Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar il-binja u s-servizzi li jingħataw fl-Isptar Karin Grech?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-pjan huwa li s-servizzi tar-Rijabilitazzjoni jiġu temporarjament rilokati sakemm titlesta l-binja definita ġewwa San Luqa, skond il-Master plan. Il-pjan għas-servizzi ġerjatrici huwa li dawn jiġu rilokati fl-Intermediate Care Hospital li ser jinbena ġewwa San Vinċenz.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar l-isptar tas-saħħa mentali l-ġdid, fl-Isptar Mater Dei? Jista’ jgħid ukoll meta ser jibda jinbena u meta ser jitlesta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-pjan dwar l-espansjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza u Sptar Akut tas-Saħħa mentali diġà ġew imħabbra. Ix-xogħol beda matul ix-xahar t'Awwissu u mistenni jdum tliet snin biex jitlesta.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar il-binja tal-Isptar Mount Carmel?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern qed iwettaq l-akbar investiment li qatt sar fis-servizzi tas-saħħa mentali f’pajjiżna. Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-istqarrija pubblika, li qed nirriproduċi fuq il-Mejda tal-Kamra. Fi żjara li għamilt riċentament, fl-istess sptar li għalih qed issir referenza fl-interpellanza, spjegajt li l-Gvern jemmen li l-kura fl-isptar għandha tingħata għall-inqas żmien possibbli. Fissirt kif qed nagħtu l-aħjar servizzi permezz ta’ swali ġodda, mgħammra bl-aqwa ambjent għal dawk li jkunu jeħtieġu s-servizzi għal perjodu qasir sabiex jingħataw il-kura akuta li jeħtieġu. Il-pjanijiet tal-Gvern huma li jkomplu jibnu fuq il-ħidma tas-snin li għaddew filwaqt li nirrikonoxxu u nindirizzaw l-isfidi li għad fadal. Intenni li qed inħares ’il quddiem għal aktar investiment, fosthom il-proġett li qed jitnieda fl-Isptar Mater Dei fejn ser jinbnew swali ġodda tal-psikjatrija.
Elezzjoni Ġenerali 2026 – Votanti naturalizzati – Statistika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika maqsuma skont is-sena ta’ naturalizzazzjoni tal-votanti li kienu eliġibbli biex jivvutaw fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru. Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.
Elezzjoni Ġenerali 2026 – Ċittadini Maltin naturalizzati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm mill-votanti reġistrati fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026 kienu ċittadini Maltin naturalizzati?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru. Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta’ votanti reġistrati fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2026?
Response (ABELA, ROBERT)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita’ kostituzzjonali indipendenti li ma’ taqa’ taħt il-kontroll ta’ l-ebda Ministeru. Peress li l-mistoqsijiet tal-Onor Membru qed jirreferu għal statistika marbuta mal-proċess elettorali, li taqa’ taħt ir-responsabilita’ tal-Kummissjoni Elettorali, nitlob li l-mistoqsijiet jitressqu għal kunsiderazzjoni tal-istess entita’ kostituzzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux intenzjoni jippubblika lista ta’ kumpaniji multinazzjonali li qed jibbenefikaw minn arranġamenti fiskali partikolari permezz ta’ sussidjarji Maltin?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista li qed jirreferi għaliha ma tistax tiġi ppubblikata peress li tinkludi informazzjoni li taqa’ taħt ir-reġim fiskali u lskont id-dispożizzjonijiet tal-Atti dwar it-Taxxa Kap. 372.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Malta hijiex qed tapplika b’mod sħiħ il-ftehim internazzjonali dwar minimum corporate tax globali ta’ 15% għall-kumpaniji multinazzjonali?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-regoli Globali Kontra l-Erosjoni tal-Bażi tat-Taxxa (Pillar Two) ġew implimentati fl-UE permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2022/2523 tal-14 ta’ Diċembru 2022. Skont l-Artikolu 50(1) ta’ dik id-Direttiva tal-UE, Stati Membri li għandhom mhux aktar minn
12 ultimate parent entities
ta' gruppi fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva setgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-regola ta' inklużjoni tal-introjtu (IIR) u ir-regola dwar il-profitti sottontaxxati (UTPR) għal sitt snin fiskali konsekuttivi li jibdew mill-31 ta’ Diċembru 2023.
Malta nnotifikat lill-Kummissjoni tal-UE f’Settembru 2023 bl-interess tagħha li tapplika tali deroga, u dan sussegwentement ġie rreġistrat uffiċjalment mill-Kummissjoni tal-UE fil-Ġurnal Uffiċjali
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern iqisx li strutturi fiskali relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni internazzjonali ta’ Malta fil-qasam tat-taxxa u l-governanza finanzjarja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern jirrikonoxxi li r-reputazzjoni internazzjonali ta’ pajjiż fil-qasam tat-taxxa u l-governanza finanzjarja hija element kruċjali għall-fiduċja tal-investituri u għall-pożizzjoni ta’ Malta fis-sistema ekonomika globali. Kien għalhekk li s-sistema ta’ tassazzjoni tagħna ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropeja fil-proċess li Malta wettqet meta saret Stat Membru tal-Unjoni. Dan sar wara proċess ta’ diskussjoni fl-għola livell.
