Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Isptar Mater Dei – Ħaddiema tal-kuntratturi – Kundizzjonijiet għall-parkeġġ

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk ħaddiema li jagħtu servizz fl-Isptar Mater Dei imma mħaddma minn kuntratturi għandhomx kundizzjonijiet differenti fejn jidħol il-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol u jekk tvarjax bejn kumpanija u oħra li toffri dawn il-ħaddiema?

Response (BORG, IAN)

Ninsab infurmat li mpjegati tal-kuntratturi differenti li jipprovdu servizzi fl-Isptar Mater Dei m'għandhomx kundizzjonijiet differenti bejniethom fir-rigward tal-parkeġġ tal-vetturi tagħhom waqt il-ħin tax-xogħol.

Trasport pubbliku – Karozzi tal-linja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandha karozzi tal-linja għad-dispożizzjoni tagħha l-kumpanija li tħaddem is-servizz tat-trasport pubbliku, ikklassifikati skont il-mudell, l-età, it-tip ta’ fjuwil, in-numru ta’ postijiet bilqiegħda u l-kapaċità totali awtorizzata? Jista’ jgħid ukoll: i.    kemm karozzi tal-linja jitħaddmu fil-ħinijiet tal-ogħla domanda filgħodu u filgħaxija; ii.   x’inhu n-numru medju ta’ karozzi li kuljum ma jkunux disponibbli minħabba manutenzjoni jew ħsarat mekkaniċi; u iii.  jekk nuqqas ta’ karozzi tal-linja jew ta’ sewwieqa wassalx għall-kanċellazzjoni ta’ vjaġġi?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-karozzi tal-linja għad-dispożizzjoni tal-kumpanija li topera s-servizz tat-trasport pubbliku, ikklassifikati skont il-mudell, is-sena tal-manifattura, it-tip ta’ fjuwil, in-numru ta’ postijiet bilqiegħda u l-kapaċità totali awtorizzata, qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-kapaċità tal-passiġġieri hija stabbilita fiċ-Ċertifikat ta’ Konformità tal-vettura. L-ispezzjonijiet u l-manutenzjoni regolari tal-vetturi jsiru matul il-lejl, tal-inqas darba fix-xahar, sabiex matul il-ġurnata l-kumpanija jkollha l-vetturi meħtieġa biex tipprovdi s-servizz ikkuntrattat.

Trasport pubbliku – Iffullar fil-karozzi tal-linja – Reviżjoni tal-metodoloġija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta lestietx ir-reviżjoni tal-metodoloġija użata fl-ispezzjonijiet dwar l-iffullar żejjed fil-karozzi tal-linja, kif imħabbar f’Lulju 2026? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra: i.    il-metodoloġija preċedenti u dik riveduta; ii.   id-data meta bdiet tintuża l-metodoloġija l-ġdida; iii.  ir-rotot, il-postijiet u l-ħinijiet koperti mill-ispezzjonijiet; u iv.  in-numru ta’ każijiet ta’ iffullar żejjed identifikati bil-metodoloġija l-ġdida?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Trasport pubbliku – Karozzi tal-linja li ma waqfux biex itellgħu l-passiġġieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati każijiet fejn karozza tal-linja ma waqfitx biex ittella’ passiġġieri minħabba li kienet mimlija, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ wkoll jipprovdi ċ-ċifri skont ir-rotta, il-waqfa, id-direzzjoni, ix-xahar u l-ħin tal-ġurnata, u jispjega kif dawn il-każijiet qegħdin jiġu identifikati u rreġistrati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Trasport pubbliku – Livelli ta’ puntwalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, separatament għal kull rotta, liema perċentwal tal-karozzi tal-linja telaq fil-ħin u liema perċentwal wasal fil-ħin, skont l-istandards stabbiliti fil-kuntratt tal-obbligu ta’ servizz pubbliku minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll liema kienu l-għaxar rotot bl-agħar livell ta’ puntwalità u x’miżuri korrettivi ġew ordnati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Trasport pubbliku – Vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, separatament għal kull rotta tat-trasport pubbliku: i.    kemm kien hemm vjaġġi skedati; ii.   kemm minnhom effettivament saru; iii.  kemm ġew ikkanċellati jew twaqqfu qabel waslu fid-destinazzjoni; iv.  kemm-il kilometru ta’ servizz ma sarx; u v.   ir-raġuni għal kull kanċellazzjoni jew terminazzjoni bikrija, minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ wkoll iqiegħed din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

