Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-informazzjoni qed tinġabar.

Ministeru għal Għawdex – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hu responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, jipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tigi migbura.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Każ ta’ individwu – Ħatriet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati tal-Gvern fid-29 ta’ Mejju 2026? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, tipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Għotja għax-Xiri ta’ Residenza - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull sena mill-bidu tal-iskema tal-Għotja għax-Xiri ta’ Residenza sal-aħħar data disponibbli fl-2026, kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet riċevuti, approvati, miċħuda u pendenti, in-numru ta’ familji jew persuni waħedhom li effettivament irċevew pagament, u l-ammont totali mħallas?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Skema ta’ Self Soċjali - Medja u medjan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, għall-każijiet konklużi taħt l-Iskema tas-Self Soċjali, x’kienu l-medja u l-medjan tal-prezz tal-proprjetà, tal-ammont tas-self, u tas-sussidju ta’ kull xahar approvat?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Skema tas-Self Soċjali - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ applikazzjonijiet li waslu taħt l-Iskema tas-Self Soċjali għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli? Minn dawk li waslu f’kull sena, jista’ jgħid kemm ġew approvati mill-Awtorità tad-Djar, approvati mill-bank, konklużi b’kuntratt finali, miċħuda, irtirati jew għadhom pendenti, u kemm-il applikazzjoni ma wasslitx għal xiri minħabba li l-applikanti ma sabux proprjetà adattata fil-limitu tal-iskema?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirrreferi lill Onorevoli Interpellant għat-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema ta’ Qsim ta’ Ekwità - Medja u medjan

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi, f’tabella separata għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, għall-każijiet konklużi taħt l-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, il-medja u l-medjan tal-prezz tal-proprjetà, tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Awtorità u tal-perċentwal tas-sehem tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Skema ta’ Qsim ta’ Ekwità - Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi, f’tabella separata għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, in-numru ta’ applikazzjonijiet li waslu taħt l-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità? Jista’ jgħid minn dawk li waslu f’kull sena kemm ġew approvati mill-Awtorità tad-Djar, approvati mill-bank, konklużi b’kuntratt finali, miċħuda, irtirati jew għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qegħda fit-tabella li qegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema tal-10% Depożitu - Żmien ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-medja taż-żmien bejn applikazzjoni kompluta u d-deċiżjoni tal-Awtorità tad-Djar, u bejn dik id-deċiżjoni u l-kuntratt finali għall-iskema tal-10% Depożitu għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli? Jekk xi informazzjoni ma tinżammx mill-Awtorità, jista’ jgħid jekk tinżammx mill-banek parteċipanti?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Short Term Accomodation – proprjetajiet liċenzjati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn proprjetajiet liċenzjati bħala akkomodazzjoni għal żmien qasir (short-term accommodation), inklużi proprjetajiet offruti permezz ta’ pjattaformi diġitali bħal Airbnb? Jista’ jipprovdi din l-informazzjoni maqsuma lokalità b’lokalità, u għal kull lokalità jindika (a) in-numru ta’ proprjetajiet liċenzjati; (b) in-numru totali ta’ sodod liċenzjati; u (ċ) il-kapaċità massima totali f’termini ta’ persuni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2074.

