Legislature:
Category:
Reset
Active:

Access to Employment Scheme – Persuni b’diżabilità impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li ġew impjegati permezz tal-Access to Employment Scheme, bejn l-2010 u l-2025, maqsuma sena b’sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Access to Employment Scheme – Employers li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' employers li bbenefikaw mill-Access to Employment Scheme billi impjegaw persuni b'diżabilità, bejn l-2010 u l-2025, maqsuma sena b’sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Jobsplus – Persuni b’diżabilità li daħlu f’impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità f'impjieg full-time u part-time, skont ir-rekords ta' Jobsplus mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Servizz Pubbliku - Remote working

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ impjegati fis-Servizz Pubbliku li qed jaħdmu permezz ta’ arranġamenti ta’ remote working, minn kemm ilha li ġiet introdotta, maqsuma sena b’sena u jindika f’liema ministeru, dipartiment jew entità jaħdmu?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġba tal-Mistoqsija Parlamentari  nru 604.

Flexi-week

Question

Fost dawk li bdew jaħdmu bil-flexi-week, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema modalità ta’ xogħol għażlu (inkluż, iżda mhux limitat għal, tqassim tas-sigħat fuq erbat ijiem jew modalitajiet oħra previsti), u kemm hemm persuni li għażlu kull waħda minn dawn il-modalitajiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab nfurmat li mid-data li ġiet introdotta l-miżura tal-Flexi Week fis-Servizz Pubbliku kien hemm 654 impjegat li għamlu użu minn din il-miżura. Minn dan l-ammont, 323 impjegat ħadmu fuq bażi ta’ erbat ijiem (4-day week), 170 impjegat ħadmu fuq bażi ta’ ħamest ijiem (5-day week), u 161 impjegat ħadmu fuq bażi ta’ sitt ijiem (6-day week).

Flexi-week - Talbiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm saru talbiet (requests) għall-flexi-week minn meta ġiet introdotta, maqsuma skont is-sena?  Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati u kemm minnhom ġew miċħuda?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari  nru 1705.

Ministeru għall-Fondi Ewropej, id-Djalogu Soċjali u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lil l-Onorevoli Interpellanta li, matul l-2025 u l-2026 ma giet moghtija l-ebda konsulenza relatata mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni digitali jew il-Malta Business Wallet.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Lista ta’ konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Matul is-snin 2025 u 2026, ma ngħataw l-ebda konsulenzi mill-Ministeru jew mill-entitajiet tiegħi li kienu relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella segwenti: Sena Konsulenzi (Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet) Valur tal-kuntratt Metodu ta’ akkwist Isem tal-Fornitur 2025 Konsulenza fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni €69,035.00 Ordni Diretta CY4 Ltd 2026 Konsulenza fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni €28,941.66 Ordni Diretta CY4 Ltd €90,000.00 Ordni Diretta CY4 Ltd

Ministeru għat-Turiżmu – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda konsulenza mogħtija f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Ħatriet pubbliċi - Bilanċ bejn il-ġeneri

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’miżuri qegħdin jittieħdu biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-ġeneri fil-ħatriet pubbliċi?

Response (ABELA, ROBERT)

L-Amministrazzjoni tassigura li meta jsiru ħatriet pubbliċi dejjem isiru abażi tal-meritokrazija u abilita’ u qatt b’diskriminazzjoni fir-rigward tal-ġeneru. Infatti kull sejħa hija ndikattiva ta’dan u l-Kummissjoni għas-Servizzi Pubbliċi tassigura dan il-prinċipju.