L-Isptar Mater Dei – Flus dovuti minn pazjenti barranin
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus dovuti lill-Isptar Mater Dei minn pazjenti barranin matul l-aħħar sitt xhur, u kemm minn dan l-ammont ġie rkuprat mill-isptar sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x'miżuri qed jittieħdu biex jinġabar il-bilanċ pendenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Marzu 2026 u l-31 ta’ Awwissu 2026, l-Isptar Mater Dei ffattura servizzi b’valur ta’ €3,056,208.12 lill-pazjenti li kienu suġġetti għal ħlas dirett. Minn dan l-ammont, €1,779,624.39, ekwivalenti għal 58.2%, ġew irkuprati jew regolarizzati, filwaqt li €1,276,583.73 baqgħu pendenti fid-data tal-analiżi.
L-Isptar Mater Dei jopera proċess strutturat ta’ kontroll tal-kreditu li jibda mill-ħruġ tal-kont, li fil-maġġoranza tal-każijiet issir fil-ħin tar-rilaxx tal-pazjent b’mod mediku. F’dan l-istadju, il-pazjent jingħata spjegazzjoni ċara dwar il-mezzi kollha disponibbli sabiex jiġi regolarizzat il-ħlas dovut.
Fejn ikun hemm polza tal-assigurazzjoni fis-seħħ, il-pazjent jingħata l-assistenza meħtieġa sabiex il-kumpanija tal-assigurazzjoni tingħata d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni kollha relevanti sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess tal-garanzija tal-ħlas. Meta l-ispejjeż mediċi ma jkunux koperti mill-polza tal-assigurazzjoni, jew meta l-pazjent ma jkollux assigurazzjoni valida, il-pazjent jintalab iħallas l-ammont dovut direttament.
F’każijiet fejn il-ħlas immedjat ma jkunx possibbli, l-Isptar jista’ jidħol f’arranġamenti ta’ ħlas skedat mal-pazjent. Il-ħlasijiet taħt dawn il-ftehimiet jiġu segwiti regolarment mid-dipartiment tal-Billing sabiex jiġi żgurat li l-obbligi miftehma jiġu osservati.
Il-każijiet kollha pendenti huma segwiti b’mod attiv permezz ta’ ittri ta’ tfakkira, komunikazzjoni telefonika u kuntatt dirett mal-pazjent jew mar-rappreżentanti tiegħu. Fejn dawn il-miżuri ma jwasslux għar-regolarizzazzjoni tad-dejn, l-Isptar jieħu l-passi ulterjuri previsti, inkluż ir-riferiment għal proċeduri legali għall-irkupru tal-ammonti dovuti.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-pazjenti kollha li kienu obbligati jħallsu għas-servizzi mogħtija mill-Isptar Mater Dei matul l-aħħar sitt xhur, kemm kienu ċittadini tal-Unjoni Ewropea mingħajr EHIC, u kemm kienu ċittadini ta' pajjiżi terzi? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-perċentwal ta’ dawk li fil-fatt ħallsu għas-servizzi li ngħatawlhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu Marzu – Awwissu 2026, kien hemm 597 kont relatat ma’ trattamenti mogħtija lil ċittadini tal-Unjoni Ewropea (li ma kellhomx EHIC) u 2,361 kont relatat ma’ trattamenti mogħtija lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi.
Mill-valuri totali:
Ċittadini tal-UE: tħallas 63.1% (€344,988.89 minn €547,015.47)
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi: tħallas 57.2% (€1,436,203.83 minn €2,509,192.65)
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-proċedura li tiġi segwita fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi (non-EU) li jattendu fl-Isptar Mater Dei kemm fid-Dipartiment tal-Emerġenza kif ukoll għal kwalunkwe ammissjoni jew proċedura sussegwenti? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn jiġux iċċarġjati, u b’liema tariffi?
