Masters Degree in Veterinary Medicine - Konsultazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema konsultazzjonijiet saru mal-korp rappreżentattiv relevanti (Malta Veterinary Association) u mal-korp regolatorju (il-Veterinary Surgeons’ Council) fir-rigward tat-twaqqif u t-tmexxija tal-kors tal-Masters Degree in Veterinary Medicine, inkluż rigward il-kurrikulu u l-ħtiġijiet lokali tas-settur veterinarju? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-konsultazzjonijiet?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li l-MCAST għażlet li timxi ma’ kurrikulu rikonoxxut u mħaddem min istituzzjoni edukattiva b’esperjenza vasta ħafna fit-taħriġ tal-mediċina veterinarja li hija akkreditata mil-EAEVE. Din hija l-Universita Awtonoma ta' Barċellona. Apparti hekk infurmat li L-MCAST tkellmet mal-Veterinary Surgeons’ Council fil-proċess ta' preparament sabiex jinfetaħ dan il-kors.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-MCAST hijiex akkreditata mill-EAEVE (European Association of Establishments for Veterinary Education), jew jekk applikatx għall-akkreditazzjoni tal-EAEVE?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li I-istituzzjoni edukattiva tista’ tikseb akkreditazzjoni mill-EAEVE wara li jiggradwaw l-ewwel grupp ta’ studenti.
Madanakollu tajjeb li wieħed ikun ċar li din l-akkreditazzjoni hija differenti mill-proċess tal-warrant u l-kors Veterinarju tal-MCAST jwassal għal-Warrant rikonoxxut f’Malta u fil-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropeja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karigi amministrattivi u karigi maniġerjali bħalissa fl-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA)?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni bħalissa għandha 81 impjegat fi gradi amministrattiv, 15 impjegat middle management u 41 impjegat fi gradi maniġerjali top management.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha uffiċjali tekniċi kwalifikati bħalissa l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) u kemm minn dawn il-postijiet huma vakanti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika għal liema uffiċjali tekniċi kwalifikati fi ħdan l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni qed tirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proprjetajiet residenzjali f’Malta u f’Għawdex li sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, għadhom miżmuma taħt permess AIP li għadu fis-seħħ skont l-Att dwar l-Akkwist ta’ Proprjetà Immobbli minn Persuni mhux Residenti (Kap. 246), u li għadhom soġġetti għall-kundizzjoni ta’ użu personali esklussiv u għall-projbizzjoni tal-kiri? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont il-lokalità u s-sena li fiha nħareġ il-permess rispettiv?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u Dwana, li taħtha jaqa’ l-Kap 246 tal-Liġijiet ta’ Malta, għandha statistika mis-sena 2000 ta’ permessi li ġew approvati skond it-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
L-Amministrazzjoni tiżgura li kull applikant ma jkollux, jew ma jkunx għad għandu, proprjeta’ oħra fuq ismu hawn Malta qabel ma jinħareġ il-permess. Madankollu m’hemm l-ebda obbligu li wieħed jinforma lill-Amministrazzjoni jekk il-proprjeta’ li tkun ġiet akkwistata permezz tal-AIP tkun se tinbiegħ lil terzi.
Direttorat għas-Saħħa Ambjentali – Tneħħija ta’ akkumulu ta’ skart minn artijiet privati
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega l-proċedura u l-bażi legali li juża d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali meta akkumulazzjoni sinifikanti ta’ skart fuq art privata toħloq riskju għas-saħħa pubblika? Jista’ jgħid ukoll x’jiġri meta s-sid ma jkunx identifikat jew ma jistax jiġi kkuntattjat u, għal kull waħda mill-aħħar tliet snin, jispeċifika:
i. kemm daħlu rapporti;
ii. kemm inħarġu avviżi;
iii. kemm saru interventi ta’ tindif u kemm swew tali interventi; u
iv. kemm ittieħdu azzjonijiet legali?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li, meta d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinvestiga u jispezzjona l-post sabiex ikun ivverifikat kull rapport dwar akkumulazzjoni ta’ skart fuq art privata skont is-setgħa mogħtija mil-liġi u jieħu l-miżuri meħtieġa, skont ił-każ, fejn akkumulazzjoni ta’ skart tista' tikkawża inkonvenjent jew toħloq periklu għas-saħħa pubblika.
F’każijiet fejn is-sid ma jkunx magħruf jew ma jkunx jista’ jiġi kkuntattjat, id-Direttorat jagħmel kull sforz raġonevoli biex jidentifika u/jew jikkuntattja lill-persuna responsabbli, inkluż permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra.
