Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fil-Park ta’ San Klement, f’Ħaż-Żabbar, sa qabel ir-riġenerazzjoni fl-2020?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Park ta’ San Klement huwa fost l-akbar spazji miftuħa naturali li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ Malta b’40 tomna t’art. Dan kien proġett fejn żona abbandunata ġiet trasformata f’park naturali.
Ix-xogħlijiet biex is-sit sar park fl-2020 kienu jiffokaw prinċipalment fuq it-tindif tas-sit, inkluż it-tneħħija ta’ materjal veġetattiv, skart domestiku, apparat mormi u materjal tal-kostruzzjoni. Sussegwentement saru x-xogħlijiet biex iż-żona nbidlet f’park li għandu diversi partijiet li huma adattati għall-pikniks, kif ukoll għal attivitajiet rikreattivi oħra qalb numru kbir ta’ siġar taż-Żebbuġ, waqt li t-tfal jistgħu jgawdu minn spazju għal-logħob. Fil-park hemm ukoll anfiteatru li hu ideali għal taħditiet u attivitajiet ta’ divertiment.
Il-park kompla ġie estiż fl-2023 fejn żona li kienet tintuża għal rimi llegali ta’ skart inbidlet fi ġnien, kif ukoll tlestiet korsa tal-ostakli (OCR) l-ewwel tat-tip tagħha li qatt saret f'park pubbliku f'Malta. Il-korsa waħedha tkopri aktar minn 2,700 metru kwadru.
Ministeru għal Għawdex – Responsabbiltajiet tad-dekasteru
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema dipartimenti, taqsimiet jew sezzjonijiet kienu jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex fl-2012? Jista’ jgħid ukoll liema minnhom ma baqgħux taħt id-dekasteru tal-Ministeru għal Għawdex mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jelenka kull dipartiment, taqsima jew sezzjoni u jgħid lejn liema ministeru, aġenzija, awtorità jew entità ġew trasferiti u f’liema sena saru tali trasferimenti? Jista' jgħid ukoll liema dipartiment, taqsimiet jew sezzjonijiet, huma responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex?
Response (ABELA, ROBERT)
Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra iċ-ċirkularijiet fejn jirrigwarda l-Ministeru ta’ Għawdex u l-portafol tiegħu li kienu maħruġa mis-Servizz Pubbliku.
Għawdex – Ċitazzjonijiet għal ħruġ ta’ skart mhux skont l-iskeda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet f’Għawdex relatati ma’ boroż ta’ skart domestiku li tħallew barra fil-ġranet jew fil-ħinijiet mhux permessi skont il-liġi matul is-sena 2025 u matul is-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tingħata tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid ukoll f’liema lokalitajiet f'Għawdex inħarġu tali ċitazzjonijiet?
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex filwaqt li l-Korp tal-Pulizija f’Malta ngħataw vetturi inkluż muturi ġodda, il-Pulizija f’Għawdex ma bbenefikatx mill-istess investiment? Kemm-il vettura inkluż muturi ġodda ngħataw lill-Korp tal-Pulizija matul l-aħħar sentejn u kemm minnhom ġew allokati f'distretti u skwadri f’Malta, u kemm minnhom ġew allokati lill-Pulizija f’Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx pjan sabiex il-Pulizija f’Għawdex jingħataw vetturi ġodda fil-futur qarib?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fl-aħħar sentejn inħarrġu 84 vettura għall-użu tal-Korp tal-Pulizija li minnhom tlieta kienu ġew allokati f’Għawdex.
81 vettura oħra kienu allokati madwar distretti u skwadri tal-Pulizija differenti. Fiż-żmien li ġej il-pulizija mistennija tkompli tinvesti f’vejikoli oħrajn biex jintużaw f’Malta u f’Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm toroq f’Għawdex li għadhom mingħajr wearing course u jagħti l-isem tal-imsemmija toroq u l-lokalità rispettiva? Jista' jgħid ukoll kemm dawn it-toroq ilhom mingħajr wearing course u jindika meta hemm il-ħsieb li jsiru?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għal mistoqsija parlamentari numru 1245.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm toroq f’Għawdex li x-xogħlijiet fuqhom għadhom ma tlestewx jew li jinsabu nofshom kompluti? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni lokalità b’lokalità, u għal kull triq jindika:
i. ir-raġuni għad-dewmien;
ii. f’liema stadju jinsabu x-xogħlijiet; u
iii. d-data prevista meta dawn se jitlestew?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm ħames toroq li jaqgħu taħt din il-kategorija. Dawn it-toroq huma; Triq ta’ Wara s-Sur u Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat, Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur, Triq ir-Rabat fix-Xagħra u Triq Gidi fix-Xewkija. Ix-xogħlijiet fit-toroq msemmija mistennija jitkomplew fix-xhur li ġejjin. Dan għaliex għad iridu jsiru xogħlijiet oħrajn, fosthom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ servizzi u anke culverts. Uħud minn dawn x-xogħlijiet jridu jsiru minn entitajiet li ma jaqgħux taħt ir-responsabilita tal-Ministeru. Dan apparti xogħlijiet oħrajn li jridu jsiru minn terzi sakemm jitkomplew ix-xogħlijiet fl-imsemmija toroq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju f'Ħ’Attard minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika t-tip ta' storbju?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u l-aħħar ta’ Gunju 2026, minn tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, taħt il-kategorija dwar ksur ta’ paci u ordni pubblika, Ħ’Attard kien hemm ghaxar (10) kazi rreġistrati.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali u jgħid lil min kienet qed issejjaħ Dar it-Tama fi Triq Matty Grima f’Bormla, f’dawn l-aħħar ħames snin?