Response (BORG, IAN)
Infurmat li fl-Isptar Mater Dei, kull pazjent li jattendi fid-Dipartiment tal-Emerġenza jew għal ammissjoni sussegwenti jingħata l-kura medika meħtieġa skont il-kundizzjoni klinika tiegħu. Il-proċess ta’ verifika tal-intitolament u l-arranġamenti ta’ ħlas isiru matul il-passaġġ tal-pazjent fl-isptar meta l-pazjent ikun klinikament stabbli u jkun sigur li jsiru tali arranġamenti.
Meta ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx intitolat għal kura mingħajr ħlas, il-kontijiet jinħarġu skont it-tariffi applikabbli stabbiliti taħt l-Att dwar il-Ħlasijiet għall-Kura tas-Saħħa (Healthcare Fees Act) u l-leġiżlazzjoni relatata.
Matul l-ewwel sena ta’ residenza tagħhom f’Malta, ċittadini ta’ pajjiżi terzi huma normalment meħtieġa jkunu koperti b’polza privata ta’ assigurazzjoni tas-saħħa. F’dawn il-każijiet, l-Isptar Mater Dei jagħmel il-proċess meħtieġ sabiex l-ispejjeż tal-kura jiġu rkuprati mill-assigurazzjoni rispettiva fejn il-kopertura tkun applikabbli.
Fejn l-ispejjeż ma jkunux koperti mill-assigurazzjoni jew fejn ma teżistix kopertura valida, il-pazjent jintalab iħallas għall-kura u s-servizzi mogħtija. L-uffiċjali finanzjarji tal-Isptar Mater Dei jsegwu l-kontijiet pendenti permezz tal-proċeduri stabbiliti ta’ kontroll u rkupru tad-dejn, inkluż kuntatt mal-pazjent, segwitu għal dokumentazzjoni nieqsa, arranġamenti ta’ ħlas fejn applikabbli u segwitu mal-kumpaniji tal-assigurazzjoni.
Meta l-miżuri kollha ta’ rkupru tad-dejn ma jwasslux għall-ġbir tal-ammont dovut, il-każ jista’ jiġi riferut għal passi legali skont il-proċeduri stabbiliti tal-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sewwieqa tal-linja neqsin skont il-pjan approvat?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol ta’ Transport Malta, bħala r-regolatur, huwa li jiżgura li Malta Public Transport, bħala l-operatur, jipprovdi s-servizz skont it-termini u l-obbligi stabbiliti fil-kuntratt ta’ konċessjoni tal-2015.
Transport Malta u Malta Public Transport – Penali mħallsa lill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu penali lill-Gvern, mill-Malta Public Transport u kemm tħallsu penali lill-Malta Public Transport fl-aħħar ħames snin?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid, bħala medja,kemm persuni jużaw is-servizzi tal-Malta Public Transport kuljum u kemm kienet din iċ-ċifra għal kull sena mill-2019 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-medja ta’ vjaġġi tal-passiġġieri hija kif tidher fit-tabella segwenti:
Sena
Medja ta’ vjaġġi tal-passiġġieri kuljum
2019
157,286
2020
92,539
2021
96,458
2022
134,856
2023
184,224
2024
207,598
2025
227,245
Jannar -Ġunju 2026
234,673
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux mira uffiċjali biex inaqqas in-numru ta’ vetturi privati fit-toroq u x’inhi din il-mira?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi lir-rwol tal-Gvern huwa li permezz tal-awtoritajiet kompetenti, ikompli joffri, jsaħħaħ u jinċentiva lin-nies jużaw mezzi ta’ trasport differenti u alternattivi flok jibqgħu dipendenti fuq l-użu tal-vettura privata tagħhom. Dan il-Gvern jemmen iktar fil-politika tal-inċentiv milli tal-kastig u għalhekk jippreferi juża dan l-approċċ milli jimponi taxxi diretti fuq sidien ta’ vetturi privati.