Il-Marsa – Operaturi u siti industrijali – Noise monitoring

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm operaturi u siti industrijali fil-Marsa li huma regolati u/jew permessi mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u li l-operat tagħhom jista’ jiġġenera ħoss li jilħaq żoni residenzjali? Tista’ tgħid liema minn dawn l-operaturi huma obbligati li jagħmlu noise monitoring permezz tal-permess ambjentali tagħhom? Kemm-il spezzjoni u test relatat mal-ħoss sar fuq dawn l-operaturi matul l-aħħar sentejn, u jekk ġewx identifikati każijiet fejn il-livelli jew il-kundizzjonijiet tal-permess ma ġewx osservati?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li hemm erba’ siti industrijali fil-Marsa li huma regolati permezz ta’ permess ambjentali maħruġ mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u li l-operat tagħhom jista’ potenzjalment jiġġenera storbju li jilħaq żoni residenzjali. Dawn il-faċilitajiet huma obbligati jwettqu monitoraġġ perjodiku tal-ħsejjes skont il-kundizzjonijiet tal-permessi ambjentali rispettivi tagħhom. Ir-riżultati preżentati lill-ERA minn dawn il-faċilitajiet ma jindikawx impatt sinifikanti fuq il-livelli tal-istorbju fl-ambjent tal-madwar.

ERA – Apparat tekniku u kompetenzi speċjalizzati għal sorsi ta’ ħsejjes persistenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għandhiex apparat tekniku u l-kompetenzi speċjalizzati meħtieġa sabiex tinvestiga u tidentifika s-sors ta’ ħoss persistenti jew intermittenti li ma jkunx faċilment attribwibbli għal sors partikolari? Jekk le, tista’ tgħid jekk hux se jinġieb tagħmir speċjalizzat jew humiex se jiġu ingaġġati esperti esterni sabiex tiġi investigata l-kwistjoni tal-ħoss irrappurtat fil-Marsa, u tagħti time-frame għal meta dan se jsir?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 3189.

Il-Marsa – Monitoraġġ tekniku tal-ħsejjes irrappurtati mir-residenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx monitoraġġ tekniku tal-ħoss irrappurtat mir-residenti tal-Marsa sabiex jiġi identifikat is-sors tiegħu? Tista’ tgħid x’tip ta’ apparat u metodoloġija ntużaw, għal kemm żmien sar il-monitoraġġ, f’liema postijiet u f’liema ħinijiet sar, u jekk kienx possibbli li jiġu stabbiliti l-livelli, il-frekwenzi u d-direzzjoni jew is-sors tal-ħoss? Jekk is-sors għadu ma ġiex identifikat, tista’ tgħid għaliex u x’passi ulterjuri se jittieħdu sabiex jiġi identifikat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 3189.

Il-Marsa – Rapporti mir-residenti dwar ħoss persistenti/rikorrenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hijiex konxja minn rapporti u ilmenti li ilhom isiru għal aktar minn sena minn residenti tal-Marsa dwar ħoss persistenti u/jew rikorrenti li qed jinstema’ f’żoni residenzjali tal-lokalità? Tista’ tgħid meta l-ERA ġiet infurmata għall-ewwel darba b’din il-kwistjoni, kemm-il rapport jew ilment wasal għandha, liema investigazzjonijiet saru sal-lum, f’liema dati saru, u x’kien ir-riżultat ta’ kull investigazzjoni?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li r-remit regolatorju tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fir-rigward tal-istorbju huwa principarjament determinat mill-parametri stabbiliti taħt ir-Regolamenti dwar il-Valutazzjoni u l-Ġestjoni tal-Istorbju Ambjentali, li jittrattaw storbju ambjentali fit-tul. Dawn jinkludu storbju minn sorsi bħat-traffiku fit-toroq, l-avjazzjoni u ċerti siti industrijali, u mhux investigazzjonijiet ta’ każijiet individwali. F’dan ir-rigward l-ERA għandha kompetenzi tekniċi relatati mal-kejl u l-analiżi tal-istorbju għall-finijiet tar-responsabbiltajiet regolatorji li jaqgħu taħt il-qafas tal-istorbju ambjentali. L-uffiċjali tal-Awtorità huma mħarrġa sabiex iwettqu u janalizzaw kejl relatat ma’ dan it-tip ta’ storbju. Fejn tidħol l-identifikazzjoni definittiva tas-sors ta’ każ ta’ noise nuisance tista’ tirrikjedi investigazzjonijiet u kompetenzi li jmorru lil hinn mir-responsabbiltajiet regolatorji tal-ERA. Sadattant, matul is-snin 2025 u 2026, l-ERA irċeviet total ta’ sitt ilmenti relatati ma’ ħsejjes fil-Marsa, tnejn matul l-2025 u erbgħa matul l-2026. Fir-rigward tal-ilmenti mressqa, l-ERA wettqet spezzjonijiet fuq il-post sabiex tivverifika s-sitwazzjoni. F’ċerti spezzjonijiet ma nstemgħux ħsejjes partikolari, filwaqt li f’oħrajn ġew osservati ħsejjes li dehru li kienu joriġinaw minn bastimenti fil-Port. F’dawn il-każijiet, il-persuni li ressqu l-ilmenti ġew infurmati li tali materja taqa’ taħt il-kompetenza tal-awtorità regolatorja responsabbli mill-attivitajiet marittimi.