F’dan il-kuntest, il-Gvern iqis li dak li jista’ potenzjalment jagħmel ħsara lir-reputazzjoni mhuwiex l-eżistenza ta’ strutturi fiskali leġittimi relatati ma’ kumpaniji multinazzjonali, iżda kwalunkwe użu abbużiv jew mhux trasparenti ta’ tali strutturi li ma jkunx konformi mal-istandards internazzjonali.
Għaldaqstant, il-Gvern ma jqisx li strutturi fiskali leġittimi fihom infushom jagħmlu ħsara lir-reputazzjoni ta’ Malta, iżda jenfasizza li kull forma ta’ abbuż jew nuqqas ta’ konformità għandha tiġi indirizzata b’mod determinat sabiex tiġi mħarsa u msaħħa r-reputazzjoni tal-pajjiż.
Bħal ma dejjem sar, iż-żewġ naħat tal-kamra dejjem ġibdu l-istess ħabel fuq is-sistema fiskali tal-pajjiż u nittama li l-oppożizzjoni ma tbiddilx tali approċċ fl-aħjar interess tal-pajjiż.
Ministeru għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?
Response (FARRUGIA, OMAR)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru W421
Ministeru għat-Turiżmu – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?
Ministeru għall-Finanzi – Awditur Ġenerali – Rakkomandazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rakkomandazzjonijiet mill-Awditur Ġenerali jew minn awtoritajiet regolatorji li ġew implimentati mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet li jaqgħu taħtu matul l-aħħar ħames snin?
Skema tal-10% Depożitu u Skema ta’ Qsim ta’ Ekwità - Numru ta’ applikazzjonijiet miċħuda
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi, separatament għall-iskema tal-10% Depożitu u għall-Iskema ta’ Qsim ta’ Ekwità, għal kull sena mill-2022 sal-2025 u għall-2026 sal-aħħar data disponibbli, in-numru ta’ applikazzjonijiet miċħuda minħabba:
(a) dħul ogħla mil-limitu, kemm qabżuh b’sa €1,000, b’bejn €1,001 u €5,000, u b’aktar minn €5,000;
(b) dħul taħt il-minimu applikabbli jew insuffiċjenti għall-ħlas tas-self;
(ċ) età;
(d) assi jew ownership ta’ proprjetà oħra;
(e) prezz jew valur tal-proprjetà ogħla mill-limitu;
(f) nuqqas ta’ konformità ma’ kriterji oħra tal-bank; jew
(g) raġunijiet oħra, li għandhom jiġu speċifikati?
Jista’ l-Ministru jiddistingwi bejn ċaħdiet mill-Awtorità u dawk mill-bank, u jgħid kemm-il applikazzjoni ġiet approvata mill-Awtorità iżda sussegwentement miċħuda mill-bank? Fejn applikazzjoni għandha aktar minn raġuni waħda, jista’ jiċċara dan sabiex jiġu evitati kalkulazzjonijiet doppji?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1121 u 1620 u jgħid jekk matul l-aħħar sena, kienx hemm xi każ fejn il-PBS inforza jew ipprova jinforza l-artikolu 18 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 350.14, “Ħtiġiet dwar standards u prattika li japplikaw għal bulettini tal-aħbarijiet u l-programmi ta’ ġrajjiet kurrenti”? Jista’ jgħid ukoll x’passi ttieħdu f’kull każ?
Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità - Professjonisti esterni
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il konsulent, advisor, expert jew professjonist estern kien ingaġġat mill-Ministeru għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità matul l-2024, l-2025 u l-2026, maqsuma sena b’sena u għal kull persuna jew entità, jagħti l-isem, is-servizz jew il-konsulenza mogħtija, id-data tal-ħatra, it-tul tal-kuntratt u l-valur totali tal-kuntratt?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta lista tal-kuntratti kollha li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità tat lil entitajiet privati għall-provvista ta’ servizzi lill-anzjani matul l-2024, l-2025 u l-2026, u għal kull kuntratt jagħti l-isem tal-kuntrattur, is-servizz ipprovdut, il-valur tal-kuntratt, id-data tal-għoti, it-tul tal-kuntratt, in-numru ta’ benefiċjarji u jekk kienx hemm estensjonijiet jew varjazzjonijiet fil-valur tal-kuntratt?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3080 u jgħid kemm kien il-baġit allokat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Anzjani fl-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm effettivament intnefaq minn dawn l-allokazzjonijiet?
Tista’ l-Ministru tgħid meta se jiġi mnaddaf it-terrapien li ntrema f’Wied il-Qlejgħa? Tista’ tgħid ukoll jekk hemmx CCTV cameras jaħdmu fl-akkwati biex tara min kien responsabbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni li saret fuq il-post minn uffiċjali ta' Project Green, irriżulta li l-materjal li għalih qed jirreferi jinsab f'għalqa privata u għaldaqstant ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija.