Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' każijiet ta' bullying irrapportati fl-iskejjel mill-2010, jew mill-ewwel sena li għaliha hija disponibbli d-data, sal-aktar data reċenti disponibbli? Jista' jgħid ukoll jekk din l-istatistika tinkludix biss skejjel tal-Istat jew ukoll skejjel tal-Knisja u skejjel Indipendenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Hawn taħt hija t-tabella bin-numru ta’ każijiet li daħlu għand is-servizz ta’ kontra l-Ibbuljar bejn is-sena 2012 u s-sena 2025. Dan in-numru jirrifletti r-rapporti li daħlu għand is-servizz. Każijiet oħrajn jista’ jkun li ġew rapurtati dirett lill-pulizija jew ġew indirizzati mill-iskola partikolari. Mis-sena 2022 ‘l hawn rapporti mill-iskejjel tal-knisja ma baqgħux jidħlu għand is-servizz tal-istat imma għand servizzi mwaqqfa mis-Segretarjat tal-iskejjel tal-knisja stess.
Sena
Każijiet rapurtati
Stat / Knisja / Indipendenti
2012
223
Stat / Knisja / Indipendenti
2013
254
Stat / Knisja / Indipendenti
2014
280
Stat / Knisja / Indipendenti
2015
290
Stat / Knisja / Indipendenti
2016
390
Stat / Knisja / Indipendenti
2017
468
Stat / Knisja / Indipendenti
2018
566
Stat / Knisja / Indipendenti
2019
527
Stat / Knisja / Indipendenti
2020
247
Stat / Knisja / Indipendenti
2021
366
Stat / Knisja / Indipendenti
2022
501
Stat / Indipendenti
2023
499
Stat / Indipendenti
2024
531
Stat / Indipendenti
2025
627
Stat / Indipendenti
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' studenti, maqsuma skont il-ġeneru, li, wara li temmew il-Form 5, komplew l-istudji tagħhom f'istituzzjonijiet post-sekondarji, mis-sena 2000 sal-aħħar sena disponibbli?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li fl-iskejjel tal-istat, independeti u knisja bejn is-sena 2000 u 2017 kien hemm total ta' 67,160 student u fl-MCAST mil-2002 s’issa kien hemm total ta’ 132,020 reġistrati, fil-Junior College mis-sena 2000 sa din is-sena akkademika kien hemm total ta' 35,640 reġistrati,
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika annwali li turi n-numru ta' studenti li temmew il-Form 5, mis-sena 2000 sal-aħħar sena disponibbli, maqsuma skont il-ġeneru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-informazzjoni disponibbli hi kif qed tidher hawn taħt.
Sena Skolastika
Studenti
2008/2009
5,168
2009/2010
5,243
2010/2011
5,058
2011/2012
4,826
2012/2013
4,880
2013/2014
4,800
2014/2015
4,481
2015/2016
4,441
2016/2017
4,084
2017/2018
4,116
2018/2019
4,185
2019/2020
4,128
2020/2021
4,058
2021/2022
4,163
2022/2023
4,232
2023/2024
4,510
2024/2025
4,636
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistiċi annwali tal-istudenti tal-eżamijiet SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza, mis-sena 2000 sas-sena kurrenti, maqsuma skont il-ġeneru u li juru:
i. in-numru ta' studenti eliġibbli;
ii. in-numru ta' studenti li rreġistraw;
iii. in-numru ta' studenti li attendew;
iv. in-numru u l-perċentwal ta' studenti li għaddew; u
v. in-numru ta' kandidati li poġġew u n-numru u l-perċentwal ta' dawk li għaddew?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba parlamentari numru 1843.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika li turi n-numru ta' kandidati li poġġew u n-numru u l-perċentwal ta' dawk li għaddew mill-eżamijiet tas-SEC fis-suġġetti tal-Malti, l-Ingliż, il-Matematika u x-Xjenza fis-snin 2000, 2005, 2010 u 2015, kif ukoll mill-2016 sas-sena kurrenti, maqsuma sena b’sena?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant tirreferi għall-website tal-Universita ta’ Malta taħt is-sezzjoni research and report mbagħad tagħżel statistical reports
https://www.um.edu.mt/matsec/reportscommunication/generalstatistics/
. Qiegħed ninkludi wkoll stampa ta’referenza li qed npoġġi fuq il-mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm familji bi dħul baxx, jew li d-dħul primarju tagħhom ġej minn servizzi soċjali, li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità ma żżommx informazzjoni dwar it-tip ta' dħul li jirċievu l-kerrejja, iżda biss dwar l-ammont ta' dħul iddikjarat għall-finijiet tal-proċess ta' reviżjoni tal-kera. Din hija informazzjoni ta' natura dinamika li tista' tinbidel maż-żmien skont il-bidliet fiċ-ċirkostanzi tal-individwi, inkluż id-dħul tagħhom fis-suq tax-xogħol jew il-waqfien mill-impjieg.
Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol - Impjegati li ma jistgħux jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux policies, skemi jew arranġamenti fi ħdan il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu, għal impjegati li minħabba kundizzjoni medika ċċertifikata jew diżabilità, ma jkunux jistgħu jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa? Jista’ jgħid ukoll:
i. x’inhuma dawn l-arranġamenti u taħt liema kriterji jingħataw;
ii. kemm hemm persuni li bħalissa qed jibbenefikaw minn dawn l-arranġamenti, maqsuma skont l-entità u n-numru ta’ sigħat li jaħdmu; u
iii. jekk hemmx pjanijiet biex dawn il-miżuri jissaħħu jew jiġu estiżi sabiex aktar persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati dgħajjes ġodda fl-2026, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Nistieden lill-Onor. Interpellant sabiex jiċċara x’inhu mifhum bit-terminu “dgħajjes”, u jispeċifika għal liema tip jew kategorija ta’ bastimenti qiegħed jirreferi, sabiex tkun tista’ tingħata informazzjoni korretta u preċiża.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 53 u jgħid meta ġiet introdotta Tallinja Card? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-ispiża biex tagħmel Tallinja Card ġdida u kemm kienet tiswa Tallinja Card ġdida meta ġiet introdotta?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 53
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 52 u jgħid x’miżuri konkreti qegħdin jittieħdu biex is-sistema tat-trasport pubbliku f’pajjiżna titjieb u jkun żgurat li t-trasport ikun iktar puntwali, ta’ min joqgħod fuqu (reliable) u komdu (mhux iffullati bin-nies)?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minn April tas-sena li għaddiet, saru aktar minn sittin intervent fuq in-network tat-trasport pubbliku, bil-għan ewlieni li jissaħħaħ u jitjieb is-servizz offrut lill-pubbliku. Fost dawn l-interventi wieħed isib sbatax ir-rotta ġdida, dsatax li esperjenzaw żidiet fil vjaġġi jew żieda fil-frekwenza tas-servizz u għoxrin rotta li kienu estiżi għal inħawi ġodda jew inkella ġew modifikati.
Dawn l-interventi inkludew it-tisħiħ tas-servizz lejn żoni industrijali u edukattivi, it-tnedija ta’ rotot ġodda, estensjonijiet u modifiki f’rotot eżistenti, żidiet fil-frekwenzi, kif ukoll it-tnedija ta’ żewġ faċilitajiet ġodda ta’ Park and Ride. Dan it-tibdil fin-network wassal ukoll għal żieda fin-numru ta’ karozzi tal-linja li qed joperaw is-servizz.
Iż-żieda fil-flotta operattiva fissret ukoll żieda fin-numru ta’ seats available, u għaldaqstant ikkontribwiet sabiex jitnaqqas l-iffullar f’ċerti ħinijiet tal-ġurnata u fuq ċerti rotot fejn id-domanda tkun ogħla.
Ta’ min ifakkar ukoll fl-introduzzjoni tas-servizz tat-trasport pubbliku permezz tal-Fast Ferry, li daħal fis-seħħ f’Mejju li għadda. Dan il-mezz ta’ trasport qiegħed joffri alternattiva oħra ta’ trasport pubbliku, b’mod aktar effiċjenti u sostenibbli, filwaqt li jkompli jikkumplimenta n-network eżistenti tat-trasport pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jrendu fi dħul fl-ekonomija Maltija kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, matul l-ewwel tliet snin minn wara li jiġu kompluti separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jiċċara għal-liema lista qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li jiswa f’fondi pubbliċi kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, b’mod separat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant sabiex jiċċara għal-liema lista qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jindika s-sena li fiha se jkun qed jiġi inawgurat kull proġett strateġiku elenkat fil-lista tal-proġetti strateġiċi kollha, kif ukoll id-data li ser ikun komplut b’mod separat?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant jgħid għal-liema lista qiegħed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jelenka liema huma l-proġetti strateġiċi kollha li għandu fil-pjan tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru preżentament huwa responsabbli mit-tmexxija ta’ numru ta’ proġetti strateġiċi, li jinkludu:
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Binja Evans
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Ex-Pixkerija
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Chalet f’tas-Sliema
• Ir-reklamazzjoni tal-art (fil-viċinanza tal-Ponta ta Benghajsa)
• L-iżvilupp ta’ Logistics Hub / Free Trade Zone fil-periferija tal-ajruport
• L-iżvilupp b’koncessjoni tal-Palazz ta’ Selmun
• L-iżvilupp ta’ Family Entertainment Park ġewwa Ta’ Qali
• Ir-riġenerazzjoni tal-Car Park ta’ Tas-Sliema (żona tal-Ferries)
• It-Tiġdid tal-Flotta tal-Gozo Channel
Allokazzjonijiet ta’ proprjetà industrijali li ġew revokati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew revokati allokazzjonijiet ta’ proprjetà industrijali matul l-aħħar tliet snin minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li f’dawn l-ahhar tliet snin gew revokati 22 allokazzjoni ghal ragunijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet diversi. Diversi azzjonijiet legali ohra gew intavolati quddiem il-Qrati rispettivi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti għal spazju industrijali u x’inhi l-medja taż-żmien li applikant jistenna sabiex tiġi deċiża l-applikazzjoni tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma l-aħħar pjanijiet tal-Gvern dwar l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura u jikkonsolida s-servizzi offruti fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, bil-għan li l-pazjenti jibbenefikaw minn kura tas-saħħa moderna, sigura u xierqa. Fejn dan ikun fattibbli, il-Gvern qiegħed ikompli jintroduċi servizzi addizzjonali lokalment sabiex inaqqas il-ħtieġa li residenti Għawdxin ikollhom jivvjaġġaw lejn Malta għall-kura. Fl-istess waqt, il-pjanijiet għall-isptar il-ġdid qegħdin jipproċedu wara l-finalizzazzjoni tal-masterplan, bl-enfasi f’dan l-istadju tkun fuq ir-rilokazzjoni tas-servizzi mill-parti tat-Tramuntana tal-kampus, li tifforma ż-żona maħsuba għall-bini tal-isptar il-ġdid.