Jista’ l-Ministru jgħid mill-ammont ta’ taxxa dovuta iżda mhux miġbura, kemm huwa dovut minn persuni fiżiċi u kemm minn kumpaniji, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ taxxa mhux miġbura sal-31 ta’ Diċembru 2025 skont il-kategoriji mitluba kienet:
Individwi
Kumpaniji
€495,196,552
€
701,123,108
Il-Belt Valletta u s-Swieqi - impatt tal-attivitajiet turistiċi - Proġett pilota
Question
Jista’ l-Ministru jagħti update ta’ fejn wasal il-proġett pilota li tnieda fl-2025 li kellu jindirizza l-impatt tal-attivitajiet turistiċi fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta u s-Swieqi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għat-Turiżmu qed jipparteċipa fil-Proġett Pilota li tnieda fl-2025. Dan il-proġett huwa bbażat fuq koordinazzjoni mill-qrib bejn diversi Ministeri, entitajiet u l-Kunsilli Lokali kkonċernati.
Fejn tidħol il-parteċipazzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamlet numru ta' spezzjonijiet intensivi fi proprjetajiet mikrija għal żmien qasir fis-Swieqi, sabiex jiġi żgurat li r-regolamenti qed jiġu segwiti. L-Awtorita’ ħallset ukoll sabiex il-Kunsill Lokali jixtri numru sostanzjali ta' kameras għal aktar sigurtà.
Fil-każ tal-Belt Valletta, saru spezzjonijiet intensivi mill-uffiċjali tal-Awtorità fuq kategorija speċifika ta' proprjetajiet mikrija għal żmien qasir, fejn instabu numru ta' proprjetajiet b'nuqqasijiet regolatorji.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1508 fl-intier tagħha, u taqsam il-figura ta’ €140 miljun imsemmija fl-istess tweġiba bejn l-ispiża għax-xiri ta’ cables u tindika l-kwantità, l-ispiża għat-tqegħid u l-installazzjoni, u l-ispiża biex jinfetħu t-toroq u jerġgħu jiġu asfaltati?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investiment kien jinkludi t-tqegħid ta’ aktar minn 270 kilometru ta’ cables ġodda, saret espansjoni u modernizzar taċ-ċentri ta’ distribuzzjoni tal-Mosta, Ħal Kirkop, Buġibba u St Andrew’s biex żdiedet il-kapaċità tagħhom, tlestew 190 substation ġdida f’Malta u 18 f’Għawdex, ġew aġġornati aktar minn 260 transformer, kienu sostitwiti aktar minn 120 switchgear unit, kif ukoll ġew installati 875 feeder ġdid ta’ vultaġġ baxx. L-investiment kien maqsum kif ġej: €49,130,626 fuq is-sistema tal-vultaġġ baxx; €46,697,417 fuq is-sistema tal-vultaġġ medju; €3,415,821 fuq dik tal-vultaġġ għoli; €29,500,000 fuq ċentri ta’ distribuzzjoni; u €12,112,738 fuq xogħlijiet oħrajn.
Enemalta - Cables taħt l-art - Specifications u design requirements
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi specifications u design requirements tħaddan l-Enemalta għal thermal backfill u spacing bejn il-cables li jitqiegħdu taħt l-art?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li għat-tfassil u l-installazzjoni ta’ cables taħt l-art, l-Enemalta tadotta l-prassi u l-metodi tekniċi kif titlob is-sengħa u kif huma applikati minn operaturi tan-networks tal-elettriku fl-Ewropa. L-ispazju bejn il-cables jiġi stabbilit skont il-prattika u r-rekwiżiti tekniċi applikabbli, filwaqt li l-użu ta’ thermal backfill iservi sabiex jiffaċilita d-dissipation tas-sħana u jtejjeb l-effiċjenza tal-cables.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Pulizija tatx l-approvazzjoni tagħha għal għeluq ta’ toroq fil-Belt, Valletta matul il-weekend ta’ bejn it-18 u d-19 ta’ Lulju 2026 minħabba xi proġett ta’ filming? Jekk iva, jista’ jgħid x’miżuri ttieħdu biex tonqos l-inkonvenjenza għar-residenti tal-Belt, b’mod partikolari f’każ ta’ xi emerġenza?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li fid-dati indikati mill-Onor. Membru, ingħalqu parzjalment għall-ħinijiet qosra.