Anzjani li jgħixu f’abitazzjonijiet mhux aċċessibbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm anzjani li għadhom jgħixu f’abitazzjonijiet mhux aċċessibbli minkejja li applikaw għal trasferiment?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward tal-applikazzjonijiet pendenti għat-tpartit ta’ akkomodazzjoni minn persuni anzjani, ta’ aktar minn 60 sena, li għandhom diffikultajiet ta’ mobbiltà u li r-raġuni ewlenija għat-talba tagħhom għat-tpartit hija l-preżenza ta’ turġien fl-akkomodazzjoni attwali tagħhom, it-total ta’ dawn l-applikazzjonijiet huwa ta’ 62.
Awtorità tad-Djar – Skemi ta’ downsizing volontarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar għandhiex skemi ta’ downsizing volontarju biex anzjani li jgħixu f’akkomodazzjoni kbira jkunu jistgħu jmorru jgħixu f’residenzi iżgħar u aktar adattati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni anzjani li jixtiequ jnaqqsu d-daqs tal-akkomodazzjoni tagħhom u jmorru jgħixu f’akkomodazzjoni iżgħar jistgħu jagħmlu dan permezz tat-tpartit tal-akkomodazzjoni u jiġu inklużi fil-lista tat-tpartit.
It-talba għat-tpartit tkun ukoll determinata, fost l-oħrajn, mil-lokalità preferuta mill-applikant u xierqa għall-bżonnijiet tiegħu.
Sal-ġurnata li fiha qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari , hemm 41 applikazzjoni fuq il-lista tat-tpartit li jirrigwardjaw din ir-raġuni.
Formularju tal-Gvern - Mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi - Investiment
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’kien l-investiment fuq il-mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi li ddaħħlu fil-Formularju tal-Gvern matul l-aħħar sentejn, maqsuma skont il-mediċina?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li sar investiment ta’ iktar minn 5 miljun ewro fuq il-mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi li ddaħħlu fil-Formularju tal-Gvern matul l-aħħar sentejn. Infurmat li l-prezzijiet ikunu ppubblikati fis-sejħiet għall-offerti fuq l-ePPS.
Formularju tal-Gvern - Kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi - Pazjenti li bbenefikaw mill-mediċina
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm pazjenti bdew jibbenefikaw minn mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi li ddaħħlu fil-Formularju tal-Gvern matul l-aħħar sentejn, maqsuma skont il-mediċina?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li madwar 6,000 pazjent qed jibbenefikaw mill-mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi li ddaħħlu fil-Formularju tal-Gvern matul l-aħħar sentejn. L-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Name of Medicine
Number of Patients
Olanzapine Tablets 2.5mg
314
Olanzapine Prolonged Release Injection 210mg
18
Olanzapine Prolonged Release Injection 300mg
10
Aripiprazole Tablets 5mg
2,483
Buprenorphine Sublingual Tablets 0.4mg
14
Buprenorphine Sublingual Tablets 8mg
17
Aripiprazole Prolonged Release Injection 300mg
32
Olanzapine Prolonged Release Injection 405mg
2
Aripiprazole Oral Solution 1mg/mL
224
Buprenorphine 2mg + Naloxone 0.5mg Sublingual Tablets
50
Buprenorphine 8mg + Naloxone 2mg Sublingual Tablets
43
Buprenorphine Sublingual Tablets 2mg
21
Bupropion Modified Release Tablets 150mg
1579
Bupropion Modified Release Tablets 300mg
645
Sertraline Scored Tablets 50mg
248
Sertraline Tablets 100mg
253
Formularju tal-Gvern - Kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi - Mediċini
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema mediċini għall-kura ta’ kundizzjonijiet psikjatriċi ddaħħlu fil-Formularju tal-Gvern matul l-aħħar sentejn u, għal kull waħda, jindika d-data tal-introduzzjoni fil-formularju u l-użu terapewtiku tagħha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt:
Name of Medicine
Therapeutic Use
Date of Introduction on the Formulary
