Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1860 u jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Transport Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Infrastructure Malta – Programm ta’ manutenzjoni tat-toroq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1859 u jgħid jekk Infrastructure Malta għandhiex programm ta’ manutenzjoni tat-toroq arterjali u distributorji, u jekk fl-affermattiv jagħti dettalji tax-xogħlijiet li saru mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż jekk ix-xogħlijiet f’dan il-programm jinkludux it-tindif u/jew tiswija ta’ tabelli, bollards, mirja u guardrail reflectors, kif ukoll it-tneħħija ta’ veġetazzjoni illi qed tgħatti s-sinjali tat-traffiku?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi t-toroq arterjali u distributorji jiġu spezzjonati regolarment sabiex jiġu identifikati l-interventi meħtieġa u jsiru t-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa tal-assi kollha li jinsabu f’dawn it-toroq. Barra minn hekk, issir il-koordinazzjoni meħtieġa ma’ entitajiet pubbliċi u kumpaniji privati oħra, sabiex jiġi żgurat li l-manutenzjoni tal-assi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tagħhom titwettaq min-naħa tagħhom.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1858 u jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Infrastructure Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1857 u jgħid jekk il-miri relatati mal-proġett tal-flyover tal-Marsa li t-travel time jitnaqqas b’79%, it-tniġġis jitnaqqas b’70% u li għal kull €1 miljun li ġie investit ikun hemm ritorn ta’ €4.2 miljun f’benefiċċji bħal tnaqqis fil-ħin tal-ivvjaġġar, inqas konsum ta’ fuel u inqas inċidenti, eċċ., intlaħqux? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li setgħu saru mill-2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jikkonfermaw dawn il-perċentwali u ċifri?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-miri msemmija intlaħqu, u dan abbażi ta’ analiżi interna li saret wara li intemm il-progett.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tomna art hija reġistrata fuq bdiewa full-time?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tali informazzjoni jekk bdiewa humiex full-time jew inkella part-time ma tinżammx.
Bħalissa hemm total ta’ 98,600-il tomna art reġistrata.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk matul it-tielet ġimgħa ta’ Lulju 2026 iċ-chillers tal-Isptar Mater Dei kinux bil-ħsara, u b’riżultat ta’ dan, kienx hemm swali mingħajr arja kkundizzjonata u laboratorji bil-magni weqfin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul it-tielet ġimgħa ta’ Lulju tas-sena kurrenti, żviluppat ħsara teknika f’uħud miċ-chillers tal-Isptar Mater Dei. B’konsegwenza ta’ dan, f’xi swali, l-arja kkundizzjonata kienet inqas b’saħħitha minn kif tkun normalment.
Is-Swieqi - Charging pillars għall-iċċarġjar ta’ vetturi elettriċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm charging pillars pubbliċi għall-vetturi elettriċi fis-Swieqi? Kemm minnhom huma operattivi u fejn jinsabu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tas-Swieqi hemm14-il charging point, li jinsabu fi Triq is-Swieqi, Triq l-Istasija, Triq tal-Ibraġġ, Triq ix-Xiber, Triq il-Miżura c/w Triq l-Istasija, Triq Slielem u Triq Keffa.
San Ġiljan - Charging pillars għall-vetturi elettriċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm charging pillars pubbliċi għall-vetturi elettriċi f’San Ġiljan? Kemm minnhom huma operattivi u fejn jinsabu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ San Ġiljan hemm12-il charging point, li jinsabu fi Triq Ta’ Giorni, Spinola Bay Parking Lot (quddiem Tigullio), Triq Lapsi c/w Triq San Mark, Triq il-Qalb Imqaddsa, Triq Mikiel Anġ Borġ (Tigullio Parking) u fi Triq Manwel Dimech (Pjazza tal-Balluta).
Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm charging pillars pubbliċi għall-vetturi elettriċi f’Tas-Sliema? Kemm minnhom huma operattivi u fejn jinsabu?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Tas-Sliema hemm 14-il charging point, li jinsabu tnejn fi Triq ix-Xatt, Xatt ta’ Qui Si Sana, Triq Ċensu Xerri, Triq Sir Adrian Dingli, Triq Bisazza (Parking lot) u Għar id-Dud.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda x-xogħol (rikostruzzjoni tat-toroq) diġà maqbul mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi fi Triq il-Muża, parti minn Triq Santa Margerita, parti minn Triq it-Tabib Nikola Zammit, Triq iż-Żerniq u Triq l-Għid, peress li dawn it-toroq kienu diġà fil-lista ta’ Infrastructure Malta u kellhom jitlestew sas-sena 2024?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-kas ta’ l-imsemmija lokalita’ saru xogħlijiet f’diversi toroq fosthom Triq Anabelle Vassallo, Triq Imqabba, Triq il-Knisja Qaddima, Triq Eusebio Buhagiar, Triq Nikolo Baldacchino, Triq Giancomo Leopardi u s-sqaq, Triq Ta’ Kandja, Triq Salvu Borg Olivier, Parti minn Blat il-Qamar, Triq tar-Rangu, Limiti ta’ Żejnu, Sqaq fi Triq il-Panoramika, Triq Santu Kristu tal-Għolja, Triq il-Madonna tal-Girgenti, Triq Wied tal-Lewża, Parti minn Triq Għajn il-Kbira, Sqaq fi Triq Ċensu Moran, Sqaq fi Triq San Lawrenz tal-Għolja, Sqaq fi Triq Wied Ħanżir, Sqaq ta’ Għaqba, Triq tal-Għaqba, Triq Wied Kosta u parti minn Triq Gianpula. Fil-frattemp, bħalissa qed isiru proġetti maġġuri f’din l-istess lokalita’ fosthom Vjal Kulħadd fi Triq Monsinjur Mikiel Azzopardi u t-twessiegħ ta' Triq Bur il-Kbir li sservi ta' rotta alternattiva għall-dawk li jivvjaġġaw fiż-żoni tal-madwar.
Ix-xogħlijiet fit-toroq jiġu allokati skond l-esiġenzi u l-prioritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Iż-Żejtun – Triq id-Daħla ta’ San Tumas – Xogħlijiet
Question
B’referenza għax-xogħlijiet marbutin mat-twessiegħ ta’ Triq id-Daħla ta’ San Tumas, fiż-Żejtun, imħabbra xi xhur ilu mill-Ministru responsabbli fil-leġiżlatura preċedenti, u li ġew konklużi fil-ġimgħat li għaddew, jista’ l-Ministru jgħid:
i. jekk sarx studju dwar il-bżonn u/jew l-impatt tal-imsemmija xogħlijiet;
ii. kemm sewa l-akkwist tal-proprjetà li twaqqgħet u reġgħet inbniet biex seta’ jsir it-twessigħ u jqiegħed kopja tal-kuntratt tal-akkwist fuq il-Mejda tal-Kamra; u
iii. liema kuntrattur eżegwixxa x-xogħlijiet kollha u jekk dan intgħażilx wara sejħa pubblika għall-offerti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sar studju xjentifiku qabel ma nkisbu l-permessi neċessarji sabiex ikun jista’ jibda x-xogħol. Fir-rigward tal-miżuri ta’ traffic calming, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet tekniċi mal-Transport Malta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta’ stennija biex persuna isirilha debridement and/or repair peroneus brevis tendon fil-qasam tal-ortopedija?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sat-30 ta’ Settembru 2026 kien hemm 5 pazjenti li ilhom jistennew aktar minn dak stipulat fiċ-Charter tal-Pazjenti, biex isirilhom debridement and/or repair peroneus brevis tendon fil-qasam tal-ortopedija.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1240, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont totali ta’ applikazzjonijiet għal parkeġġi blue badge riżervati minn Ġunju 2025 sa Ġunju 2026? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-applikazzjonijiet ġew milqugħa, kemm ma ntlaqgħux u kemm għadhom pendenti?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bejn Ġunju 2025 u Ġunju 2026, ġew sottomessi 1,169 applikazzjoni għal parkeġġi riżervati għal persuni li għandhom il-blue badge.