Fil-ħin li ma sarx filming, il-vetturi kellhom aċċess ghħall-imsemmija toroq,kellu wkoll aċċess għal rotot alternattivi, filwaqt li fl-ebda ħin ma ġie kompromess l-aċċess għas-servizzi ta’ emerġenza. Fil-każ li kien ikun hemm il-ħtieġa li vettura tal-emerġenza tidħol fiż-żona, il-filming kien jiġi sospiż immedjatament sabiex jingħata l-aċċess meħtieġ u tiġi pprovduta l-assistenza.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gozo Channel użat l-aħħar il-karru li jġorr il-bagalji biex jevita tqandil żejjed lill-passiġġieri bejn it-terminals tal-Imġarr u ċ-Ċirkewwa? Jista’ jgħid għaliex dan is-servizz twaqqaf u jekk hemmx il-ħsieb li jerġa’ jiġi introdott, speċjalment fid-dawl li l-vapur Nikolaus m’għandux lift? Jekk m’hemmx pjan li jerġa’ jiġi introdott, jista’ jgħid għaliex?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar snin u fil-prezent, il-kumpanija toffri l-użu ta’ luggage trolleys, li l-klijent jista’ jagħmel użu minnhom meta ma jkunx jista’ jġorr il-bagalja/i tiegħu waħdu abbord. B’hekk il-bagalja tkun akkumpanjata mill-klijent stess. Dan ma jeskludix introduzzjoni ta’ servizzi oħrajn li l-kumpanija tista tintroduċi fix-xhur u snin li ġejjin.
Provvista tal-elettriku – Qtugħ ta' dawl – Konsumaturi affettwati
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm households affettwati minn qtugħ ta' dawl mill-1 ta' Mejju 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant qiegħda attwalment tiġi miġbura u eżaminata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) fil-kuntest ta’ proċess ta’ awditjar li għadu għaddej.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti dwar problemi ta' vultaġġ fil-provvista tal-elettriku li saru minn kull lokalità matul l-2024, l-2025 u fl-ewwel nofs tal-2026?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta se tkompli timplimenta l-Pjan ta’ Investiment li ħabbret, bil-għan li tkompli ssaħħaħ ir-reżiljenza tan-network tagħha. Biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jinqabeż l-adivosry cost limit.
Tista' l-Ministru tgħid għalfejn l-inħawi ta' Triq il-Bistra, il-Mosta, qed jesperjenzaw problemi ta' vultaġġ fil-provvista tal-elettriku? Tista' tgħid ukoll kemm kien hemm rapporti dwar dan minn Jannar 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u x'inhu l-pjan biex din il-problema tissolva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li bħala parti mill-investimenti kontinwi tagħha fin-network ta’ distribuzzjoni, ftit ġimgħat ilu Enemalta installat Low Voltage Regulator (LVR) ġdid fiż-żona ta’ Triq il-Bistra, biex tkompli ssaħħaħ il-kwalità u l-istabbiltà tal-provvista tal-elettriku lill-konsumaturi f’dawn l-inħawi.
Skema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan – Applikazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 908 u jgħid kemm-il-żagħżugħ u żagħżugħa applikaw għall-iskema biex iċedu l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 900 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u jgħid liema avvenimenti saru fil-concert area l-ġdida f’Ta’ Qali minn meta nfetħet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 900 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol u tgħid liema avvenimenti saru fil-concert area l-ġdida f’Ta’ Qali minn meta nfetħet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vapur telaq mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti lejn reġistri oħra mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena, u x’kienu r-raġunijiet prinċipali?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2026, il-flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija kompliet tikber kemm fl-għadd ta’ bastimenti kif ukoll fit-tunnellaġġ gross tagħha. Matul dan il-perjodu ġew irreġistrati 4,466 bastiment, filwaqt li 2,791 bastiment tħassru mir-Reġistru, li jfisser żieda netta ta’ 1,675 bastiment. Fl-istess perjodu, il-Gross Tonnage tal-flotta żdied b’mod nett b’8,745,523 GT.
F’termini ta’ għadd, l-akbar żieda kienet fil-kategorija tal-
pleasure yachts
, b’żieda netta ta’ 1,705 bastiment, filwaqt li fil-kategorija tal-
commercial yachts
kien hemm żieda netta ta’ 204 bastimenti. Min-naħa l-oħra, f’termini ta’ tunnellaġġ, l-aktar żieda sinifikanti kienet fil-
container ships
, fejn ġiet irreġistrata żieda netta ta’ 10,746,009 GT.
In-numri juru wkoll li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti mhux dejjem tirrifletti l-bidla fid-daqs tal-flotta. Pereżempju, fil-kategorija tal-
passenger ships
kien hemm tnaqqis nett ta’ 27 bastiment, iżda fl-istess ħin żieda netta ta’ 1,817,623 GT.
Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li bħalissa r-Reġistru Malti jgħodd 10,853 bastiment, b’tunnellaġġ gross ta’ 94,407,629. Ir-Reġistru qatt ma kien kbir u b’saħħtu daqs illum.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu sabiex Malta tibqa’ kompetittiva bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed ikompli jinvesti sabiex il-
Malta Ship Registry
mhux biss iżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja, iżda jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu bħala reġistru ta’ kwalità, effiċjenza, affidabbiltà u eċċellenza fis-servizz.