Qorti u Tribunal t’Għawdex – Każijiet ta’ pussess tad-droga
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 465 u jgħid kemm-il każ ta’ pussess sempliċi ta’ droga ġie rrappurtat jew tressaq quddiem il-Qrati f’Għawdex u quddiem it-Tribunal matul is-snin 2024, 2025 u 2026, maqsuma sena b’sena, u jindika x’tip ta’ sustanzi kienu involuti f’dawn il-każijiet?
Jista' l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti r-refurbishment li ser isir fil-Housing Estate f'Ta' Xbiex?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tisbiħ u l-manutenzjoni tal-blokok fil-housing estate f’Ta’ Xbiex jikkonsistu f’dan li ġej:
· Manutenzjoni tal-faċċati
· Applikazzjoni ta’ membrane fuq il-bjut, tikħil u żebgħa tal-opramorti, u tiswija tal-injam ta’ taħt it-tankijiet tal-ilma
· Żebgħa tal-ħitan tat-tromba tat-taraġ u tal-handrails tat-taraġ, kif ukoll upgrading tad-dawl fejn applikabbli
· Tikħil u żebgħa tal-ħitan fix-shafts il-kbar
Dan ix-xogħol bħalissa għaddej fuq diversi blokok. Ix-xogħol beda aktar kmieni din is-sena u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir refurbishment fil-blokok tad-djar tal-Gvern? Jekk iva, jista' jelenka l-lokalità, it-timeframe u l-investiment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-akkomodazzjoni soċjali għal din is-sena għadu għaddej. B’total ta’ 80 blokka ppjanati għal din is-sena, b’investiment stmat ta’ €5,147,611. Nirreferi għat-Tabella 1, li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li turi l-progress tax-xogħlijiet skont il-lokalità, inkluż il-blokok fejn ix-xogħol tlesta, dawk li bħalissa jinsabu fil-fażi ta’ implimentazzjoni, u dawk li fuqhom ix-xogħol mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Il-programm huwa mistenni jitlesta sa tmiem is-sena 2026.
Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-programm ta’ tisbiħ għall-2027 għadu qed jiġi mfassal. F’dan l-istadju, il-lista tal-lokalitajiet u l-investiment relatat għadhom ma ġewx approvati formalment mill-Bord tal-Awtorità tad-Djar.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li
l-entitajiet fi hdan il-Ministeru ngaġġaw
lil dawn il-persuni sabiex jipprovdu konsulenza fuq is-suġġetti inkwistjoni, kif ġej: Acrosslimits, Prof. Gordon J. Pace, University Of Malta, SeyTravel Ltd. Infurmat li, kif jiġri dejjem liens segwiti l-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Infurmat ukoll li l-informazzjoni mitluba hija diġà ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, Information Management Unit fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja ingaġġat l-għajnuna tal- Konsulenza
Marbuta mal-Intelliġenza Artifiċjali minn għand (DNP Group, ICT Solutions u GTG legal) skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Lista ta’ konsulenzi
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet, il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli, Housing Projects Solutions, Joint Office, Malita u l-Awtorità tal-Artijiet ma kellhom ebda konsulenza mogħtija li tirrelata mal-Intelliġenza Artifiċjali.
Ninforma lill-Onor Interpellant li L-Awtorità tad-Djar u Land Registration Agency ingaġġaw lil persuni hekk skond l-informazzjoni li hemm fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra sabiex jipprovdu konsulenza fuq is-suġġetti inkwistjoni kif jiġri dejjem skond il-proċeduri stabbiliti fir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku. Infurmat ukoll li l-informazzjoni mitluba hija diġà ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?