Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Uffiċċju u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li l-MITA għandha kuntratt wieħed relatat mal-Intelliġenza Artifiċjali, intitolat "Contract for the Provision of an AI Governance Framework and a KPI Framework". Dan il-konsulenza kienet provduta minn Ernst & Young Ltd għal valur ta' €31,200 (eskluża l-VAT) u l-process ta’akkwist kien skont ir-regolament tal-public procurement regulations . Il-kuntratt ingħata fl-1 ta' Ottubru 2025 u baqa fis-seħħ sal-31 ta' Awwissu 2026.

Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili - Nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fil- Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili huwa ta’ 4.5%

Il-Forzi Armati ta’ Malta – Ħaddiema nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fil-Forzi Armati ta’ Malta u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Imterpellanta  illi t-total ta’ perċentaġġ nisa li jservu fl-Armata huwa ta’ 7.71% Dawn iservu fil-gradi kollha għajr LT.COL fejn bħalissa ma hemm ebda persuna tas-sess femminili.

Il-Korp tal-Pulizija – Ħaddiema nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa fil-Korp tal-Pulizija u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fil-Pulizija huwa ta’ 23.37% Dawn iservu fil-gradi kollha minn Assistent Kummissarju l-isfel.

Twelid – Nisa li waqfu mix-xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm nisa waqfu mix-xogħol wara t-twelid meta mqabbla mal-irġiel li ħadu leave tal-ġenituri mill-2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.

Responsabbiltajiet tal-kura – Qsim ugwali – Miżuri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri qed jittieħdu biex jiġi promoss il-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NCPE twettaq diversi inizjattivi biex tqajjem għarfien dwar l-importanza tal-qsim ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura, fosthom billi torganizza konferenzi u ttella kampanji informattivi dwar il-materja.

Is-Servizz Pubbliku – Xogħol flessibbli – Persuni li jibbenefikaw

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa u rġiel li jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ xogħol flessibbli fis-servizz pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li fejn ix-xogħol jippermeti hemm 1829 li jaħdmu fuq remote working u 1811 jaħdmu fuq extended remote working fis-servizz pubbliku.

Irmiġġi u żoni marittimi – Monitoraġġ u enforcement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali responsabbli mill-monitoraġġ u enforcement relatat mal-irmiġġi u ż-żoni marittimi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi ħdan Transport Malta hemm 6 uffiċjali fil-Port Inspectorate Unit, 13-il uffiċjal fil-Maritime Enforcement Unit u 8 uffiċjali fil-Port Security Control Centre li jwettqu xogħol ta’ spezzjoni u infurzar relatat ma’ materji marittimi. Barra minn hekk, il-Yachting and Mooring Unit, li tamministra l-irmiġġi pubbliċi f’Malta, għandha żewġ uffiċjali responsabbli mill-monitoraġġ amministrattiv u operazzjonali tal-irmiġġi.

Irmiġġi għad-dgħajjes – Allokazzjoni lil persuni jew kumpaniji barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx persuni barranin jew kumpaniji barranin li għandhom allokati lilhom irmiġġi pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Irmiġġi għad-dgħajjes – Policy jew regolamenti

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-policy jew regolamenti attwali dwar l-allokazzjoni ta’ rmiġġi pubbliċi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qafas regolatorju applikabbli għall-irmiġġi pubbliċi jinsab fir-Regolamenti dwar l-Irmiġġar ta’ Bastimenti Żgħar u Dgħajjes, Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.11.

Faċilitajiet ġodda għall-irmiġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet għal estensjoni jew żvilupp ta’ marinas jew faċilitajiet ġodda għall-irmiġġi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità qiegħda tkompli tevalwa diversi possibbiltajiet sabiex tiżdied u titjieb il-kapaċità tal-faċilitajiet tal-irmiġġi u tal-marinas fil-portijiet tagħha, bil-għan li tkun tista’ tlaħħaq aħjar mad-domanda preżenti u futura. Fl-istess waqt, fir-rigward taż-żoni tal-irmiġġi amministrati mill-Awtorità, qegħdin jitwettqu u jiġu ppjanati proġetti ta’ riorganizzazzjoni f’diversi bajjiet.

Irmiġġi għad-dgħajjes – Studju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju dwar il-ħtieġa għal aktar spazji ta’ rmiġġ madwar Malta u Għawdex?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-domanda għal spazji ta’ rmiġġ hija monitorjata kontinwament abbażi tal-applikazzjonijiet li tirċievi l-Awtorità. L-għadd ta’ applikazzjonijiet jindika domanda dejjem tikber għal irmiġġi pubbliċi. Għaldaqstant, l-Awtorità tkompli tevalwa l-kapaċità eżistenti u l-possibbiltajiet ta’ riorganizzazzjoni u ottimizzazzjoni taż-żoni tal-irmiġġi f’Malta u Għawdex, bil-għan li, fejn possibbli, jiżdiedu l-faċilitajiet disponibbli sabiex tintlaħaq id-domanda preżenti u futura.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2026?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru tal-Kultura, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għal domanda parlamentari Nru W331

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru W330.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2026?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi t’Akkwist skont il-valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill- Public Procurement Regulations .