Din il-ħidma qed tiffoka fuq diversi pilastri strateġiċi, fosthom l-investiment fir-riżorsi umani, it-tisħiħ tas-servizzi, il-promozzjoni internazzjonali tal-bandiera Maltija, id-diġitalizzazzjoni tal-operat u ż-żamma tal-ogħla standards internazzjonali.
Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ il-preżenza internazzjonali tar-Reġistru permezz ta’ parteċipazzjoni f’avvenimenti prestiġjużi bħal Posidonia fil-Greċja, il-
Monaco Yacht Sho
w, il-
Cannes Yachting Festival
u avvenimenti internazzjonali oħra. Fl-istess waqt, qed isiru
roadshows
u laqgħat diretti ma’ sidien u operaturi tal-bastimenti, partikolarment fil-Greċja u fit-Turkija, sabiex nattiraw aktar reġistrazzjonijiet u nsaħħu r-relazzjonijiet mal-industrija.
Investiment importanti ieħor huwa d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi. Mill-1 ta’ Ġunju 2025 beda l-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi għall-bastimenti, filwaqt li ġew introdotti servizzi bħas-
Seafarer Portal
u s-
Seaman’s Record Book
diġitali. Qed tkompli wkoll il-ħidma fuq sistema integrata għall-ġestjoni tal-bastimenti, sabiex ir-Reġistru joffri servizz aktar modern, effiċjenti u kompetittiv.
Ir-reputazzjoni internazzjonali tal-bandiera Maltija tibqa’ waħda mill-akbar saħħiet tagħna. Malta żammet il-pożizzjoni tagħha fil-
White Lists
tal-Paris MoU u tat-Tokyo MoU, filwaqt li tissodisfa l-kriterji tal-programm QUALSHIP 21 tal
-United States Coast Guard.
Barra minn hekk, f’Novembru 2025 Malta ġiet eletta mill-ġdid fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għall-ħmistax-il darba konsekuttiva, konferma tal-fiduċja u tar-rispett li pajjiżna jgawdi fuq livell internazzjonali.
Il-fiduċja fil-bandiera Maltija hija riflessa wkoll fil-preżenza ta’ operaturi marittimi ewlenin bħall-CMA CGM, MSC Group u Grimaldi.
Din ir-reputazzjoni soda ġiet ikkonfermata wkoll matul il-Malta Maritime Summit u l-laqgħa ġenerali tal-
Malta International Shipowners Association
(MISA), fejn personalitajiet mill-aktar influwenti fl-industrija marittima internazzjonali, fosthom Emanuele Grimaldi, Marily Frangista u Thomas A. Kazakos, esprimew kliem ta’ tifħir u apprezzament lejn Malta u r-Reġistru Marittimu tagħha. Dan ir-rikonoxximent minn uħud mill-akbar ismijiet fl-industrija huwa xhieda ċara tal-fiduċja li pajjiżna jgawdi fuq livell internazzjonali u tal-pożizzjoni b’saħħitha li rnexxielna nibnu fis-settur marittimu globali.
L-ambizzjoni tal-Gvern hija ċara: li Malta mhux biss tibqa’ fost l-akbar reġistri marittimi fid-dinja, iżda tkompli tkun minn ta’ quddiem fil-kwalità, fl-innovazzjoni u fis-servizz.
Se nkomplu naħdmu biex insaħħu din l-industrija strateġika, nattiraw aktar investiment u nikkonsolidaw il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru marittimu internazzjonali ta’ eċċellenza.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ippreżentax dokumenti jew data lill-Kummissjoni Ewropea biex juri l-impatt sproporzjonat tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
EU Emissions Trading System – Studju dwar l-impatt ekonomiku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju mill-Gvern dwar l-impatt ekonomiku tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta bħala Stat gżira? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm employers bbenefikaw mill-Fiscal Incentive Scheme għall-impjieg ta' persuni b'diżabilità, flimkien mal-ammont totali mogħti kull sena, mill-2010 sal-2025, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ATTARD, JONATHAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru
1746
, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm employers (mhux uniċi
[1]
) ibbenefikaw mill-Fiscal Incentive Scheme għall-impjieg ta' persuni b'diżabilità, flimkien mal-ammont totali mogħti kull sena, mill-2016
[2]
sal-2025, u sal-aħħar ta’ Ġunju 2026.
[1]
Employer jista’ jibbenefika minn din l-eżenzjoni għal aktar minn sena waħda. Għalhekk, l-istess employer jista’ jkun inkluż f’aktar minn sena waħda fit-tabella.
[2]
Din il-miżura ġiet varata fl-2015 u għalhekk l-applikazzjonijiet fetħu fl-2016 għas-sena bażi 2015.
Access to Employment Scheme – Allokazzjoni finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-ammont totali ta' allokazzjoni finanzjarja għall-Access to Employment Scheme bejn l-2010 u l-2025, maqsuma sena b’sena, kif ukoll għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.