Jista’ l-Ministru jgħid kemm bidliet kien hemm fil-kariga ta’ CEO ta’ Transport Malta mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’kienet ir-raġuni uffiċjali għal kull bidla?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn kien hemm 6 persuni li okkupaw il-kariga ta’ kap eżektuttiv ta’ Transport Malta.
Ir-raġunijiet għalfejn kienu varji u dokumentati b’mod uffiċjali kull meta saret bidla.
Irrid nenfasizza li l-Gvern jirrikonoxxi u japprezza l-ħidma li kull persuna għamel f’din il-kariga u l-involviment tagħhom fl-avvanzi li saru mill-Awtorita’ fl-aħħar 13-il sena. Għalhekk nieħu din l-opportunita’ biex permezz ta’ din it-tweġiba parlamentari nirringrazzja lil dawk kollha li okkupaw din il-kariga u taw servizz lejn Transport Malta.
Jobsplus – Persuni b’diżabilità li daħlu f’impjieg
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li daħlu f'impjieg, skont ir-rekords ta' Jobsplus mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1740, hawn taħt tinsab tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li daħlu f'impjieg, skont ir-rekords ta’ Jobsplus bejn l-2010 u l-2025, imqassma sena b’sena, kif ukoll għas-sena 2026, imqassma xahar b’xahar. Dawn jinkludu nies li qatt ma kienu attivi fis-suq tax-xogħol u nies li kienu assenti mis-suq tax-xogħol fis-sena ta’ qabel.
Numru ta’ Persuni b’
diżabilità
(kull persuna tingħadd darba biss)
Jannar sa Diċembru 2010
156
Jannar sa Diċembru 2011
153
Jannar sa Diċembru 2012
154
Jannar sa Diċembru 2013
150
Jannar sa Diċembru 2014
222
Jannar sa Diċembru 2015
115
Jannar sa Diċembru 2016
413
Jannar sa Diċembru 2017
341
Jannar sa Diċembru 2018
280
Jannar sa Diċembru 2019
300
Jannar sa Diċembru 2020
215
Jannar sa Diċembru 2021
379
Jannar sa Diċembru 2022
381
Jannar sa Diċembru 2023
321
Jannar sa Diċembru 2024
369
Jannar sa Diċembru 2025
398
Jannar sa Ġunju 2026
192
Jannar 2026
22
Frar 2026
30
Marzu 2026
46
April 2026
34
Mejju 2026
30
Ġunju 2026
30
Jobsplus – Persuni b’diżabilità li qed ifittxu impjieg
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità rreġistrati ma' Jobsplus li kienu qed ifittxu impjieg mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1739, ninforma ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ persuni b'diżabilità rreġistrati ma' Jobsplus li kienu qed ifittxu impjieg
[1]
ma’ Jobsplus jew fuq bażi full-time jew fuq bażi part-time bħala l-impjieg ewlieni, tinsab annessa fit-tabella. L-informazzjoni hija ppreżentata għall-aħħar ta’ Diċembru ta’ kull sena mill-2010 sal-2025, kif ukoll, għas-sena 2026, maqsuma xahar b’xahar.
Xahar
Jirreġistraw għal xogħol full-time
Jirreġistraw għal xogħol part-time bħala xogħol ewlieni
Diċembru 2010
444
32
Diċembru 2011
453
48
Diċembru 2012
514
83
Diċembru 2013
526
91
Diċembru 2014
442
102
Diċembru 2015
398
163
Diċembru 2016
354
105
Diċembru 2017
282
127
Diċembru 2018
225
139
Diċembru 2019
226
144
Diċembru 2020
254
192
Diċembru 2021
255
201
Diċembru 2022
228
212
Diċembru 2023
229
204
Diċembru 2024
220
219
Diċembru 2025
214
166
Jannar 2026
218
162
Frar 2026
220
165
Marzu 2026
206
167
April 2026
208
168
Mejju 2026
199
158
Ġunju 2026
191
165
L-aħħar ċifri ppubblikati huma dawk ta’ Ġunju 2026.
[1]
Persuni b’diżabilità rreġistrati ma’ Jobsplus jinkludu dawk li kienu qed jirreġistraw għal xogħol full-time (Part1 u 2 tar-Reġistru) kif ukoll dawk li kienu qed ifittxu impjieg part-time bħala l-impjieg ewlieni tagħhom (Part 3C 1 tar-Reġistru).
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità rreġistrati ma' Jobsplus, mill-2010 sal-2025 maqsuma sena b’sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.
Jobsplus – Persuni rreġistrati li temmew l-edukazzjoni sekondarja
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' persuni li temmew l-edukazzjoni sekondarja u rreġistraw ma' Jobsplus, mis-sena 2000 sal-aħħar sena disponibbli, maqsuma skont il-ġeneru?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-tagħrif speċifiku mitlub mhuwiex disponibbli.