Olanzapine Tablets 2.5mg
Addiction Disorders, Chronic Eating Disorders, Chronic Mood Disorders, Chronic Neurotic Disorders, Chronic Psychiatric Disorders Starting in Childhood, Dementia, Malignant Diseases, Psychosis, Schizophrenia
April 2024
Olanzapine Prolonged Release Injection 210mg
Schizophrenia
April 2024
Olanzapine Prolonged Release Injection 300mg
Schizophrenia
April 2024
Aripiprazole Tablets 5mg
Chronic Mood Disorders, Chronic Neurotic Disorders, Chronic Psychiatric Disorders Starting in Childhood, Psychosis, Schizophrenia
April 2024
Buprenorphine Sublingual Tablets 0.4mg
Addiction Disorders
June 2024
Buprenorphine Sublingual Tablets 8mg
Addiction Disorders
July 2024
Aripiprazole Prolonged Release Injection 300mg
Schizophrenia
August 2024
Olanzapine Prolonged Release Injection 405mg
Schizophrenia
August 2024
Aripiprazole Oral Solution 1mg/mL
Chronic Mood Disorders, Chronic Psychiatric Disorders Starting in Childhood, Psychosis, Schizophrenia
August 2024
Buprenorphine 2mg + Naloxone 0.5mg Sublingual Tablets
Addiction Disorders
December 2024
Buprenorphine 8mg + Naloxone 2mg Sublingual Tablets
Addiction Disorders
December 2024
Buprenorphine Sublingual Tablets 2mg
Addiction Disorders
December 2024
Bupropion Modified Release Tablets 150mg
Chronic Mood Disorders
January 2025
Bupropion Modified Release Tablets 300mg
Chronic Mood Disorders
July 2025
Sertraline Scored Tablets 50mg
Chronic Mood Disorders, Chronic Neurotic Disorders
July 2026
Sertraline Tablets 100mg
Chronic Mood Disorders, Chronic Neurotic Disorders
July 2026
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm professjonisti impjegati fis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont il-professjoni?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid minn liema sorsi ġew ir-riferimenti lis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont jekk ġewx minn skejjel, tobba tal-familja, sptarijiet, professjonisti tas-saħħa, Aġenzija Appoġġ jew sorsi oħra?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1727.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ġew riferuti każijiet ġodda lis-servizzi li qabel kienu joperaw bħala Child and Young People’s Services (CYPS) u li llum jiffurmaw parti miċ-Child and Adolescent Services (CAYS), matul l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont ir-raġuni ewlenija tar-riferiment, inklużi ansjetà, depressjoni, behavioural difficulties, eating disorders, self-harm, suicidal thoughts u kundizzjonijiet oħra?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 1727.
Gwardamanġa – Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima – Roof Garden – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fir-Roof Garden tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, f’Gwardamanġa, sa qabel ir-riġenerazzjoni fl-2022?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru f’Wied Fulija, fiż-Żurrieq, sa qabel ir-riġenerazzjoni fl-2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qabel inbidlet f’Park, Wied Fulija fiż-Żurrieq kienet miżbla. Fl-2019, WasteServ bdiet proġett ta’ riabilitazzjoni u restawr ambjentali kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea li tlesta u ġie inawgurat fl-2021. Ix-xogħlijiet li saru kienu jinkludu l-istabbilizzazzjoni tal-iskart, siġillar ta’ dan l-iskart b’sistema adattata, passaġġi u t-tħawwil ta’ madwar 43,000 siġra u arbuxell indiġeni biex iż-żona ġiet integrata fl-ambjent naturali tagħha u l-pubbliku seta’ jibda jaċċessa u jgawdi ż-żona b’mod sigur.
Permezz ta’ dan il-proġett, flok miżbla nħoloq spazju miftuħ għall-pubbliku ta’ madwar 91,000 metru kwadru fiż-Żurrieq u l-inħawi tal-madwar. Is-sit għadu taħt ir-responsabbiltà ta’ WasteServ, li tkompli tmexxi u tieħu ħsieb il-manutenzjoni tiegħu bħala spazju aħdar aċċessibbli għall-pubbliku.