Spejjeż ta’ kull tunnellata ta’ merkanzija u fuq il-prezzijiet tal-konsumatur

Question

B’referenza għall-effett kumulattiv fuq Malta bħala Stat Membru insulari tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri, tista’ l-Ministru tipprovdi l-effett stmat fuq l-ispiża ta’ kull tunnellata ta’ merkanzija u fuq il-prezzijiet tal-konsumatur għas-snin 2024, 2025 u 2026, kif ukoll il-projezzjonijiet għall-perjodu 2027–2030? Tista’ tgħid x’rappreżentazzjonijiet għamel il-Gvern Malti quddiem l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex tiġi rikonoxxuta d-dipendenza strutturali ta’ Malta fuq it-trasport marittimu u tal-ajru u n-nuqqas ta’ alternattiva permezz ta’ toroq jew ferroviji? Tista’ tgħid jekk il-Gvern talabx jew hux se jitlob trattament speċifiku, miżuri kumpensatorji jew finanzjament għal Stati Membri insulari, u kemm mid-dħul miksub minn Malta mill-EU ETS intuża jew se jintuża sabiex jittaffa l-impatt ta’ dawn l-ispejjeż fuq il-familji, in-negozji u l-prezz tal-prodotti essenzjali?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li is-sistema definittiva tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri daħlet fis-seħħ fl-2026 u, għalhekk, l-obbligi finanzjarji fuq l-importaturi bdew minn din is-sena. L-effett stmat fuq l-ispiża ta’ kull tunnellata ta’ merkanzija jiddependi minn diversi fatturi, fosthom it-tip ta’ prodott, il-pajjiż tal-oriġini u l-mod kif l-importatur jiddikjara l-emissjonijiet relatati mal-merkanzija. L-importatur għandu l-għażla li jiddikjara bl-użu ta’ valuri predefiniti jew ta’ valuri attwali. Il-Gvern Malti saħaq li l-impatt tal-Mekkaniżmu għandu jkun proporzjonat u dejjem jinsisti biex il-ħtiġijiet tal-mikrointrapriżi u tal-intrapriżi żgħar, speċjalment fi Stati Membri gżejjer żgħar, jiġu kkunsidrati. Id-dħul miksub minn Malta mill-EU ETS m’għandux x’jaqsam mal-mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri.

Malta Veterinary Association u l-Veterinary Surgeons’ Council - Advanced Diploma (Livell 4) u l-Bachelor’s Degree (Livell 6) in Veterinary Nursing - Konsultazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema konsultazzjonijiet saru mal-Malta Veterinary Association u mal-Veterinary Surgeons’ Council fir-rigward tat-twaqqif u t-tmexxija tal-korsijiet tal-Advanced Diploma (Livell 4) u l-Bachelor’s Degree (Livell 6) in Veterinary Nursing, inklużi l-kurrikuli u l-ħtiġijiet lokali tas-settur veterinarju? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti ta’ dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li d-disinn, l-ippjanar u il-ġestjoni ta' dawn il-korsijiet huma mfassla fuq sistema ta' akkreditazzjoni Ewropeja ta' korsijiet tal-Veterninary Nursing li-kulleġġ qed jaħdem fuqha, kif ukoll fuq il-liġi ppjanata dwar professjonijiet para-veterinarji. Infurmat li L-MCAST iżżomm komunikazzjoni kostanti mal-industrija u kwalunkwe partijiet interessati f’dan il-qasam.