Fond relatat mal-ħolqien ta’ sensory rooms – Approvazzjoni tal-applikazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 1082 u 1083, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li tiġi emendata l-iskema relatata mal-fond għall-ħolqien ta' sensory rooms sabiex l-approvazzjoni tal-applikazzjonijiet tkun tista' tingħata qabel ma jibdew ix-xogħlijiet, minflok wara li dawn ikunu tlestew?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-approvazzjoni tal-fondi taħt l-iskema relatata mal-ħolqien ta’ sensory rooms tingħata qabel ma jinbdew ix-xogħlijiet. Il-ħlas tal-fondi jiġi pproċessat wara li jiġu ppreżentati l-irċevuti fiskali relattivi. Madankollu, sabiex il-benefiċjarji jkollhom il-fondi meħtieġa biex jordnaw l-oġġetti u t-tagħmir neċessarju, tista’ tingħata depożitu ekwivalenti għal 50% tal-ammont approvat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1080, li fiha ġie indikat li t-talba dwar l-installazzjoni ta' rampa ta' aċċess fil-Blokka tal-Gvern li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, kienet ġiet riferuta lill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) sabiex tipprovdi gwida, tista' l-Ministru tgħid:
i. f'liema data waslet din it-talba għand is-CRPD;
ii. f'liema data s-CRPD ipprovdiet il-gwida jew ir-rakkomandazzjonijiet tagħha;
iii. x'kienu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mis-CRPD; u
iv. jekk il-proċess għadu pendenti, x'inhu l-istadju attwali u x'passi għad fadal biex jiġi konkluż?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni fis-Servizz Pubbliku li użaw il-faċilità tal-flexi-week minn meta ġiet introdotta sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li minn meta ġiet introdotta l-miżura tal-Flexi-Week fis-Servizz Pubbliku fl-2023 kien hemm 654 Uffiċjal Pubbliku li applikaw biex jagħmlu użu min din l-prattika ta’xogħol u kollha ġew approvati.
Gozo Channel – Flotta ġdida – Opportunitajiet ta’ finanzjament
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 471 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid għaliex il-Gvern mhux qed jagħmel użu sħiħ mill-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffinanzja investiment fi flotta ġdida għall-Gozo Channel?
Gozo Channel – Flotta ġdida – Kofinanzjament mill-UE
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 470 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u jgħid jekk il-Gvern, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, bediex proċess serju biex jikseb kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea għall-investiment fi flotta ġdida tal-Gozo Channel? Jekk le, jista’ jgħid ukoll liema passi ttieħdu u f’liema stadju jinsabu?
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fi Ġnien Hibiscus, f’San Ġwann, sa qabel ir-riġenerazzjoni fl-2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qabel ma sar il-proġett ta’ Ġnien Hibiscus, dan il-post fil-qalba tal-lokalità ta’ San Ġwann kien abbandunat u b’mod abbużiv fih kien jintrema l-iskart. Minflok ħloqna spazju miftuħ li jagħti nifs lir-residenti li jgħixu f’din iż-żona urbana.
Ix-xogħlijiet tal-proġett li sar fl-2022 kienu jinkludu t-tħejjija tal-ħamrija, it-tħawwil ta’ pjanti, l-installazzjoni ta’ sistema ta’ irrigazzjoni, kif ukoll il-kostruzzjoni ta’ tinda tal-injam fuq vaska tal-ħut. Ġnien il-Hibiscus huwa magħruf għad-diversi pjanti tal-Hibiscus, li matul l-istaġun tar-rebbiegħa joffru dehra mill-isbaħ. Dan il-ġnien joffri opportunità lill-viżitaturi tiegħu jesploraw passaġġi aċċessibbli li jagħtu għal żoni tematiċi b’tipi differenti ta’ din il-pjanta. F’dan il-ġnien issib ukoll bankijiet għad-dell biex b’hekk il-viżitaturi jkunu jistgħu jirrilassaw.
Gwardamanġa – Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima – Roof Garden – Xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fir-Roof Garden tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima, f’Gwardamanġa, sa qabel ir-riġenerazzjoni fl-2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qabel Ambjent Malta wettqet il-proġett ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ ambjentali fuq il-bejt tas-Santwarju tal-Madonna ta’ Fatima fl-2022, is-sit ma kienx joffri spazju aħdar aċċessibbli għall-pubbliku kif jeżisti llum.
Permezz tal-proġett saru xogħlijiet ta' restawr, tisħiħ u protezzjoni tas-saqaf sabiex dan ikun adattat għall-ħolqien ta' roof garden. L-interventi inkludew ukoll l-installazzjoni ta' tankijiet għall-ġbir u l-ħażna ta' madwar 15,000 litru ilma tax-xita, sistema ta' irrigazzjoni, tagħmir tad-dawl, il-kostruzzjoni ta' planters u l-introduzzjoni ta' għamara urbana, kif ukoll it-tħawwil ta' siġar, arbuxelli u pjanti ornamentali.
Permezz ta' dawn l-interventi nħoloq spazju miftuħ u aċċessibbli għall-komunità filwaqt li ġew introdotti miżuri li jtejbu l-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u l-kwalità ambjentali tal-inħawi.
