Legislature:
Category:
Reset
Active:

IVF – Embrijuni ffriżati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x' inhu n-numru ta' embrijuni li hemm iffriżati sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-31 ta’ Awwissu 2026, f’Malta kellna 1459 embrijun Krijopreservati.

IVF – Embrijuni ffriżati – Liġi

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm ilha li għaddiet il-liġi biex jiġu ffriżati l-embrijuni ż-żejda li ma ntużawx fl-IVF? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew addottati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liġi biex jiġu krijopreservati embrijuni daħlet fis-seħħ bl-emendi tal-2018.  Sa llum il-ġurnata ma kien hemm ebda addozzjoni.

Trabi mwielda - Teenage mothers

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi minn teenage mothers minn Jannar sa Ġunju 2026?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ta’ kemm twieldu trabi minn teenage mothers bejn Jannar u Mejju 2026 tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Mother age (years) Number of births <17 4 17 4 18 11 19 14 Source: National Obstetrics Information System (NOIS) DHIR

MFHEA - Programmi akkreditati - Professjoni fil-qasam tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn istituzzjonijiet privati liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) biex joffru programmi akkreditati li jwasslu għal xi professjoni fil-qasam tas-saħħa? Jista’ jgħid ukoll kemm hawn studenti qegħdin isegwu dawn il-korsijiet u liema minnhom huma aċċettati mill-Ministeru għas-Saħħa biex meta jiggradwaw l-istudenti jingħataw il-warrant?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li hemm 22 istituzzjoni privati li huma liċenzjati mill-Awtorità ta’ Malta għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (MFHEA) u li joffru programmi li jwasslu għal xi professjoni fil-qasam tas-saħħa. Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li Malta ssegwi wkoll direttivi Ewropej f’dan il-qasam.

Il-Mosta – Rapporti ta’ storbju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu rapporti fuq storbju fil-Mosta minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jindika t-tip ta' storbju?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninsab infurmat illi bejn l-1 ta’ Jannar u 23 ta Settembru 2026, minn tagħrif miġbur mis-sistema tal-Pulizija, dwar ħsejjes eċċessivi taħt il-kategorija dwar ksur ta’ paċi u ordni pubblika, il-Mosta kien hemm sittax (19) -il każ rreġistrat.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni ma tax konsulenzi matul 2025 u 2026.

Ministeru għall-Finanzi – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana ta’ Malta ingaġġat l-għajnuna tal-International Monetary Fund għal konsulenza li tinkludi t-trasformazzjoni diġitali u l-użu tal-AI fl-operat tagħha skont il-proċeduri tal-public procurement regulations.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Lista ta’ konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsba infurmata li, matul l-2025 u l-2026, il-Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw l-ebda konsulenza relatata mal-Intelliġenza Artifiċjali.

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-Malta Business Wallet huwa fid-dekasteru ta’ Ministeru ieħor.

Ministeru għal Għawdex – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru ghal Ghawdex ingaġġa lil Stratis Consulting halli jaghti ghajnuna teknika relatata mat-trasformazzjoni diġitali skont il-proċeduri tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Lista ta’ konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Pensjonijiet - Differenza bejn in-nisa u l-irġiel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx differenza medja bejn il-pensjonijiet tan-nisa u tal-irġiel u jekk iva, kemm?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tali informazzjoni tiġi kkalkulata abbażi ta’ diversi fatturi mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Mill-aħħar statistika ppubblikata jirriżulta li l-Gender Pension Gap huwa ta’ kważi 37%. Madankollu, wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta din il-figura. L-ewwelnett, parti sostanzjali minn dan hija l-fatt li fil-passat ħafna nisa kienu jieqfu mix-xogħol malli jiżżewġu, bir-riżultat li llum jew m’għandhomx pensjoni jew għandhom pensjoni baxxa meta mqabbla mal-irġiel. Għal dan il-għan, matul l-aħħar snin il-Gvern introduċa diversi skemi u daħħal diversi emendi fil-liġi tas-Sigurtà Soċjali sabiex jolqot b’mod pożittiv lil dawn it-tip ta’ nisa. Dawn l-iskemi u l-emendi rnexxew, fejn illum il-ġurnata qegħdin nirreġistraw żieda fin-numru ta’ pensjonanti nisa. Barra minn hekk, fis-sena 2015, iddaħħal għall-ewwel darba mekkaniżmu sabiex dawk il-persuni li jekk ma jgħaqqdux għaxar snin kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali mħallsa, jitħallsu bonus ta’ darba fis-sena skont in-numru ta’ kontribuzzjonijiet imħallsa. Dan il-bonus ġie msaħħaħ permezz ta’ budgets suċċessivi. Iżda, minħabba li dan il-bonus annwali jkun inkluż fil-kalkolu tad-distakk bejn in-nisa u l-irġiel, dan il-bonus, minkejja kull intenzjoni tajba tiegħu inkluż li jipprovdi dħul għan-nisa, qed ikompli jkabbar id-distakk għaliex ibaxxi l-medja tal-pensjoni tan-nisa, minkejja li mhux pensjoni. Li kieku l-Gvern ma jħallasx dan il-bonus, li jkun ifisser anqas dħul fil-bwiet tan-nisa, ironikament il-gender pension gap ikun ta’ anqas minn 29%. Huwa għalhekk li wieħed irid joqgħod attent kif jinterpreta l-figura tal-gender pension gap għaliex ma tagħtix l-istampa sħiħa u reali tas-sitwazzjoni, apparti li parti minnu huwa riżultat ta’ fatturi u ċirkostanzi li seħħew saħansitra sa nofs seklu ilu u aktar.