Advanced Diploma (Livell 4) u Bachelor’s Degree (Livell 6) in Veterinary Nursing - Studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti bħalissa li huma reġistrati f’kull wieħed mill-korsijiet tal-Advanced Diploma (Livell 4) u l-Bachelor’s Degree (Livell 6) in Veterinary Nursing, flimkien ma’ tqassim tal-iskrizzjoni sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn l-istudenti huma Maltin u kemm huma barranin, inkluż in-numru ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi (TCNs)?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li li l-informazzjoni hija kif tidher hawn taħt: Advanced Diploma in Animal Management and Veterinary Nursing Total ta’ studenti - 77 L-ewwel sena - 43 It-tieni sena - 34 Studenti Maltin - 68 Studenti Barranin EU 3 Studenti Barranin Non-EU 6 BSc Animal Management and Veterinary Nursing Total ta’ studenti - 102 L-ewwel sena - 47 It-tieni sena - 28 It-tielet sena - 27 Studenti Maltin 95 Studenti Barranin EU 5 Studenti Barranin Non-EU 2

MCAST - Advanced Diploma (Livell 4) u Bachelor’s Degree (Livell 6) in Veterinary Nursing - Veterinarji u lecturers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm veterinarji u lecturers ġew ingaġġati mill-MCAST biex jgħallmu l-Advanced Diploma (Livell 4) u l-Bachelor’s Degree (Livell 6) in Veterinary Nursing u kemm minnhom għandhom esperjenza preċedenti fit-tagħlim u taħriġ post-terzjarju rikonoxxut?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li hemm total ta 20 edukatur full-time u 7 fuq bażi part-time li jgħallmu f’dawn il-korsijiet u korsijiet oħra relatati. L-MCAST tagħti prijorita assoluta ghal-esperjenza industrijali u settorjali ta rekruti ġodda. Rekruti ġodda huma obbligati li jtemmu b’suċċess kors ta Livell 7 relatat mat-taghlim professjonali fl-ewwel ħames snin ta mpjieg ma l-MCAST.

Masters Degree in Veterinary Medicine - Ftehim kummerċjali jew finanzjarju

Question

Peress li l-kors tal-Masters Degree in Veterinary Medicine qed jiġi offrut flimkien mal-Università ta’ Barċellona, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi ftehim kummerċjali jew finanzjarju biex seta’ jiġi offrut dan il-kors? Jista’ wkoll jagħti dettalji tat-termini ta’ dan il-ftehim, inkluż kwalunkwe ħlas jew nefqa dovuta lill-Università ta’ Barċellona, u jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li l-MCAST jikkonferma li hemm ftehim bejn l-MCAST u l-Università Awtonoma ta’ Barċellona li hija wkoll entità governattiva Spanjola. Dan il-ftehim ikopri perjodu ta’ ħames snin b’opzioni ta’ estensjoni. Il-ftehim jaqa taħt termini ta’ kollaborazzjoni bejn entitatajiet governattivi u sar skont id-direttivi tal-provviżjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-ftehim ikopri t-tagħlim tal-istudenti għall-ewwel ċiklu sħiħ u b’mod imnaqqas progressivament għaċ-ċikli sussegwenti, taħriġ u speċjalizzazzjoni tal-letturi tal-MCAST, l-użu tal-faċilitajiet f’Barċellona għal prattika skont il-bżonn, u l-użu tal-kurrikulu u l-materjal didattiv fost oħrajn. Dan huwa intiż sabiex l-MCAST jkun jista’ joffri l-kors b’mod awtonomu fil-futur.