It-tabella ta’ hawn taħt tindika n-numru ta’ lmenti rreġistrati mad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għall-Malta u Għawdex għas-snin 2023 sal-2026 (sal-aħħar ta’ Settembru 2026), in-numru ta’ avviżi maħruġa, kif ukoll in-numru ta’ azzjonijiet legali meħuda.
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda bżonn ta’ intervent ta’ tindif imwettaq mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika matul il-perjodu indikat. F’numru ta’ każijiet, is-sidien ikkonformaw mal-istruzzjonijiet mogħtija u neħħew l-akkumulu huma stess, filwaqt li fejn ma kienx hemm konformità, ittieħdu l-passi legali meħtieġa skont il-liġi applikabbli.
Sena
Numru ta' Ilmenti
Numru ta' Avviżi
Numru ta' Azzjonijiet Legali
2023
42
3
3
2024
51
12
2
2025
38
39
1
2026
43
3
0
Tista’ l-Ministru tgħid f’liema ċirkostanzi d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni jew Kunsilli Lokali jistgħu jnaddfu skart minn art privata meta jkun hemm periklu jew inkonvenjent pubbliku, min jawtorizza l-intervent u kif jiġu rkuprati l-ispejjeż mingħand is-sid? Tista’ wkoll tispeċifika n-numru ta’ interventi li twettqu u l-ispiża għal kull waħda mill-aħħar tliet snin?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata li d-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni ma toperax fuq proprjetà privata. Il-ħidma tad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni hija relatata prinċipalment mat-tindif u l-manutenzjoni tat-toroq arterjali u tal-postijiet pubbliċi taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali.
Ministri u Segretarji Parlamentari – Karozzi uffiċjali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-karozzi uffiċjali kollha assenjati lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari, bil-lista tindika:
i. in-numru tar-reġistrazzjoni ta’ kull vettura;
ii. il-Ministeru jew Segretarjat li għalih hija assenjata;
iii. l-għamla u l-mudell; u
iv. jekk il-vettura hijiex proprjetà tal-Gvern jew mikrija?
Jista’ wkoll jindika d-data u l-prezz tax-xiri tal-vetturi li huma proprjetà tal-Gvern, u fil-każ ta’ vetturi mikrija jindika t-tul tal-kuntratt, ir-rata annwali tal-kiri, u jipprovdi kopja tal-kuntratt tal-kiri?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninfurma lill-Onor Interpellanta li hemm 22 karozza uffiċjali li jintużaw mill-ministri u s-segretarji parlamentari liema informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-karozza uffiċjali tal-Prim Ministru,nirreferi lill-Onor.Interpellanta għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 27727 tal-Leġislatura nru 14.
Ministeru għal Għawdex – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 3037.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtha għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 3037.
Ministeru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u Proġetti Strateġiċi – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 3037.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u l-Provvista tal-Ikel – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor Interpellant ghat-twegiba li nghatat ghall-Mistoqsija Parlamentari 3037.
Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall- Mistoqsija Parlamentari 3037
Ministeru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija Parlamentari 3037.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet ta' manutenzjoni li qed isiru fl-appartament f’Bormla li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħolijiet strutturali ppjanati li jibdew f’nofs Ottubru 2026 hekk kif iż-żona hi waħda definita skont SL 623.08 (third Schedule 1c) bħala waħda turistika fejn ma setgħux isiru xogħolijiet ta demolition sat-30 ta’ Settembru 2026.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm huwa stmat li se tkun l-ispiża biex, wara x-xogħlijiet li bħalissa qed isiru mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) u li minħabba fihom qed jerġa’ jitħaffer wiċċ it-triq, Triq Għajn Dwieli terġa’ tiġi asfaltata u rrestawrata għall-istat li kienet fih wara r-resurfacing li sar aktar kmieni din is-sena?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali għar-resurfacing ta’ Triq Għajn Dwieli, li tgħaqqad Raħal Ġdid man-naħa tal-Kottonera, li sar aktar kmieni din is-sena?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba relatata mal-Mistoqsija Parlamentari numru 3090.
Il-Fgura – Triq Mater Boni Consilii – Sleeping policemen
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ħsieb li jsir sleeping policeman fi Triq Mater Boni Consilii jew fl-akkwati tagħha, fil-Fgura?
Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)
Ninsab infurmata mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fit-triq imsemmija hemm il-ħsieb li jsiru żewġ sleeping policeman. Waħda ser issir mill-Kunsill Lokali u oħra se ssir minn Transport Malta.