Ir-Rabat u x-Xagħra, Għawdex – Triq Ġdida fi Triq l-Ewropa u Triq Karkar
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 454, jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi evalwat liema toroq f’Għawdex għandhom jingħataw prijorità għar-rikostruzzjoni jew interventi meħtieġa? Jista’ jgħid ukoll jekk Triq Karkar fix-Xagħra, kif ukoll il-parti l-ġdida ta’ Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, humiex inklużi fost it-toroq ta’ prijorità, meta jittieħed inkonsiderazzjoni wkoll dak li kien indikat fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 5265 tal-Erbatax-il Leġislatura?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ż-żewġ toroq imsemmija, iġifieri Triq Karkar fix-Xagħra u l-parti l-ġdida ta’ Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex, qed nifhem dik it-triq li ma tinfidx, qed jigu ikkunsidrati biex isiru.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 459, jista’ l-Ministru jgħid fejn qiegħed jikkunsidra li jiġi rilokat jew stabbilit post ġdid għall-istazzjonar tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili f’Għawdex? Jista’ jikkunsidra wkoll jekk il-post attwali fejn jinsabu stazzjonati l-membri tal-Protezzjoni Ċivili fix-Xewkija huwiex l-aktar wieħed adegwat, tenut kont li l-ħin ta’ rispons biex jaslu lejn il-Port tal-Imġarr jista’ jkun ta’ madwar 20 minuta, u li dan jista’ jwassal għal telf ta’ ħin prezzjuż f’każijiet ta’ tfittxija u salvataġġ fuq il-baħar (Search and Rescue), fejn kull minuta tista’ tkun kruċjali biex tiġi salvata ħajja?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Irrid nirrileva illi, l-istazzjon tas-CPD F’Għawdex illum huwa mgħammar ħafna aħjar milli kien snin ilu u jilħaq il-gzira kollha fil-qasam marittimu. Il-Gvern qed jeżamina għażliet oħra sabiex jiġi identifikat post xieraq. Din hija waħda mill-wegħdiet li ġew imniżżla fil-manifest elettorali u l-Gvern għandu l-intenzjoni li jwettaq dan il-impenn.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il skorta tal-Korp tal-Pulizija ngħatat għal ġarr ta’ nar relatat mal-festi f’Għawdex matul l-2025 u l-2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallsu l-għaqdiet organizzaturi għall-provvista ta’ dawn l-iskorti matul is-sena 2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm ħallsu l-istess għaqdiet għall-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija sabiex jassistu u jissorveljaw l-ħruq tan-nar matul l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi fejn jikkonċerna skorti ma logħob tan-nar fi żmien il-festi, ħafna minn dawn is-servizzi ma jsirx ħlas għalihom. Infurmat illi fis-sena 2025 saru 59 skorta waqt li sa issa din is-sena saru 44 skorta fejn fihom ma ntalab l-ebda ħlas.
Ħlasijiet isiru biss meta jkun hemm ħtieġa ta’ aktar minn skorta waħda, fejn matul is-sena 2025 u sal-25 ta’ Settembru 2026 dawn kienu jammontaw għal €3,095. F’dan il perjodu ma sarux ħlasijiet għall-preżenza ta’ uffiċjali tal-Pulizija sabiex jassistu u jissorveljaw l-ħruq tan-nar.
Sena bid data
X’Kienet il festa
Numru ta’ ufficcjali ordnati skorta man-nar tal-istess festa
Ammont imhallas ghal l-iskorta
Ghaqdiet li hallsu ghal l-iskorti extra
05/04/2025
Kercem
1
117.14
KERCEM AJAX FC
10/05/2025
Munxar
1
117.14
SEZZJONI ZAGHZAGH MUNXARIN
17/05/2025
Munxar
2
234.28
SEZZJONI ZAGHZAGH MUNXARIN
21/06/2025
Xewkija
2
234.29
SAN GWANN XEWKIJA
22/07/2025
Sannat
2
234.29
G
HA
QDA TAN NAR SANNAT
19/07/2025
Victoria, San George
1
117.14
SAN GORG GOZO
30/07/2025
Qala
1
117.15
SAN GUZEPP QALA
10/08/2025
Victoria St Maria
1
141.19
SOCJETA FILARMONIKA LEONE
19/10/2025
Munxar
1
189.29
SEZZJONI ZAGHZAGH MUNXARIN
29/11/2025
Zebbug
1
117.15
PARROCCA ST MARIJA ZEBBUG
21/12/2025
Victoria St Maria
1
189.29
SOCJETA FILARMONIKA LEONE
11/06/2026
Xewkija
5
605.4
Franklin Farrugia
23/06/2026
Munxar
3
363.24
Shaun Parnis
17/08/2026
Zebbug
1
121.08
Ghaqda tan-Nar Maria Assunta
30/08/2026
Ghajnsielem
1
197.016
Ghaqda Piroteknika 10 Ta’ Dicembru