Legislature:
Category:
Reset
Active:

Programmi ta’ screening – Parteċipazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm differenza fil-parteċipazzjoni għall-programmi ta’ screening bejn nisa u rġiel?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li nformazzjoni dwar il-parteċipazzjoni għall-programmi ta’ screening skont il-ġeneru mhix disponibbli.

Tobba tal-familja

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm tobba tal-familja għal kull resident f’kull reġjun tal-pajjiż?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li skont id-data tal-Primary HealthCare, bħalissa hemm 270 tabib, inklużi GP Trainees (tobba li għadhom qed jitħarrġu), mqassma kif ġej: Reġjun/Servizz Tobba GP Trainees Total North 33 38 71 Central 30 33 63 South 45 38 83 Għawdex 14 – 14 Telemedicine 24 – 24 Schools 12 – 12 Shared Clinics 2 – 2 Occupational Health Unit 1 – 1 Total 161 109 270 Minn barra dawn it-tobba tal-familja li huma mpjegati mal-Primary Health Care, hemm ukoll GPs li jaħdmu fil-privat.

Studji dwar is-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Ministeru għandux studji dwar inugwaljanzi fis-saħħa bejn lokalitajiet differenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għas-Saħħa jsegwi l-evidenza u d-dejta disponibbli biex jappoġġja l-ippjanar tas-servizzi.

Aċċess għas-servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi żgurat aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa madwar Malta u Għawdex?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern għaddej bl-implimentazzjoni tal-istrateġija intitolata "A National Health Systems Strategy for Malta 2023 - 2033”.

Residenzi tal-Anzjani - Sodod ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa n-numru ta’ sodod ġodda li hemm fir-Residenzi tal-Anzjani, minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar sa Settembru 2026, żdiedu 78 sodda ġdida taħt l-iskema tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità.

Djar tal-anzjani - Żmien ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu ż-żmien medju ta’ stennija biex persuni jidħlu fi djar tal-anzjani?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx żmien medju ta’ stennija stabbilit għad-dħul fi djar tal-anzjani, peress li dan jiddependi minn diversi fatturi u għaldaqstant iż-żmien ivarja bejn każ u ieħor.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent hemm 5 first aiders ċċertifikati fil-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu.

Ministeru għas-Saħħa – Defibrillators

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa hemm ħames (5) defibrillators installati.

Ministeru għas-Saħħa – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-preżent hemm 68 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għas-Saħħa.

Ministeru għas-Saħħa – First Aiders iċċertifikati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tiegħu bħalissa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi fil-Ministeru għas-Saħħa hemm 6,509 impjegati li għandhom ċertifikazzjoni fil-Basic u Advanced Life Support, filwaqt li hemm 305 impjegati li huma First Aiders.

Is-Swieqi – Rapporti dwar storbju, vandaliżmu u mġiba antisoċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport dwar storbju, vandaliżmu, imġiba antisoċjali u disturbi għall-kwiet pubbliku ġew irreġistrati fil-lokalità tas-Swieqi matul l-aħħar sentejn u jekk hemmx pjan ta’ tisħiħ tal-infurzar għal din il-lokalità?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f'seduta oħra.

PBS – Bord Editorjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Bord Editorjali tal-PBS? Jista’ jgħid ukoll minn meta beda u meta jiskadi t-terminu ta’ kull membru tal-istess bord, u x’inhi r-remunerazzjoni finanzjarja ta’ kull membru?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

L-informazzjoni tingħata fis-seduti li ġejjien.

Għawdex – Iż-Żebbuġ u Marsalforn – Pulizija assenjati fis-Sajf

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-iskwadra tal-pulizija assenjati fiż-Żebbuġ u Marsalforn, Għawdex matul il-ġimgħa u fil-weekend tul l-istaġun sajfi?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi hemm 6 Pulizija assenjati u jkollhom il back-up tal-RIU

Iċ-Ċittadin, l-Ambjent u l-Iżvilupp 2026 – Sponsorship/appoġġ finanzjarju

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha, jew xi entità, aġenzija jew awtorità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħha, sponsorjatx jew tat xi forma ta’ appoġġ finanzjarju għall-avveniment bl-isem “Iċ-Ċittadin, l-Ambjent u l-Iżvilupp 2026”? Jekk iva, tista’ tgħid ukoll liema entità jew entitajiet taw dan l-isponsorship jew appoġġ, kemm kien l-ammont imħallas jew imwiegħed minn kull waħda minnhom, u lil min sar jew se jsir il-ħlas? Tista’ wkoll tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull kuntratt, ftehim, sponsorship agreement, purchase order jew dokument ieħor li abbażi tiegħu sar jew se jsir dan il-ħlas?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) tat appoġġ għall-konferenza “Iċ‑Ċittadin, l‑Ambjent u l‑Iżvilupp 2026”, organizzata minn Union Print.