Nisa anzjani - Faqar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi indirizzat il-faqar fost in-nisa anzjani?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.Interpellanta li t-tnaqqis tal-faqar fost il-pensjonanti, inklużi l-pensjonanti nisa, qed jiġi indirizzat permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pensjonijiet 2021–2027, r-Rapport Strateġiku tal-Pensjonijiet 2025 u tal-Istrateġija Nazzjonali għal Aktar Tnaqqis tal-Faqar u l-Inklużjoni Soċjali 2025–2035.

Servizzi Korrettivi - Nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ nisa fis-Servizzi Korrettivi u x’inhu l-perċentwal tagħhom skont il-grad?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi t-total ta’ perċentaġġ ta’ nisa li jservu fis-Servizzi Korrettivi huwa ta’ 17.8%. Dawn iservu fil-gradi kollha minn Correctional Inspector Class II l-isfel

Ċentri ta’ Detenzjoni - Persuni barranin detenuti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni barranin detenuti bħalissa fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u minn liema pajjiżi ġejjin?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni barranin li bħalissa jinsabu detenuti fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, flimkien mal-pajjiżi minn fejn ġejjin, huwa indikat fit-tabella t’hawn taħt. Nazzjonalità Raġel Mara Total BANGLADESH 60 0 60 SYRIA 17 0 17 NIGERIA 10 1 11 LIBYA 10 0 10 INDIA 5 3 8 ERITREA 5 0 5 SOMALIA 4 0 4 PAKISTAN 4 0 4 GAMBIA 4 0 4 ALGERIA 3 0 3 MOROCCO 1 2 3 GHANA 3 0 3 MALI 3 0 3 BOTSWANA 0 2 2 SUDAN 2 0 2 COLOMBIA 1 1 2 CAMEROON 2 0 2 PALESTINE 1 0 1 CONGO 1 0 1 UGANDA 0 1 1 GEORGIA 1 0 1 SERBIA 1 0 1 SENEGAL 1 0 1 ETHIOPIA 1 0 1 PHILIPPINES 1 0 1 EYGPT 1 0 1 UKRAINE 1 0 1 NEPAL 1 0 1

Ċentri ta’ Detenzjoni - Uffiċjali impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down tal-uffiċjali impjegati fiċ-ċentri ta’ detenzjoni f’Malta u Għawdex skont: il-grad; l-istatus ta’ impjieg (full-time, part-time jew definite contract); u s-snin ta’ servizz?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli t’hawn taħt. Designation No Employees Employment Type CEO 1 Full-Time Detention Service Duty Officer 6 Full-Time Detention Service Officer 130 Full-Time Detention Service Officer 2 30 Full-Time Director Corportate Services 1 Full-Time ICT Executive 1 Full-Time Manager Accounts and Finance 1 Full-Time Officer in Charge 26 Full-Time Senior Manager HR 1 Full-Time Senior Manager Operations 1 Full-Time Senior Nursing Manager 1 Full-Time Support Staff 2 Full-Time Secretariate 3 Full-Time Total 204 Group Years in Service Employees Group 1 0–6 years 108 Group 2 7–13 years 68 Group 3 14–20 years 23 Group 4 21–27 years 2 Group 5 28–34 years 3

Ċentri ta’ Detenzjoni - Uffiċjali impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali impjegati bħalissa fiċ-ċentri ta’ detenzjoni f’Malta u Għawdex, maqsuma skont kull ċentru?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Jista’ l-Onor. Interpellant jispeċifika jekk hux qed jirreferi għall-uffiċjali bl-uniformi jew oħrajn amministrattivi?