AFM – Assigurazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: i. jekk il-Ministeru għamilx xi studju dwar kif l-inabbiltà li tinkiseb assigurazzjoni fuq il-ħajja qed taffettwa l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta (AFM), partikolarment dawk b'familji żgħar jew dawk li qed jippruvaw jiksbu self għad-djar (home loans); ii. kemm kien hemm każijiet fl-aħħar ħames snin fejn familji ta' suldati tal-AFM li tilfu ħajjithom jew weġġgħu serjament spiċċaw f'diffikultajiet finanzjarji minħabba n-nuqqas ta' polza tal-assigurazzjoni kummerċjali; u iii. x'inhi r-raġuni li sal-lum, minkejja r-riskji inerenti fil-professjoni militari, l-Istat għadu ma intervjeniex biex joffri soluzzjoni komprensiva u permanenti għal din il-lakuna fil-protezzjoni soċjali tas-suldati tagħna?

Response (BEDINGFIELD, GLENN)

Risposta tingħata f’seduta oħra

ARUC – Rapport annwali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser joħroġ ir-rapport annwali tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) għas-sena 2025 li jinkludi l-audited accounts?

Response (CUTAJAR, ROSIANNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda ġiet imwieġba f’PQ 34263 fil-liġiżlatura XIV (14).

Ilma mormi fil-baħar

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fejn jispiċċa l-ilma mormi li, wara t-trattament jew għal kwalunkwe raġuni oħra, jintrema' fil-baħar, u f’liema każijiet dan l-ilma jkun trattat qabel ma jintrema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 2464.

Problemi fis-sistema tad-drenaġġ – Ilmenti/rapporti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew irreġistrati ilmenti jew rapporti relatati ma’ problemi tad-drenaġġ, inkluż overflow, ħruġ ta’ ilma mormi, riħa jew problemi fis-sistema tad-drenaġġ, matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-maġġoranza assoluta tal-ilmenti jirriżultaw minn rimi llegali tal-ilma tax-xita u ta’ materjali li ma jistgħux jintremew fin-network tad-drenaġġ, u li sussegwentament jikkawżaw sadd u żbroffi fin-network. F’dan ir-rigward, fl-2021 kienu reġistati 3,622 ilment; 2,901 fl-2022; 2,953 fl-2023; 2,714 fl-2024; u 2,671 fl-2025.

Monitoraġġ għall-ilma mormi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’monitoraġġ qed isir biex jiġi żgurat li l-ilma mormi jkun qed jiġi trattat skont l-istandards meħtieġa u li ma jkunx qed jikkawża riskji għas-saħħa pubblika jew għall-ambjent?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 2464.

Ilmijiet kostali u żoni tal-għawm – Każijiet ta’ kontaminazzjoni/traċċi ta’ drenaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew identifikati każijiet ta’ kontaminazzjoni jew traċċi ta’ drenaġġ f’ilmijiet kostali jew f’żoni ta’ għawm matul l-aħħar ħames snin, u f’liema lokalitajiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.

Espożizzjoni għall-ilma mormi/kontaminat – Każijiet ta’ problemi tas-saħħa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx data dwar infezzjonijiet, mard jew problemi tas-saħħa relatati ma’ espożizzjoni għall-ilma mormi jew kontaminat, kemm ġew irrappurtati każijiet u x’kienet in-natura ta’ dawn il-każijiet?

