Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttiva 2024/1799 dwar regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti (Right to Repair)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2024/1799 dwar regoli komuni għall-promozzjoni tat-tiswija ta’ oġġetti (Right to Repair) fil-liġi nazzjonali? Jista’ jgħid ukoll jekk dan hux ser iseħħ qabel l-iskadenza stabbilita mill-Unjoni Ewropea tal-31 ta’ Lulju 2026?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva qiegħda fl-aħħar stadji tagħha u ser tiġi parzjalment trasposta permezz ta’ leġislazzjoni sussidjarja taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur (Kap. 378 tal-Liġijiet ta’ Malta). Peress li din id-Direttiva qed temenda wkoll id-Direttiva (UE) 2019/771 dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta’ oġġetti li qiegħda trasposta fl-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, din l-emenda ħa tkun riflessa separatament f’Abbozz li jemenda Liġijiet Varji dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur, li wkoll qiegħed fi stadju avvanzat.

Il-Qala u r-Rabat, Għawdex – Trasport pubbliku dirett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistix servizz tat-trasport pubbliku dirett bejn il-Qala u r-Rabat, Għawdex? Jekk le, liema servizz ta’ trasport pubbliku jistgħu jużaw ir-residenti tal-Qala biex imorru r-Rabat? Minn liema toroq jgħaddi dan is-servizz u x’inhu l-ħin stmat tal-vjaġġ? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu jew huma ppjanati sabiex is-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex isir aktar effiċjenti, konvenjenti u attraenti għall-utenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Kerċem – Main dispenser tan-New Water – Ħsarat

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 485 dwar il-main dispenser tan-new water f’Kerċem, fejn intqal li dan issewwa u qed jopera b’mod normali, tista’ l-Ministru tgħid min ikkonferma l-istat attwali ta’ dan id-dispenser u f’liema data saret it-tiswija li ssemmiet fit-tweġiba? Tista’ tikkonferma li l-vit tad-dispenser inkiser u għaldaqstant mhux biss ma jistax jitqies bħala operattiv, iżda lanqas huwa possibbli li jitqassam l-ilma? Tista’ tgħid ukoll x’miżuri ser jittieħdu sabiex dan jibda jopera b’mod affidabbli u kontinwu, speċjalment fl-eqqel tas-sajf, u ma jibqax iġarrab ħsarat ripetuti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li kull darba li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ssewwi dan id-dispenser, qed jiġi vandalizzat minn terzi u dwar dan anke sar rapport lill-Pulizija. Infurmata wkoll li meta ngħatat din it-tweġiba d-dispenser kien qed jaħdem kif suppost. F’każ li l-Onor. Interpellant ikollu xi informazzjoni li tista’ tgħin lill-Pulizija fl-investigazzjoni tajjeb li jgħaddiha.

Kerċem – Akkwati tal-Għadira – Installazzjoni ta’ dispensers tan-New Water

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 484, fejn intqal li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja b’ħidma sabiex tirdoppja s-sistema tan-new water dispensers fi żmien tliet snin, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjan għat-tkabbir? Jekk dan il-pjan għadu ma ġiex iffinalizzat, tista’ tindika meta mistenni jkun lest u disponibbli? Tista’ tgħid ukoll kemm-il new water dispenser ġdid huwa ppjanat li jiġi installat fl-akkwati tal-Għadira f’Kerċem, tindika l-postijiet fejn ser jiġu installati, u meta huwa ppjanat li jitwaħħlu u jkunu operattivi? Tista’ tgħid x’inhu l-baġit allokat għal dan il-proġett u minn liema fondi ser jiġi ffinanzjat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jerġa’ jaqra t-tweġiba li tajtu għall-mistoqsija parlamentari 484 għax ikkwota ħażin. Dak li ntqal fit-tweġiba huwa li t-tkabbir tal-impjant għandu jwassal biex il-produzzjoni ta’ New Water tirdoppja fi żmien tliet snin. Is-sistema tad-dispensers li permezz tagħhom dan l-ilma jasal għand il-bdiewa hija xi ħaġa oħra. Kif diġà spjegajt fl-istess tweġiba tali pjan ta’ tkabbir qiegħed fl-istadju li jiġi mfassal f’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex.

Għawdex – Ta’ Xħajma – New Water

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li jsiru t-tiswijiet neċessarji fuq in-New Water Dispenser bin-numru G11 li jinsab fl-inħawi ta’ Triq ta' Xħajma kantuniera ma’ Triq Bordin, f'Għawdex, peress li ilu bil-ħsara għal diversi ġranet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li d-dispenser li qed issir referenza għalih issewwa u qed jintuża.

Ix-Xewkija, Għawdex – Pjan għal Airfield

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-pjan li ssir airfield fix-Xewkija, Għawdex? Jekk iva, jista’ jgħid fiex wasal dan il-proġett u meta huwa mistenni li jitlesta u jibda jopera? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizzi se jkunu qegħdin jiġu provduti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Proġett tal-Intelligent Transport Management System

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 22615, 23010, 23011, 23261 u 27711 tal-Erbatax-il Leġiżlatura, peress illi issa għaddew diversi xhur, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tal-Intelligent Transport Management System (ITMS) u meta se jibdew jitħaddmu l-Variable Messaging Signs?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Għar ta’ Calypso – Proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Għar ta’ Calypso fix-Xagħra, Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux xi xogħlijiet biex l-għar jiġi ppreservat u jekk iva, jindika x-xogħol li sar s’issa kif ukoll x’tip ta’ xogħlijiet huma maħsuba biex dan ma jkomplix jiġġarraf?

