Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kumpaniji multinazzjonali – Strutturi fiskali – Skrutinju/reviżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta kinitx suġġetta għal xi skrutinju jew reviżjoni minn istituzzjonijiet Ewropej jew internazzjonali minħabba l-istrutturi fiskali relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Malta, bħall-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u membri ta’ fora internazzjonali rilevanti, hija soġġetta għal diversi mekkaniżmi ta’ skrutinju u reviżjoni regolari fir-rigward tal-qafas tagħha ta’ tassazzjoni, inklużi aspetti relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali. Dawn ir-reviżjonijiet isiru, fost l-oħrajn, fil-kuntest ta’ proċessi tal-Unjoni Ewropea bħall-valutazzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar it-Tassazzjoni tan-Negozju, kif ukoll permezz ta’ inizjattivi globali taħt l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD), inklużi peer reviews dwar l-implimentazzjoni ta’ standards internazzjonali relatati mat-trasparenza u kontra l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti (BEPS). Il-Gvern Malti jikkopera b’mod sħiħ ma’ dawn il-proċessi u jkompli jadatta u jaġġorna l-qafas leġiżlattiv u amministrattiv tiegħu fejn meħtieġ, sabiex jiġi żgurat allinjament mal-istandards internazzjonali u Ewropej, filwaqt li tinżamm il-kompetittività u l-integrità tas-sistema fiskali Maltija. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-parteċipazzjoni f’dawn il-proċessi ta’ skrutinju hija parti normali mill-obbligi ta’ Malta bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u bħala membru ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u ma tindikax b’mod partikolari xi nuqqasijiet speċifiċi lil hinn minn dak li jiġi identifikat u indirizzat fil-kuntest ta’ dawn il-proċessi stess.

Kumpaniji multinazzjonali – Regoli fiskali ta’ Malta – Komunikazzjoni/tħassib

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti rċeviex xi komunikazzjoni jew tħassib minn awtoritajiet Amerikani jew Ewropej dwar ir-regoli fiskali ta’ Malta relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti, permezz tal-awtoritajiet kompetenti, iżomm djalogu kontinwu ma’ awtoritajiet internazzjonali, fosthom dawk Ewropej u Amerikani, u dan dwar diversi aspetti tar-regoli fiskali u żviluppi relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali partikolari. F’dan il-kuntest, Malta hija impenjata li tosserva l-obbligi tagħha taħt il-qafas tal-Unjoni Ewropea u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, fosthom l-OECD. Kull komunikazzjoni li ssir f’dan l-ambitu ġeneralment tkun parti minn dan il-proċessi kontinwu ta’ koperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni, u ma tiġix meqjusa bħala xi forma ta’ azzjoni straordinarja jew separata.

Kumpaniji multinazzjonali Amerikani – Taxxi mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu fondi fit-Teżor minn taxxa mħallsa minn kumpaniji multinazzjonali Amerikani matul l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-analiżi tal-informazzjoni disponibbli mill-formoli tat-taxxa mibgħuta, jirriżulta li t-taxxa ddikjarata fil-formola tat-taxxa kienet skont it-tabella li ġejja: Sena Taxxa ddikjarata fil-formola tat-taxxa (€) 2020 24,735,734 2021 64,574,734 2022 64,020,093 2023 58,385,378 2024 118,046,491 L-ammonti indikati jirrappreżentaw biss it-taxxa ddikjarata mill-entitajiet kostitwenti Maltin identifikati permezz tan-notifikazzjonijiet DAC4. Din it-taxxa hija dovuta skont il-liġijiet fiskali Maltin u tirrifletti l-attivitajiet u s-sustanza ekonomika tal-entitajiet rispettivi f’Malta. Għall-finijiet ta’ din il-mistoqsija, l-Amministrazzjoni tat-Taxxa u d-Dwana interpretat il-kliem "kumpaniji multinazzjonali Amerikani " bħala li jirreferi għal gruppi multinazzjonali li għandhom l-Ultimate Parent Entity residenti fl-Istati Uniti tal-Amerka u li huma suġġetti għar-rappurtar Country-by-Country taħt id-DAC4, jiġifieri gruppi b'dħul konsolidat annwali ta' mill-inqas €750 miljun.

Iż-Żebbuġ, Għawdex - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fiż-Żebbuġ, Għawdex li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa iż-Żebbuġ Għawdex.

Ix-Xagħra, Għawdex - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fix-Xagħra, Għawdex li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa x-Xagħra Għawdex.

Ir-Rabat, Għawdex - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fir-Rabat, Għawdex li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa r-Rabat Għawdex.

Il-Belt Valletta - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fil-Belt, Valletta li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ żewġ proġetti ta’ estensjoni ġewwa l-Belt Valletta.

Tas-Sliema - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi f’Tas-Sliema li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ żewġ proġetti ta’ estensjoni ġewwa Tas-Sliema.

San Ġiljan - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi f’San Ġiljan li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ disa’ proġetti ta’ estensjoni ġewwa San Ġiljan.

San Lawrenz, Għawdex - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi f’San Lawrenz, Għawdex li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa San Lawrenz.

Ir-Rabat, Malta - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fir-Rabat, Malta li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ żewġ proġetti ta’ estensjoni ġewwa r-Rabat, Malta.

Il-Pietà - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fil-Pietà li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa l-Pieta’.

L-Imsida - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi fl-Imsida li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa l-Imsida.

Ħal Għaxaq - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi f’Ħal Għaxaq li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ proġett wieħed ta’ estensjoni ġewwa Ħal-Għaxaq.

San Pawl il-Baħar - MTA - Lukandi b’approvazzjoni għal żieda ta’ kmamar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid preżentement kemm huwa n-numru ta’ lukandi f’San Pawl il-Baħar li għandhom l-approvazzjoni mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) għal żieda ta’ kmamar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2026, l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu kellha talba ta’ żewġ proġetti ta’ estensjoni ġewwa San Pawl il-Baħar.

Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtha matul l-aħħar ħames snin?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W421.

Ministeru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru W421.

Ministeru għall-Enerġija, l-Ambjent u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtha matul l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-nistoqsija parlamentari W421.

Ministeru għall-Politika Soċjali u l-Familja – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru W421

Ministeru għas-Saħħa – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru. W421.