Response (DALLI, MIRIAM)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-ewwel parti tal-mistoqsija lill-Ministeru konċernat, ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma rċeviet l-ebda rapport f’dan ir-rigward.

Kapaċità tas-sistema tad-drenaġġ – Pjan tal-Gvern

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed tiġi kkunsidrata b’serjetà l-problema tal-kapaċità tas-sistema tad-drenaġġ, fid-dawl tat-tkabbir urban u demografiku ta’ Malta, u x’inhu l-pjan tal-Gvern biex jiġi żgurat li l-infrastruttura tad-drenaġġ tlaħħaq mal-iżvilupp preżenti u tal-futur?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 2464.

Skrappjar ta’ vetturi elettriċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1692, fejn intqal li “l-piż finanzjarju biex tiġi żmantellata vettura għandu jinġarr minn min ikun poġġa l-vettura fuq is-suq oriġinarjament”, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex qed jirreferi għall-konsumatur jew għall-importatur/bejjiegħ?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma illi-Onor. Interpellant illi ir-risposta ser tingħata f'ix seduta oħra.

Skrappjar ta’ vetturi elettriċi

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1691, fejn intqal li “l-piż finanzjarju biex tiġi żmantellata vettura għandu jinġarr minn min ikun poġġa l-vettura fuq is-suq oriġinarjament”, tista’ l-Ministru tgħid jekk hijiex qed tirreferi għall-konsumatur jew għall-importatur/bejjiegħ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li insegwitu ta’ Leġislazzjoni Ewropea li tirregola l-vetturi u l-batteriji, il-piż finanzjarju biex tiġi żmantellata vettura u tiġi trattata l-batterija tagħha għandu jinġarr minn min ikun poġġa tali vettura fuq is-suq oriġinarjament. Il-liġi Ewropea tirreferi għal min jimmanifattura, jimporta jew jiddistribwixxi u jpoġġi fuq is-suq b’mod professjonali tali vettura. F’każ ta’ individu li jpoġġi fuq is-suq tali vettura jkun responsabbli hu sakemm ma tiġix trasferita.

Sptar Mater Dei – Proġett ta’ estensjoni – Finanzjament ta’ fondi Ewropej

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1612, fejn intqal li “l-fondi Ewropej li oriġinarjament kienu ppjanati sabiex jikkonfinanzjaw l-Estensjoni tal-Emerġenza fl-isptar ġew allokati fuq proġetti infrastrutturali oħra”, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawn il-proġetti u kemm ġew allokati fondi Ewropej għal kull wieħed minnhom?

Response (AZZOPARDI TANTI, KEITH)

Kif spjegat fit-tweġiba mogħtija għall-PQ 1612, il-fondi allokati għall-estensjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza fi ħdan Mater Dei ġew trasferiti għal proġetti infrastrutturali oħra. Fil-fatt, l-allokazzjoni ta’ €35 miljun minn Fondi tal-UE maħsuba għal dan il-proġett ġiet trasferita, flimkien ma’ fondi oħra, lejn interventi li jindirizzaw Akkomodazzjoni Affordabbli (Affordable Housing) u għal finanzjament ta’ infrastruttura marbuta mal-enerġija.

L.S. 524.02 - Kundizzjonijiet ġenetiċi ġodda

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma s-17-il kundizzjoni ġenetika li ġew miżjuda dan l-aħħar mal-lista oriġinali tad-disa’ kundizzjonijiet stabbiliti taħt it-Taqsima 11 tal-Protokoll dwar l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (L.S. 524.02)? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-proċess u l-kriterji kliniċi li fuqhom l-Awtorità dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni (EPA) approvat dawn il-kundizzjonijiet il-ġodda?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tas-17-il kundizzjoni ġenetika ġiet ippublikata fl-Avviż Legali nru. 207/2026.  L-Awtorita’ dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni kellha rikjesta mingħand il-konsulenti kliniċi biex tidħol din il-lista ta’ 17-il kundizzjoni.