Kull applikazzjoni li tasal għand Transport Malta tiġi riferuta lill-Bord Mediku tal-Aġenzija Sapport għall-evalwazzjoni. Abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-istess Bord, matul il-perjodu msemmi Transport Malta approvat 696 applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1765 u jipprovdi lista ta' konsulenti li għandha l-AIMS, jgħid kemm tħallsu mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm minnhom għadhom attivi u jekk humiex on a retainer basis?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi tul il-perjodu msemmi, l-AIMS kellha tlett (3) konsulenzi legali, li preżentament wieħed minnhom biss għadu attiv, żewġ (2) konsulenzi attivi fir-rigward ta’ Integrita Sportiva, konsulenza waħda (1) dwar Anti-Doping li għadu attiv u konsulenza waħda (1) attiva dwar Data Protection Compliance. F’kull każ, tkun segwita l-proċedura skont ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1764 u tgħid:
i. jekk il-Gvern iqisx li t-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija huwa biżżejjed sabiex jindirizza r-riskji li jistgħu jirriżultaw minn kriżi internazzjonali li taffettwa kemm il-provvista tal-elettriku minn Sqallija kif ukoll il-provvista tal-LNG;
ii. x’inhu l-pjan ta’ kontinġenza tal-Gvern f’każ li, minħabba kriżi internazzjonali jew ġeopolitika, Malta tiffaċċja diffikultajiet kemm fl-importazzjoni tal-elettriku kif ukoll fil-provvista tal-LNG;
iii. jekk sarux studji jew stress tests dwar ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija ta’ Malta f’xenarju fejn il-provvista tal-elettriku minn Sqallija u l-importazzjoni tal-LNG jiġu affettwati fl-istess ħin u jekk iva, meta saru u x’kienu l-konklużjonijiet ewlenin tagħhom; u
iv. x’miżuri addizzjonali qed jippjana l-Gvern sabiex isaħħaħ is-sigurtà tal-enerġija għal Malta u jnaqqas id-dipendenza tagħha fuq sorsi ta’ enerġija importati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sistema tal-enerġija ta’ Malta hija mfassla biex tissodisfa standards internazzjonali ta’ sigurtà tal-provvista u hija sostnuta minn taħlita ta’ ġenerazzjoni lokali, interkonnessjoni ma’ Sqallija u miżuri operattivi ta’ mitigazzjoni tar-riskju. F’dan il-kuntest it-tieni interconnector, li x-xogħol fuqu huwa avvanzat sew, huwa investiment importanti li jkompli jsaħħaħ ir-reżiljenza u s-sigurtà tal-provvista tal-elettriku. Is-sistema tinkludi wkoll arranġamenti ta’ kontinġenza u kapaċitajiet ta’ ġenerazzjoni li jistgħu jintużaw permezz ta’ fuels alternattivi f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħala parti mill-miżuri nazzjonali għas-sigurtà tal-provvista. Bħalma jsir f’ġurisdizzjonijiet oħra, il-kunsiderazzjoni tal-kontinġenzi trid iżżomm bilanċ bejn il-livell ta’ reżiljenza meħtieġ, il-probabbiltà ta’ avvenimenti simultanji eċċezzjonali u l-ispejjeż involuti. Is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija hija indirizzata kemm permezz tal-miżuri nazzjonali kif ukoll fil-kuntest tal-qafas Ewropew dwar is-sigurtà tal-provvista, li jippromwovi koperazzjoni, kordinazzjoni u assistenza reċiproka bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-prassi applikabbli fl-industrija tal-enerġija hija li l-kapaċità tal-impjanti ta’ ġenerazzjoni tkopri eventwalità ta’ N-1, jiġifieri, per eżempju, meta jintilef sors ewlieni wieħed tal-provvista. L-eventwalità indikata mill-Onor. Interpellant tirreferi għal okkorrenza ta’ N-2, li tmur lil hinn mill-kriterji standard ta’ pjanar adottati fis-settur tal-enerġija.
L-entitajiet u l-operaturi responsabbli mill-infrastruttura tal-enerġija jwettqu b’mod regolari valutazzjonijiet tar-riskju u eżerċizzji ta’ pjanar biex jassiguraw is-sigurtà u r-reżiljenza tas-sistema. F’dan il-kuntest, il-Gvern jieħu l-informazzjoni u l-pariri tekniċi meħtieġa billi jistrieħ ukoll fuq il-kompetenzi u l-għarfien speċjalizzat tal-entitajiet u l-operaturi rilevanti, inklużi l-Energy and Water Agency, ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, l-Enemalta plc, l-Interconnect Malta u l-International Energy Services Centre. Fejn ikun meqjus neċessarju, il-Gvern jagħmel użu wkoll minn konsulenza u kompetenza internazzjonali sabiex jissaħħu l-proċessi ta’ pjanar, valutazzjoni u reżiljenza tas-sistema tal-enerġija. L-investimenti fil-ġenerazzjoni lokali, fit-tieni interconnector u f’infrastruttura relatata jkomplu jsaħħu l-kapaċità tas-sistema biex tindirizza firxa ta’ xenarji ta’ riskju u jassiguraw livell għoli ta’ sigurtà tal-provvista. Il-Gvern jibqa’ kunfidenti li, bis-saħħa tal-investimenti li saru u li qed isiru fl-infrastruttura tal-enerġija, Malta tinsab f’pożizzjoni tajba sabiex tkompli tassigura provvista stabbli, sigura u affidabbli tal-elettriku.
Infakkar ukoll li l-Gvern qed ikompli jinvesti b’mod sostanzjali fl-enerġija rinnovabbli, bil-għan li Malta tilħaq madwar 350MW ta’ enerġija mix-xemx sal-2030 u madwar 300MW addizzjonali minn enerġija mir-riħ fis-snin ta’ wara. Qegħdin isiru wkoll investimenti fis-sistemi ta’ ħażna tal-enerġija permezz ta’ batteriji biex l-enerġija ġenerata minn sorsi rinnovabbli tkun tista’ tintuża f’ħinijiet differenti tal-ġurnata. Barra minn hekk, il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ l-infrastruttura enerġetika, inkluż permezz tat-tieni interconnector u l-ippjanar ta’ interkonnessjoni addizzjonali mal-grid Ewropea. Fl-istess waqt, il-Gvern qed joffri għajnuna lis-settur domestiku u dak kummerċjali biex jinvestu f’miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u teknoloġiji ta’ ħażna tal-enerġija, inklużi batteriji. Dawn il-miżuri jikkontribwixxu biex tiżdied il-kapaċità ta’ ħażna tal-enerġija ġenerata lokalment, jitnaqqsu l-quċċati tad-domanda u tkompli tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1755 u jgħid kemm ġew sospiżi jew irrevokati liċenzji ta' akkomodazzjoni turistika minħabba ksur tar-regoli jew rapporti ripetuti ta' storbju, imġiba antisoċjali jew problemi relatati mal-ordni pubblika matul l-2024, l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll f'liema lokalitajiet kienu jinsabu dawn il-proprjetajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-snin 2024, 2025 u sal-ġurnata li fiha qed tingħata din it-tweġiba l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ma ssospendiet u lanqas irrevokat l-ebda liċenzja ta’ akkomodazzjoni turistika b’konsegwenza ta’ rapporti ta’ storbju, imġiba antisoċjali jew problemi relatati mal-ordni pubblika
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghall-mistoqsija parlamentari numru 1754, fejn gie spjegat f’aktar dettal ir-relazzjoni bejn imgieba anti-socjali u l-licenzja tal-Awtorita’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet li ġew spezzjonati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-Swieqi? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-proprjetajiet spezzjonati kienu liċenzjati għal kirjiet short term, u kemm le? F'kull każ, jista’ jgħid kemm instabu każi ta' nuqqas ta' osservanza tal-liġijiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din is-sena (sal-ahhar t’Awissu 2026), saru madwar 600 spezzjoni mill-Ufficjali tal-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu fis-Swieqi li primarjament kienu kollha kirjiet short-term. Minn dawn instabu madwar 120 proprjeta’ li kellhom nuqqas ta’ osservanza tal-ligi u li ghaldaqstant ser ikollhom konsegwenzi legali.
Fid-dawl ta' dak li rriżulta mill-ispezzjonijiet li għamlet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fis-Swieqi wara l-inċidenti li nqalgħu, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex spezzjonijiet simili jsiru madwar Malta u Għawdex, imma partikolarment fi nħawi bħal San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa, San Ġiljan u Tas-Sliema?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill‑Onorevoli Interpellant li fejn jirrigwardja akkomodazzjoni ta' short lets, l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu diġà qegħda tagħmel spezzjonijiet fil‑lokalitajiet kollha ta' Malta u Għawdex. Fil‑lokalità tas‑Swieqi, bħala proġett pilota, saru spezzjonijiet konġunti bejn l‑Awtorità Maltija għat‑Turiżmu u entitajiet kompetenti oħra relatati ma' infurzar u kontrolli ta' konformità fejn jirrigwardja akkomodazzjoni ta’ short-lets, u din il‑ħidma ġiet sussegwentement estiża għal lokalitajiet oħra fosthom San Ġiljan, Tas‑Sliema u San Pawl il‑Baħar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1087 u jgħid kemm hawn anzjani f’pajjiżna li ġew dijanjostikati bil-kundizzjoni tad-dimenzja? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani qed jirċievu servizzi speċjalizzati u x’tip ta’ servizzi qed jingħataw?