Legislature:
Category:
Reset
Active:

Spezzjonijiet Port State Control

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni Port State Control (PSC) saret f’Malta mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena, u x’kienet ir-rata ta’ detenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedet jew naqset il-flotta reġistrata taħt il-bandiera Maltija matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2026, il-flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija kompliet tikber kemm fl-għadd ta’ bastimenti kif ukoll fit-tunnellaġġ gross tagħha. Matul dan il-perjodu ġew irreġistrati 4,466 bastiment, filwaqt li 2,791 bastiment tħassru mir-Reġistru, li jfisser żieda netta ta’ 1,675 bastiment. Fl-istess perjodu, il-Gross Tonnage tal-flotta żdied b’mod nett b’8,745,523 GT. F’termini ta’ għadd, l-akbar żieda kienet fil-kategorija tal- pleasure yachts , b’żieda netta ta’ 1,705 bastiment, filwaqt li fil-kategorija tal- commercial yachts kien hemm żieda netta ta’ 204 bastimenti. Min-naħa l-oħra, f’termini ta’ tunnellaġġ, l-aktar żieda sinifikanti kienet fil- container ships , fejn ġiet irreġistrata żieda netta ta’ 10,746,009 GT. In-numri juru wkoll li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti mhux dejjem tirrifletti l-bidla fid-daqs tal-flotta. Pereżempju, fil-kategorija tal- passenger ships kien hemm tnaqqis nett ta’ 27 bastiment, iżda fl-istess ħin żieda netta ta’ 1,817,623 GT. Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li bħalissa r-Reġistru Malti jgħodd 10,853 bastiment, b’tunnellaġġ gross ta’ 94,407,629. Ir-Reġistru qatt ma kien kbir u b’saħħtu daqs illum.

Skejjel - Studenti rreġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rreġistrati fis-sistema edukattiva matul l-aħħar sena skolastika disponibbli, maqsumin skont: i.    l-iskejjel tal-Istat; ii.    l-iskejjel tal-Knisja; u iii.    l-iskejjel indipendenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher hawn taħt: ·       Skejjel tal-Knisja kienu rreġistrati 16,906 student, ·       Skejjel Indipendenti kienu rreġistrati 9,435 student. ·       Skejjel tal-istat kienu rreġistrati 37,624 student.

Lista tal-istituzzjonijiet edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-istituzzjonijiet edukattivi kollha li joperaw f'Malta u Għawdex, inklużi l-iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u indipendenti, filwaqt li għal kull istituzzjoni jindika: i.    l-isem tal-istituzzjoni; ii.    il-lokalità fejn tinsab; iii.    it-tip ta' istituzzjoni; iv.    il-livell jew il-livelli edukattivi li toffri; u v.    il-kategoriji ta' studenti li għalihom hija indirizzata?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-lista mitluba qedgħa titpoġġa fuq il-medja tal-kamra.

Jobsplus – Persuni b’diżabilità li temmew l-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li temmew l-impjieg tagħhom, skont ir-rekords ta' Jobsplus mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jindika, fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, ir-raġuni għat-tmiem tal-impjieg?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Jobsplus – Inclusive Employment Services

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta' persuni b'diżabilità li bbenefikaw minn servizzi ta' job coaching, job carving jew servizzi oħra offruti permezz tal-Inclusive Employment Services ta' Jobsplus mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Impjieg ta’ persuni b’diżabilità – Kwota ta' 2%

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm employers kienu soġġett għall-obbligu tal-kwota ta' 2% fejn jidħol l-impjieg ta’ persuni b’diżabilità, kemm minnhom ikkonformaw, kemm ma kkonformawx u x'kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet miġbura, mill-2015 sal-2025, maqsuma sena b’sena, u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Employer's National Insurance – Eżenzjoni tal-kontribuzzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm employers ibbenefikaw mill-eżenzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Employer's National Insurance meta impjegaw persuni b'diżabilità mill-2010 sal-2025, maqsuma sena b'sena u għas-sena 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Ministeru għall-Finanzi – Impjegati – Persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità impjegati fid-dekasteru tiegħu?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 1043.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Impjegati – Persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b’diżabilità impjegati fid-dekasteru tagħha?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1043.

Ministeru għal Għawdex – Impjegati – Persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni b’diżabilità impjegati fid-dekasteru tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 1043.

Malta Business Wallet – Entitajiet tal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jelenka l-entitajiet kollha tal-Gvern li bħalissa huma integrati mal-Malta Business Wallet? Jista’ jgħid ukoll liema entitajiet mistennija jingħaqdu sal-aħħar tal-2026?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn huma l-entitajiet li diġà huma mqabbda mal-Malta Business Wallet (MBW): 1. Malta Tax and Customs Administration (MTCA) 2. Malta Enterprise (ME) 3. Malta Gaming Authority (MGA) 4. Commerce Department (CD) 5. Family Business Office (FBO) 6. The National Foreign Direct Investment Screening Office (NFDIS) 7. Transport Malta – Malta Ship Registry – Merchant Shipping Directorate, li bħalissa tinsab fil-proċess ta’ integrazzjoni. Barra minn hekk, sa tmiem is-sena 2026 huwa mistenni li ssir integrazzjoni mal-entitajiet governattivi li ġejjin: 1. Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) 2. Sanctions Monitoring Board (SMB) 3. Automated Revenue Management Services Limited (ARMS) 4. Property Market Agency (PMA) 5. The Accountancy Board 6. Malta Film Commission (MFC)

Malta Business Wallet – Negozji rreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il negozju rreġistra fil-Malta Business Wallet minn meta twaqqfet sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom qed jużaw is-sistema b’mod attiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Business Wallet (MBW) ghandu 222 account registrati sal- lum illi illinkjati maghhhom hemm 849 kumpanija.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Lista ta’ konsulenzi

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tagħha matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li minn informazzjoni li għandi, il-Ministeru u l-entitajiet tagħha ma’ tawx kuntratti relatati mas-suġġetti msemmija.

Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (FARRUGIA, OMAR)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin 2025 u 2026 il-Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali u l-entitajiet fi ħdanu ma kellux kuntratti ta’ konsulenzi relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet.

Ministeru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Nazzjonali – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma kien hemm l-ebda konsulenza mogħtija f’dan ir-rigward.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru konċernat ma jagħti l-ebda konsulenzi.