagħhom biex jibbukkjaw it-trasport tal-iskola, jaċċessaw ir-riżultati tal-eżamijiet tat-tfal u r-riżultati relatati mas-saħħa tat-tfal fdati fil-kura tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W514

Direttorat tat-Tindif - Pedestrian Sweepers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kriterji jintużaw biex jintgħażlu l-irħula fejn jintużaw il-Pedestrian Sweepers tad-Direttorat tat-Tindif, u jekk dawn jintużawx fl-irħula kollha jew inkella ċerti rħula jingħataw prijorità?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab infurmata li l-Pedestrian Sweepers tad-Diviżjoni huma disponibbli għal-lokalitajiet kollha u m’hemmx lokalitajiet li jingħataw prijorità fuq oħrajn bħala prinċipju ġenerali. Il-proċedura normali hi li l-Kunsill Lokali jagħmel talba lid-Diviżjoni sabiex jiġi allokat Pedestrian Sweeper fil-lokalità. Qabel ma ssir l-allokazzjoni, il-Kunsill irid jiżgura li għandu spazju u post adegwat fejn il-magna tkun tista’ tinżamm b’mod sigur u xieraq u post fejn tkun iċċarġjata. Barra minn hekk, il-persuni li jkunu se joperaw il-magna jridu jingħataw it-taħriġ meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-Pedestrian Sweeper jintuża b’mod korrett, sigur u effettiv. Għaldaqstant, l-allokazzjoni ssir fuq talba tal-Kunsill Lokali u wara li jiġu vverifikati dawn il-kundizzjonijiet operattivi u ta’ sigurtà.

Skejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk s’issa hemmx stimi preliminari ta’ kemm kien hemm differenza fil-bookings fl-iskejjel tat-tagħlim tal-Ingliż bħala lsien barrani għas-sajf tal-2026 meta mqabbel mas-sajf tal-2025?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Bdiewa nisa reġistrati full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa reġistrati bħala bdiewa full-time?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala full-time jew part-time ma tinżammx. Mit-total tal-persuni rreġistrati li jaħdmu l-għelieqi skond il-Liġi Sussidjarja 639.13, bħalissa hemm 3,729 mara.

Bdiewa reġistrati full-time - Età

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-etajiet tal-bdiewa reġistrati full-time?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala full-time jew part-time ma tinżammx. It-tabella segwenti turi l-etajiet tat-18,157 il-persuna rreġistrata li jaħdmu l-għelieqi skont il-Liġi Sussidjarja 639.13. Numru ta’ persuni rreġistrati li jaħdmu l-għelieqi skont l-età Età Total 40 jew inqas 2,262 41 sa 65 8,796 Aktar minn 65 7,099 Total 18,157

Bdiewa reġistrati full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ bdiewa reġistrati full-time f’Malta?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar jekk il-bdiewa humiex irreġistrati bħala full-time jew part-time ma tinżammx. Bħalissa hemm 18,157 persuni rreġistrati li jaħdmu l-għelieqi skond il-Liġi Sussidjarja 639.13.

Social Climate Fund – Sejħiet għall-applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pjan u l-iskeda ta' meta ser jibdew joħorġu s-sejħiet għall-applikazzjonijiet tas-Social Climate Fund u liema setturi ser jikkonċernaw?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima huwa mistenni li jiġi varat għada is-6 ta’ Ottubru 2026. Wara dan, ser jibda l-proċess tal-ħruġ tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet.

Social Climate Fund – Pjan nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern finalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta? Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni ta' dan l-istess pjan nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li kopja tal-Pjan ta’ Malta għall-Fond Soċjali għall-Klima, kif ġie sottomess u approvat mill-Kumissjoni Ewropeja, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.

Social Climate Fund – Pjan nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjan nazzjonali tal-Gvern finalizzat, wara l-konsultazzjoni pubblika, ta' kif qed jippjana li jintużaw il-fondi Ewropej tas-Social Climate Fund allokati għal Malta? Jista' jgħid ukoll fiex wasal il-proċess tal-evalwazzjoni ta' dan l-istess pjan nazzjonali mill-Kummissjoni Ewropea?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi l-mistoqsija lill- Ministeru kkonċernat.

Wied il-Għajn - Triq iż-Żonqor - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan għax-xogħlijiet li għandhom isiru fi Triq iż-Żonqor, Wied il-Għajn, fid-dawl tal-fatt li din tinsab fi stat dilapidat, b’partijiet minnha ilhom snin magħluqin għall-pubbliku u mingħajr aċċess, kif ukoll partijiet oħra li ngħalqu minħabba l-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin fil-bidu tas-sena? Jista’ jgħid ukoll meta huwa ppjanat li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni u tisbiħ tal-kosta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant, li għal dawn l-aħħar snin, Infrastructure Malta ilha għaddejja bi programm sħiħ ta’ tisħih tal-istrutturi marittimi f’Marsaskala inkluż San Tumas.  Bosta strutturi li kienu fi stat dilapitat diġa’ nbnew mill-ġdid u frott ta’ dan seta’ jiġi osservat għax ma ġarrbu l-ebda ħsara fil-maltempata li seħħet fi Frar li għadda. Rigward strutturi li ġarbu ħsarat fl-aħħar maltempata, saret talba għall-fondi biex jiġu mibnija mill-ġdid l-istrutturi li qed iżommu Triq iż-Żonqor.  Id-dettalji għal dan ix-xogħol ġew ukoll ddisinjati. Ġaladarba jiġu allokati l-fondi, ikun jista’ jsir l-intervent neċessarju.