Response (AGIUS GALEA, MALCOLM PAUL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Is-Servizz u s-Settur Pubbliku – Ħaddiema li jaħdmu b’mod remot

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 489, 995 u 1477 u jgħid kemm hemm ħaddiema fis-Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku li, skont in-natura tax-xogħol tagħhom, jistgħu jaħdmu b’mod remot, u kemm minnhom diġà qegħdin jaħdmu b’mod remot? Jista’ jgħid ukoll jekk dan ix-xogħol remot isirx fuq bażi full-time, part-time jew hybrid?

Response (ABELA, ROBERT)

Filwaqt li għas-Servizz Pubbliku nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari  nru 604,rigward l-entitajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru , it-tagħrif huwa kif ġej: Entita Remote working Extended Remote working Teleworking Aġenzija  Servizz.gov 49 1 / Awtorita tax-Xandir 9 5 / MITA 82 / 30

San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa – Bypass – Studji dwar rotot alternattivi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1475 dwar studji jew pjanijiet li saru s’issa dwar rotot alternattivi mill-bypass ta’ San Pawl il-Baħar lejn il-Mellieħa, jista’ l-Ministru jagħti aktar tagħrif fuq kull studju li sar, kif sar u meta sar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tiġi miġbura.

L-industrija tas-servizzi marittimi – Pjan nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux pjan nazzjonali sabiex Malta tattira investiment ġdid fis-settur tas-servizzi marittimi, inkluż ship management, maritime finance u maritime technology?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu viżjoni ċara sabiex Malta tkompli ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala ċentru marittimu internazzjonali u tattira aktar investiment lejn dan is-settur. Il-ħidma f’dan il-qasam qed titwettaq b’mod koordinat fuq diversi livelli, fosthom it-tisħiħ tal-qafas regolatorju u amministrattiv, id-diġitalizzazzjoni tas-servizzi marittimi, l-innovazzjoni u t-teknoloġija, kif ukoll il-ħolqien ta’ ambjent kompetittiv li jkompli jattira operaturi u investiment ta’ valur miżjud lejn Malta. Dan jinkludi oqsma bħas-ship management, is-servizzi finanzjarji marbuta mas-settur marittimu u l-maritime technology, fejn il-Gvern ser ikompli jibni fuq il-vantaġġi li Malta diġà għandha bħala ġurisdizzjoni marittima stabbilita u ċentru internazzjonali għas-servizzi marittimi.

Is-settur marittimu – Kompetittività tal-port Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat mal-operaturi tal-Freeport, aġenti marittimi u rappreżentanti tal-industrija dwar il-kompetittività tal-port Malti matul dawn l-aħħar sentejn?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Reġistru Malti għall-Bastimenti – Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti mar-Reġistru Malti għall-iskrizzjoni ta’ vapuri u x’inhi l-medja taż-żmien biex jiġu pproċessati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġistru Malti tal-Bastimenti ma joperax b’lista ta’ stennija. Kull applikazzjoni tiġi processata minnufih u ladarba d-dokumentazzjoni mehtiega tkun kompluta u konformi, il-proċess normalment jiġi konkluż fi ftit jiem. Madankollu, iż-żmien meħtieġ jista’ jvarja skont ic-cirkostanzi ta’ kull kaz, inkluz il-htiega ghal dokumentazzjoni jew informazzjoni addizzjonali, kif ukoll it-tlestija tal-verifiki u l-ispezzjonijiet applikabbli. Għaldaqstant, ma tistax tingħata medja li tirrifletti b’mod preċiż il-każijiet kollha.

Eżamijiet tas-SEC - Studenti li għaddew

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru u l-perċentwal ta' studenti li għaddew mill-eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza, mis-sena 2000 sas-sena kurrenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1840.

Eżamijiet tas-SEC Studenti li attendew

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' studenti li attendew għall-eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza, mis-sena 2000 sas-sena kurrenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1840.

Eżamijiet tas-SEC - Studenti - li rreġistraw

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' studenti li rreġistraw għall-eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza, mis-sena 2000 sas-sena kurrenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għall-website https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/generalstatistics/2026/ Għal kull buon fini ġiet printjata u qed inpoġġiha fuq il-mejda tal-Kamra.

Eżamijiet tas-SEC - Studenti eliġibbli

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' studenti eliġibbli biex joqogħdu għall-eżamijiet SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza, mis-sena 2000 sas-sena kurrenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat, li din it-tabella, tikludi kemm persuni ta’ etajiet differenti, applikaw u kienu eliġibbli għall-eżamijiet tas-SEC. SUBJECT MAIN SUPPLEMENTARY BIOLOGY 1464 231 CHEMISTRY 847 9 ENGLISH LANGUAGE 4571 463 MALTESE 3840 344 MATHEMATICS 4694 941 PHYSICS 3343 471

Skejjel - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti maskili u kemm hemm studenti femminili fis-sistema edukattiva, maqsumin skont il-livell edukattiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li nformazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Maskil Femminil x Kinder 3,539 3,276 Primarja 8,746 7,477 Medja u Sekondarja 6,726 6,224 4 Post Secondary 727 903 2 Skejjel tal - knisja 7992 8914 Skejjel Indipendenti 5025 4166 Mcast 4475 3665 2 Junior College 869 1218 L- Universita' ta' Malta 4642 7367 20

Skejjel - Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti f'kull sena tal-iskola, mill-Kindergarten sal-aħħar sena post-sekondarja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika li għaddiet, fl-iskejjel statali kien hemm 37,624 student reġistrat, fl-MCAST kien hemm 8,142 student reġistrat, filwaqt li fil-Junior College hemm 2,087 student reġistrat.